Illum previous editions

ILLUM 21 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 | illum Itlob permess… jekk trid ! minn Ruben Anthony Xuereb "ILPERMESSI għall- BBQs jinħarġu biss għal grupp ta' nies ikbar minn 15-il persuna … meta jkun hemm inqas, mhux neċessarju jintalab permess, u għaldaqstant ma jkunx hemm kontroll fuqhom." Dan stqarru mal- ILLUM is-sindku John Buttigieg, hekk kif spjega s-sitwazzjoni li jaffaċja l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fir-rigward tal-permessi għall-BBQs li bħalissa, tant huma laxki u mingħajr infurzar, li pratikament jekk wieħed jitlobx permess jew le, hija biss għażla personali. Buttigieg saħaq li bħalissa s-sistema qiegħda timxi skont 'by law' li saret fl- 2009, li biha huwa diffiċli li jsir monitoraġġ ta' dak kollu li jkun qiegħed iseħħ fuq il-bajjiet, minħabba li persentaġġ kbir tan-nies fuq il-bajja ma jkunux marbuta b'ebda permess. Għaldaqstant, din is-sena l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa rreveda din il-'Bye Law' u ppropona xi tibdiliet sabiex ikun hemm aktar kontroll u infurzar. "Sfortunatment," qal is-Sindku, "din il-'Bye Law' għaddejniha lid- Dipartiment tal-Kunsilli Lokali f 'April li għadda, u sal-ġurnata tal-lum għadhom mingħajr risposta fuqha." Qabel tiġi approvata l-'Bye Law', lanqas jista' jsir infurzar It-tibdiliet fil-'by law' proposti mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kienu li kull min ikun irid jagħmel BBQ, ikun kemm ikun in-numru ta' persuni, jkun meħtieġ li jitlob permess. Dan ikun jgħodd għall-bajjiet kollha li jaqgħu taħt ir- responsabbilità tal-Kunsill tal-Mellieħa, li huma l-bajja tat-Torri l-Abjad, il-bajja tal-Armier iż-Żgħir, l-Armier, il-parti ċentrali tal-Għadira u l-Bajja tal-Mixquqa. Fil-bajja tal-Imġiebaħ ma jistgħux isiru BBQs. Bil-'by law' l-ġdida qiegħed jiġi wkoll propost li fil-Bajjiet tal-Għadira, kif ukoll fil-Bajja tal-Mixquqa, ma jsirux BBQs bil-faħam jew ħatab. Ir-regolamenti għall-kumplament tal- bajjiet l-oħra jibqgħu kif inhuma. Buttigieg stqarr ma' din il-gazzetta li qabel ma tiġi approvata l-'by law' il-ġdida li biha kulħadd ikun marbut li jkollu permess għall-BBQ, lanqas infurzar ma jista' jsir għax filwaqt li numru żgħir ta' nies reponsabbli jkunu ġabu permess regolari, ħafna oħra jabbużaw mill- fatt li jkunu inqas minn 15 biex ma jħallsux għall- permess, u għaldaqstant l-imġiba ta' dawn tal-aħħar ma tistax tkun regolarizzata. Is-Sindku spejga li jekk is-sistema tiġi simili ta' dik li l-istess Kunsill juża għall-camping, fejn kull min japplika għall-permess jiġi allokat żona partikolari fejn joqgħod, b'dan il- mod l-okkupant ta' kull żona jkun jista' jinżamm responsabbli ta' kull ħmieġ jew ħsara li jinstab f 'dik iż-żona. Permess għall-BBQ jista' jsir faċilement online Sabiex il-kisba tal-permess tkun aktar faċli għal min japplika, il-Kunsill iffaċilita l-affarijiet billi niehed sistema ta' applikazzjoni u ħlas b'sistema online, biex dak li jkun, speċjalment jekk joqgħod 'il bogħod mill-Mellieħa, ma jkollux għalfejn imur il-Kunsill. Is-sindku spejga kif "b'hekk ikun hemm aktar kontroll fuq kemm jingħataw permessi għal kull bajja." Huwa żied jgħid ukoll li bid-dħul iġġenerat mill- permessi, il-Kunsill ikun f 'pożizzjoni li jdaħħal infurzar minħabba li kollox ikun regolari bl-istess mod għal kulħadd. "L-intenzjoni tal-Kunsill," temm jgħid is-Sindku, "kienet li l-'by law' l-ġdida tibda titħaddem minn dan is-sajf, biss l-affarijiet ma mxewx kif xtaqna aħna." Is-sindku u l-Kunsill tal-Mellieħa jittamaw li l-awtoritajiet konċernati jagħtu xi forma ta' rispons dwar il-proposti tagħhom, sabiex jekk hemm bżonn isiru xi tibdiliet, isiru mill- aktar fis possibli. Jekk tal- inqas das-sajf ma setax isir infurzar, almenu l-affarijiet jibdew b'mod ordnat u regolarizzat mis-sajf tas- sena d-dieħla. Għall-bajjiet li jaqgħu taħt il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa : Grupp ta' nies aktar minn 15-il persuna, iħallas permess ta' €10 Grupp ta' nies aktar minn 50-il persuna, iħallas permess ta' €25 Għall-bajjiet tal-Ġnejna u Għajn Tuffieħa(Riviera), li jaqgħu taħt il-Kunsill Lokali ta' l-Imġarr : Grupp ta' nies aktar minn 15-il persuna, iħallas permess ta' €6.99 Għal Għajn Tuffieħa, isir ukoll koordinament ma' Gaia Fonudation peress li huwa sit taħt in-"Natura 2000 Coastal Management Project". Flimkien mal-ħlas tal-permess, jintalab ukoll ħlas ta' €20 bħala garanzija li tonora l-kundizzjonijiet, fosthom dawk tal-indafa u ż-żamma tal-post Ma' kull permess għal BBQ li joħroġ, isiru kundizzjonijiet, li jipprojbixxu l-użu ta' ġeneratur u d-daqq ta' mużika amplifikata. Min jingħata l-permess ikun marbut li ma jħallix ħmieg warajh. Minn Ġunju sa nofs Awwissu tal-2016, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ħareġ 136 permess għal BBQs u attivitajiet oħra fuq il-bajjiet. F'dan il-perjodu l-Kunsill daħħal €1,627 li dehru bħala "dħul ieħor għall-Kunsill" Grupp ta' inqas minn 15-il persuna jista' jagħmel BBQ mingħajr permess 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Finance and Contracts Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Supply and Installation of Industrial Steel Support Structure at MITA – T050/16 Data ta' ħruġ: 16 t' Awwissu 2016 / Data ta' għeluq: 9 ta' Settembru 2016 Il-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Operaturi Ekonomiċi huma mħeġġa jieħdu nota tal-clarication meeting, li se jiġi organizzat nhar il-Tlieta, 23 t' Awwissu 2016 ġewwa l-MITA Data Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera, -10.00 ta' logħdu. Operaturi ekonomiċi li huma interessati biex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops li jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training, It-Telgħa Ta' Sa Maison, Il-Furjana FRN1610. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunita biex isiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2016