Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192
minn John Busuttil IL-FESTA ta' Santa Marija mliet Għawdex daqs bajda. Maltin u barranin marru kważi tliet darbiet aktar milli hemm Għawdxin. F'ġimgħa qasmu 68,000 persuna u f 'Għawdex kien hemm jiġru 18,000 karrozza iżjed għax qasmu l-fliegu 11% aktar karrozzi mis-sena li għaddiet. Kienet Santa Marija tar- rekords. Rekord ta' nies, rekord ta' karrozzi u rekord ta' bejgħ fejn n-negozji tal-kummerċ qatt ma raw daqshekk bejgħ. Fil-fatt tkellimna ma' Marija Farrugia li tmexxi l-istabbilment ta' The Duke's u qaltilna li jinsabu kuntenti ħafna bis-suċċess li kellu kull ħanut fl-istabbilment. "Mill- bidu t'Awwissu sal-ġimgħa ta' Santa Marija kellna 26% żieda fil-bejgħ. Kellna laqgħa mal- ħwienet kollha tagħna u dawn qalulna li jinsabu kuntenti ferm. Rekord assolut ta' bejgħ ta' kull żmien u qed nistennew iżjed bejgħ din il-ġimgħa. Għax wara l-ġimgħa ta' Santa Marija jimlew Għawdex dawk il-Maltin kollha li joħorġu bix- shutdown u dawn normalment jonfqu aktar. Għalkemm qatt daqs din is-sena ma kellna dan il-bejgħ kollu fejn żidna fuq is-sena ta' qabel bi 30%." U dan ikkonfermah iċ-ċerman tal- Gozo Channel li qalilna li anke din il-ġimgħa li ninsabu fiha l-vapuri ma waqfux u jidher li se tkun ġimgħa qawwija daqs dik ta' Santa Marija. Sadattant l-Illum tkellmet ukoll ma' Joe Muscat il-kap eżekuttiv tal-Gozo Tourism Association li qalilna li dan kollu hu mertu kbir tas-servizz mill-aqwa li qed jagħti l-Gozo Channel bil-ħaddiema tiegħu ma ħadux nifs jaħdmu lejl u nhar b'servizz ta' shuttle. Dan barra x-xogħol kollu li sar matul is-sena biex Għawdex jiġi rreklamat sew mal-Maltin u jinħoloq suq uniku għalih. L-ILLUM għamlet ir-riċerka tagħha u sabet li l-maġġoranza tal-Maltin li telgħu Għawdex għażlu li jorganizzaw l-ikliet tagħhom fil-framhouses jew appartamenti li krew flimkien mal-ħbieb tagħhom u dan jidher li naqqas ftit min-numri minn John Busuttil MILJUN turist li jżur Għawdex sal-inqas wieħed jittieħed jew imur jieħu ritratt mat-tieqa tad-Dwejra. Iżda qabel jasal s'hemm irid jesperjenza speċi ta' triq twila 400 metru li twasslu mill-kantuniera tal-Għarb sal-pjazza ta' San Lawrenz u jrid idur madwar 45 tappiera mqabbżin 'il fuq mit-triq bi 12-il ċentimetru. Kulħadd jipprova jevitahom b'periklu li xi ħadd jitlef il-kontroll u jispiċċa fuq il-bankina. Iżda barra t-turisti f 'San Lawrenz jgħixu wkoll ir- residenti li jinsabu mxebbgħin sal-ponta ta' mneħirhom b'din is-sitwazzjoni li issa ilha aktar minn 3 snin. Kienet wirt tal- Partit Nazzjonalista u tħalliet hekk mill-Gvern Laburista. Issa r-residenti qed iressqu petizzjoni fuq il-midja soċjali fejn diġà ffirmawha madwar 150 resident. Il-fatti huma li meta saret it-triq mill-isbaħ bejn l-Imġarr u d-Dwejra mill-fondi Ewropej taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista, it-triq bejn l-Għarb (qrib il-Fgura tal- Għarb) u l-pjazza ta' San Lawrenz (400 metru triq) tħalliet b'kisja waħda ta' tarmak, bħalma tħalliet b'kisja waħda t-triq għad-Dwejra. Għaliex ma tkompliex ix- xogħol donnu li ħadd ma jaf. Għalhekk tkellimna mal- kelliem tal-PN għal Għawdex, Chris Said li mill-ewwel weġibni, "la qed nitkellmu fuq it-triq kif inhi, ovvjament li ma saritx. Waslet l-elezzjoni u l-amministrazzjoni saret dik Laburista li issa ilhom kważi erba' snin u t-triq għadha kif ħallejnieha aħna. Meta tlabt fil-Parlament lill-Ministru għal Għawdex meta se titkompla t-triq dan weġibni li mhix prijorità. Barra hekk hemm parti minnha bejn il-lukanda u l-Fgura li trid issir kollha għax hi biss magħmula bil- 'patching'. Din tista' ssir mill- fondi l-ġodda Ewropej għax din tinsab fuq l-iskema TEN-T u tista' ssir. Kif inhi qed issirilha ħsara kbira" temm il-kelliem Nazzjonalista. Sadattant aħna kkuntattjajna l-Ministeru għal Għawdex u dawn qalulna li din it-triq qiegħda fil-lista ta' toroq li se jsiru fix-xhur li ġejjin. Dwar dan kollu tkellimna mas-sindku ta' San Lawrenz, Noel Formosa li qalilna li bħala Kunsill Lokali ma jistgħux joħolqu petizzjonijiet iżda jinsab kuntent li r-residenti organizzaw ruħhom u organizzaw din il-petizzjoni. Mistoqsi għaliex ma tkellimx qabel li t-triq ma saritx fi Gvern Nazzjonalista meta hu sindku Nazzjonalist, Formosa qal, "qabel kont iġġilidt mal- Ministru tiegħi, Giovanna Debono dwar it-triq u issa li hemm l-Ministru Refalo se nibqa' niġġieled għax din mhix kwistjoni ta' min hemm fil- gvern, iżda ta' min għandu l-poter li jirranġa t-triq, għax jien niġġieled favur ir-raħal tiegħi u mhux favur xi partit jew ieħor. Fejn jidħol ir-raħal tiegħu ma jidħol xejn. Aħna illum | Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 Għawdex 14 Triq li jgħaddu minnha miljun turist fi stat diżastruż 'Tibqgħux tgħadduna • Issir triq mill-Imġarr sad-Dwejra u 400 metru fiċ-ċentru ta' San Lawrenz jitħalla jsaffar • Chris Said jgħid li l-Ministru għal Għawdex qal li t-triq mhix prijorità • Il-Ministeru jgħid li se ssir fix-xhur li ġejjin Santa Marija tar-rekords 'Bejgħ rekord ta' kull żmien' • Tmiem din il-ġimgħa mistennija tkun aktar qawwija bħala bejgħ • 26% żieda fil-bejgħ fi 15-il ġurnata t'Awwissu • 68,000 qasmu l-fliegu fil-ġimgħa tal-Festa u 18,000 karrozza • Il-GTA nkwetati minħabba ċ-ċitazzjonijiet li ngħataw • Il-Ministru Bonnici jgħidilna li ma ngħatawx daqs kemm qed jingħad Mistennija aktar folol fi tmiem din il-ġimgħa...ritratt meħud il-Ġimgħa 19 ta' Awwissu fid-9 a.m