Illum previous editions

ILLUM 21 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 Aħbarijiet 8 Pressjoni kbira fuq ta' Montebello wara l-infurzar fuq il-Jerma Tkompli minn paġna 1 L-AĦWA Montebello ilhom jiffaċċjaw problemi finanzjarji għal żmien pjuttost twil issa, tant li f 'Mejju tas-sena l-oħra, il-gazzetta oħt Maltatoday kienet irrappurtat kif kien għad kellhom iħallsu mat-€3.5 miljun lil accountant Charles Schriha li talab dawn il-flus għal konsulenzi u servizzi mogħtija lil JPM Brothers, inkluż rappreżentanza fix-xiri tal-art mingħand il- Libjani. L-aħwa imma, qalu li l-flus jingħataw lil Schriha ladarba l-proprjetà tkun mibjugħa, meta jsir il-konvenju jew meta jsir il-bejgħ tal-ishma. Apparti l-Jerma, l-akbar uġigħ ta' ras għall-aħwa kien il-proġett tax-Xemxija. F'Ottubru tas-sena 2010, JPM Borthers flimkien mal-ġgant tal-proprjetà mill-Kuwait, Al Massaleh iddaħħlu l-Qorti hekk kif kienu ntallbu jħallsu total ta' €42 miljun lill-Bank Bawag f 'self li baqa' ma tħallasx biex isir il- proġett tal-Mistra. Il-proġett tal-Mistra, minkejja li kiseb l-approvazzjoni tal-MEPA fl-2013 baqa' fuq l-ixkaffa sal-lum. Proġett ieħor tal-aħwa Montebello kien dak tal-'A3 Towers' f 'Raħal Ġdid, li baqa' vojt għal ħafna żmien, sakemm xtraw proprjetajiet fih il-General Workers Union u anke l-oqsma tal-liċenzjar tal-vetturi ta' Transport Malta. L-aħwa kienu spiċċaw fiċ-ċentru ta' każ il-Qorti b'akkużi ta' tixħim, li minnhom kienu ġew meħlusa. L-eks segretarju tal-eks Ministru Tonio Fenech, Noel Borg Hedley kien ammetta li rċieva flus mingħand JPM Brothers biex inaqqas jew jelimina tariffi li kellhom jingħataw lil Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tal- Finanzi. Minkejja dan, l-aħwa kienu meħlusin hekk kif ma setatx tkun stabbilita konnessjoni bejn id-donazzjonijiet mogħtijin lil Borg Hedley u t-tnaqqis jew tneħħija ta' tariffi. L-aħwa Montebello kien irnexxielhom iżommu fil-wiċċ għal xi żmien bil- bejgħ ta' proprjetajiet fi Triq Depiro, Tas Sliema, fil-bini li kien ġie żviluppat minflok il-Lukanda Galaxy. L-ILLUM tinsab infurmata li l-ordni ta' infurzar mill- Awtorità tal-Ippjanar għamlitha ċara li s-sit tal- Jerma u dak fix-Xemxija kellhom jkunu rijabilitati, hekk kif tħallew "f 'abbandun u telqa totali" tefgħet pressjoni kbira fuq l-aħwa Montebello. Sorsi qalulna li dan kien sinjal ċar mill- awtorità li mhux se tibqa' tittollera li din is-sitwazzjoni titwal iktar. Intant, filwaqt li fil-każ tal-Jerma jidher li l-ordni tal-Awtorità tfisser li jridu jwaqqgħu, mhux ċar eżattament x'se jiġri fil-każ tal-proġett tax-Xemxija, liema proġett kien ingħata l-permess fis-sena 2013 wara snin ta' tibdiliet u rtokki għall-pjani oriġinali. Dan hekk kif il-permess għall- proġett tal-Mistra jibqa' wieħed validu, anke jekk l-iżviluppatur mill-Kuwait, flimkien ma' ta' Montebello, waqqgħu l-pjani għall- proġett. F'kumment ftit wara li ħarġet l-aħbar, is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar Deborah Schembri faħħret dan il-pass mill-Awtorità tal-Ippjanar. It-torrijiet ta' quddiem iċ-Ċimiterju, wieħed mill-iżviluppi tal-aħwa Montebello Minn lukanda lussuża għal binja mostruża Tneħħa kumpless mill-isbaħ, biex illum għandna ħofra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2016