Illum previous editions

ILLUM 21 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 Sports 32 Hibernians jaspiraw li jiksbu riżultati pożittivi minn Gianluca Lia IĊ-CHAMPIONS renjanti tal-kampjonat femminili, Hibernians, se jkunu qegħdin jirrappreżentaw lil Malta fil-UEFA Women's Champions League matul il-ġranet li ġejjin, hekk kif huma se jkunu qegħdin jilagħbu fi Grupp 9 mill-fażi preliminari ta' din il- kompetizzjoni. Nistgħu ngħidu li l-polza ħabbtithom xi ftit għaliex huma se jkunu qegħdin jaffrontaw tliet timijiet b'saħħithom. Dawn huma Twente tal-Olanda, li se jkunu qegħdin jospitaw din il-fażi ta' kwalifikazzjoni għal dan il-grupp, Konak mit- Turkija u l-Ungeriżi ta' Ferencvaros. Iċ-champions Olandiżi ta' Twente se jkunu qegħdin jittantaw xortihom għal darb'oħra u jittamaw li jaslu pass iżjed mill-istaġun li għadda, meta fl-aktar darba li qatt avvanzaw, huma waslu sar-rawnd tal-aħħar 16 wara li b'mod sorprendenti kienu għelbu lill-ġganti Ġermaniżi ta' Bayern Munich fir-rawnd tal-aħħar 32. It-tim Tork ta' Konak mhuwiex tim li ġeneralment tarah fil-quċċata tal-futbol Ewropew, iżda l-fatt li fil- maġġor parti, dejjem huwa jkun ir-rappreżentant Tork, akkumula ċertu esperjenza li kapaċi tħoll u torbot f 'dan l-istadju tal-kompetizzjoni. L-aktar darba li qatt avvanzaw kien fl-istaġun 2013/2014 meta rnexxielhom jaslu sal-aħħar 16. Intant, Ferencvaros, se jkunu qegħdin jipparteċipaw għat-tieni darba fl-istorja tagħhom, wara li għamlu d-debutt tagħhom fis-sajf li għadda, propju fl-istess grupp mal-Olandiżi ta' Twente, b'dawn tal-aħħar joħorġu rebbieħa bl-iskor ta' 2-0. Din ħa tkun it-tielet darba li t-tim minn Raħal Ġdid se jkun qiegħed jipparteċipa fl-ogħla kompetizzjoni Ewropea fil-futbol femminili, bl- ewwel żewġ esperjenzi joffru andamenti kemm deludenti iżda anke storiċi. Fl-ewwel esperjenza tagħhom, Hibernians, kienu marru r-Rumanija, fejn affrontaw lir- Rumeni ta' Olimpia Cluj, l-Irlandiżi ta' Raheny u l-Bulgari ta' NSA Sofia. It- tim Malti kien ħareġ tellief fit-tliet konfronti, iżda ta' min jirrimarka li fil- partita kontra Raheny, li eventwalment kienu rebħu l-grupp u kkwalifikaw, Hibernians daħlu jistrieħu b'vantaġġ ta' 1-0, filwaqt li sal-aħħar battuti tal- partita kienu qegħdin f 'parità ta' 1-1, qabel ma Raheny skorjaw il-gowl li qasam qalb il-Pawlisti. Iżda l-punt tant mistenni kien biss pospost għal sena wara, hekk kif fi grupp kompost minn timijiet esperjenzati bħal Apollon Ladies ta' Ċipru, Stjarnan tal- Iżlanda u Klaksvik Kvinnur li kienu qegħdin jirrapreżentaw lill-Gżejjer Faroe, Hibernians ġabru punt storiku fl-aħħar partita kontra dawn tal- aħħar, hekk kif b'mod drammatiku huma kienu salvaw il-logħba b'gowl fit-93 minuta permezz ta' Dorianne Theuma. Interessanti wkoll il-fatt, li mat-tim ta' Apollon kien hemm l-internazzjonali Maltija Rachel Cuschieri, li għal darb'oħra se terġa' tkun protagonista mat-tim Ċiprijott fi grupp ieħor ta' din il-kompetizzjoni. Il-partiti tat-tim ta' Hibernians: 23 t'Awwissu: vs. KonakBeledyespor fis- 18:30 Stadium: SportparkVondersweijde, Oldenzaa Referi: Barbara Poxhofer 25 t'Awwissu: Jittellgħu l-Poloz tal-Ewwel u t-Tieni Rawnd tal-FA Trophy 2016/17 minn Cristian Antony Muscat ĦAMSA u sittin tim se jkunu qed jieħdu sehem fid- 79 edizzjoni tal-FA Trophy. Fil-fatt il-klabbs kollha fi ħdan l-MFA kif ukoll fil- GFA se jkunu qed jieħdu sehem f 'din it-tieni l-aktar kompetizzjoni importanti fil-futbol Malti, ħlief għaż- żewġ klabbs Għawdxin, Sannat Lions u Żebbuġ Rovers. Il-poloz għall-ewwel u t-tieni rawnd tal-FA Trophy li fihom se jkunu qed jieħdu sehem clubs mill-Kampjonati tal-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Diviżjoni, kif ukoll clubs Għawdxin ittellgħu lbieraħ fis-sala li tinsab biswit l-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. Fi tmiem din l-edizzjoni, se tkun ippreżentata trofew ġdida lit-tim rebbieħ li kienet ġiet żvelata fl-20 ta' Mejju li għadda waqt is-serata finali tal-MFA Awards, li saret f 'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi ġewwa l-Belt Valletta. Din se tkun mgħoddija b'mod uffiċjali mill-FA Ingliża lil dik Maltija qabel il-logħba ta' nhar it-8 ta' Ottubru li ġej, bejn l-Ingilterra u Malta f 'Wembley Stadium. Intant, ir-rawnd preliminari tal-FA Trophy se jkun qed jintlagħab nhar it-3 ta' Settembru li ġej, logħbiet mill-ewwel rawnd jintlagħbu bejn id-9 u l-11 ta' Settembru, waqt li t-tielet rawnd huwa skedat għal tmiem il-ġimgħa ta' bejn il- 21 u t-23 ta' Ottubru. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, dan il-ġurnal staqsa lis- Segretarju Ġenerali tal- MFA, Bjorn Vassallo, jekk l-MFA għandux f 'moħħu li jakkwista sponsor biex jiffinanzja din il- kompetizzjoni, iżda huwa kien pront wieġeb li għalissa għad m'hemmx u b'hekk l-MFA se tkun qed tiffinanzja hi din il-kompetizzjoni f 'dak li għandu x'jaqsam ma' għotjiet finanzjarji lit-tim rebbieħ u anke lil dawk li jirnexxilhom jagħmluha għar-rawnds sussegwenti. Madankollu, huwa qal li jekk jinstab sponsor b'saħħtu u denju li jisponsorja lil din il-kompetizzjoni ferm prestiġjuża fil-futbol Malti, l-MFA taċċetta l-proposta u tagħżel li jkollha sponsor fi stadji iktar avvanzati ta' din il-kompetizzjoni. Rawnd Preliminari 1. Xgħajra Tornadoes v Għarb Rangers L-Ewwel Rawnd 2. Kirkop United v Marsaskala 3. Mdina Knights v Victoria Hotspurs 4. Kalkara v Għajnsielem 5. Oratory Youths v Dingli Swallows 6. Msida St. Joseph v Luqa St. Andrew's 7. Nadur Youngsters v Rebbieħ Logħba 1 (Xgħajra Tornadoes v Għarb Rangers) 8. Mtarfa v Xagħra United 9. Ta' Xbiex v Munxar Falcons 10. Santa Luċija v Kerċem Ajax 11. Qala Saints v Xewkija Tigers 12. St. Venera Lightnings v SK Victoria Wanderers 13. St. Laurence Spurs v Żurrieq It-Tieni Rawnd Rebbieħ Logħba 2 (Kirkop United v Marsaskala) v Pietà Hotspurs Rebbieħ Logħba 6 (Msida St. Joseph v Luqa St. Andrew's) v Mqabba Marsaxlokk v San Ġwann Qormi vs Rebbieħ Logħba 11 (Qala Saints v Xewkija Tigers) Rebbieħ Logħba 9 (Ta' Xbiex v Munxar Falcons) v Għargħur Mellieħa v Birżebbuġa St. Peter's Melita v Rebbieħ Logħba 12 (St. Venera Lightnings v SK Victoria Wanderers) Attard v Vittoriosa Stars Żebbuġ Rangers v Fgura United Rebbieħ Logħba 10 (Santa Luċija v Kerċem Ajax) v Marsa Lija Athletic v Rebbieħ Logħba 13 (St. Laurence Spurs v Żurrieq) Mġarr United v Żabbar St. Patrick Senglea Athletic v Rebbieħ Logħba 8 (Mtarfa v Xagħra United) Naxxar Lions v Rebbieħ Logħba 4 (Kalkara v Għajnsielem) Qrendi v Rebbieħ Logħba 5 (Oratory Youths v Dingli Swallows) Rabat Ajax v Sirens St. George's v Siġġiewi Għaxaq vs Rebbieħ Logħba7 (Nadur Youngsters v Rebbieħ Logħba 1 (Xgħajra Tornadoes v Għarb Rangers)) Swieqi United v Gudja United Rebbieħ Logħba 3 (Mdina Knights v Victoria Hotspurs) v Żejtun Corinthians Bjorn Vassallo, Rodney Pisani u Mark Attard waqt it-Tlugħ tal-Poloz tal-Ewwel u t-Tieni Rawnd tal-FA Trophy 2016/17

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2016