Illum previous editions

ILLUM 21 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Chelsea barra minn darhom dawru telfa f 'rebħa ta' 2-1 kontra Watford, meta kollox kien qed jindika li huma kienu se jiġu miżmuma fi draw minn dan it-tim inferjuri għalihom. Il-gowls għall- Blues waslu minn Michy Batshuayi u Diego Costa f 'temp ta' seba' minuti, eżattament fit-80 u fis-87 minuta rispettivament. Manchester City barra minn darhom umiljaw lil Stoke City meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-1. L-awturi tal-gowls għall-Blues f 'din ir-rebħa kienu Sergio Aguero, li skorja doppjetta fis-27 u fis-36 minuta u Nolito li skorja doppjetta oħra f 'temp ta' erba' minuti biss, eżattament fis-86 u fid-90 minuta. L-uniku gowl għal Stoke Cty wasal minn Bojan Krkic permezz ta' penalti, fid-49 minuta. Burnley ġewwa darhom ħasdu lil Liverpool meta għelbuhom bl-iskor ta' 2-0, bil-gowls għalihom jaslu minn Sam Vokes u Andre Gray fit-2 u fis-37 minuta rispettivament. Hull City barra minn darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Swansea City bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Shaun Maloney fid-79 minuta u minn Abel Hernandez fid-90 minuta. Tottenham Hotspur ġewwa darhom f 'White Hart Lane, għelbu lil Crystal Palace bl-iskor minimu ta' 1-0, bil-gowl uniku għalihom jasal minn Victor Wayama fit-83 minuta. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Everton barra minn darhom għelbu lil WBA bl-iskor ta' 2-1wara li kienu dawn tal-aħħar li fetħu l-iskor wara biss disa' minuti logħob permezz ta' Gareth McAuley. Intant, iż-żewġ gowls għat-Toffees waslu minn Kevin Mirallas u Gareth Barry fil-45 u fis- 60 minuta rispettivament. Chelsea jdawru telfa f 'rebħa u Manchester City jumiljaw lil Stoke City RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 20 ta' Awwissu Stoke City vs Manchester C. 1-4 Burnley vs Liverpool 2-0 Swansea City vs Hull City 0-2 Tottenham H. vs Crystal Palace 1-0 Watford vs Chelsea 1-2 WBA vs Everton 1-2 Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 14:30 Sunderland vs Middlesbrough 17:00 West Ham U. vs Bournemouth It-Tnejn 22 ta' Awwissu 14:30 Chelsea vs West Ham U. Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 18:00 AC Milan vs Torino 20:45 Atalanta vs Lazio 20:45 Bologna vs Crotone 20:45 ChievoVerona vs Inter 20:45 Empoli vs Sampdoria 20:45 Genoa vs Cagliari 20:45 Palermo vs Sassuolo 20:45 Pescara vs Napoli Diego Costa jiċċelebra wara li skurja gowl tard fil-logħba Sergio Aguero jiskorja minn penalty għal Manchester City

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2016