Illum previous editions

ILLUM 21 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 | illum Sports 29 L-Ewwel 10 fir-Rebħ tal-Midalji Pajjiż Deheb Fidda Bronż Total 1. Stati Uniti 38 35 32 105 2. Renju Unit 25 22 14 61 3. Ċina 23 18 25 66 4. Ġermanja 16 9 14 39 5. Russja 13 16 19 48 6. Ġappun 12 8 21 41 7. Franza 9 15 14 38 8. Awstralja 8 11 10 29 9. Italja 8 11 6 25 10. Olanda 8 6 4 18 Marc Marquez jikseb pole sensazzjonali f 'Brno IL-LEADER tal- klassifika tal-Moto GP, b'181 punt, il-fenomenu Spanjol Marc Marquez fuq Repsol Honda, kiseb il-pole position b'mod sensazzjonali fir-Repubblika Ċeka fuq iċ-ċirkwit ta' Brno. Huwa rreġistra ħin ta' minuta u 54.596 sekondi. Kien biss fl-aħħar dawra li huwa għadda lit-Taljan Valentino Rossi, fejn imbagħad baqa' ma rkuprax u llum se jkun qed jibda biss mis-sitt post. Intant, Jorge Lorenzo se jkun qed jibda mit-tieni post waqt li s-sewwieq li rebaħ il-Moto GP tal- Ħadd li għadda fl-Awstrija, Andrea Iannone se jibda fit-tielet pożizzjoni. Dawn huma l-postijiet li fihom temmew is-sewwieqa kollha tal-Moto GP flimkien mal-ħin li huma rnexxielhom jirreġistraw: Poż. Sewwieq Mutur Ħin 1 Marc Marquez Honda 1'54.596 2 Jorge Lorenzo Yamaha 1'54.849 3 Andrea Iannone Ducati 1'55.227 4 Aleix Espargaro Suzuki 1'55.324 5 Hector Barbera Ducati 1'55.437 6 Valentino Rossi Yamaha 1'55.509 7 Andrea Dovizioso Ducati 1'55.748 8 Maverick Viñales Suzuki 1'55.787 9 Dani Pedrosa Honda 1'55.841 10 Cal Crutchlow Honda 1'55.930 11 Bradley Smith Yamaha 1'56.115 12 Pol Espargaro Yamaha 1'56.522 Marc Marquez fuq Repsol Honda waqt il- pole position f 'Brno fir-Repubblika Ċeka 'Jien l-aqwa wieħed' - Usain Bolt minn Cristian Antony Muscat "JIEN l-aqwa wieħed." Dawn kienu l-ewwel kliem li qal Usain Bolt lill-ġurnalisti wara li rebaħ il-massimu ta' midalji f 'dawn l-aħħar tliet edizzjonijiet tal- Olimpjadi biex irreġistra t-tielet treble konsekuttiv hekk kif kien fit-tim rebbieħ tal-4x100m li kien jinkludi wkoll lil Asafa Powell, Nic-kel Ashmeade u Yohan Bla¬ke. B'hekk huwa sar it-tielet atleta li laħaq ir-rekord ta' disa' midalji tad-deheb fl-atletika bit-tnejn l-oħra jkunu l-Fin¬landiż, Paavo Nurmi bejn l-1920 u l-1928, u l-Amerikan Carl Lewis bejn l-1984 u l-1996. It-tim Ġamajkan rebaħ f 'ħin ta' 37.27 sekondi, segwit minn dak Ġappuniż, f 'ħin ta' 37.60 sekondi u dak Kanadiż f 'ħin ta' 37.64 sekondi. Intant, fi Frar li għadda, Usain Bolt ikkonferma li se jkun qed jirtira mill- atletika wara l-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika li se jsiru f 'Londra matul is-sena d-dieħla. B'hekk, kif stqarr huwa stess, mhux se jkun qed jieħu sehem fl-Olimpjadi li jmiss se jsiru fl-2020 f 'Tokyo fil- Ġappun. Intant, fost aħbarijiet oħra li ddominaw ix-xena tal-Olimpjadi matul din il-ġimgħa, kien hemm dik tal-għawwiema Ċiniża ta' 15-il sena Ren Qian, li rebħet il-midalja tad- deheb fil-kompetizzjoni tal-qbiż minn pjattaforma ta' 10 metri. Ren kisbet l-ewwel post wara t-tielet qabża minn ħamsa, u wara wirja oħra b'somersault spettakolari, hija rebħet l-ewwel post u l-midalja tad-deheb fir-raba' qabża. Il-kompatrijotta tagħha Si Yajie, rebħet il-fidda filwaqt li l-Kanadiża Meaghan Benfeito rebħet il-bronż. F'aħbarijiet oħra, il-kap tal-boxing tournament fl-Olimpjadi ġie mneħħi wara li kien hemm kritika ħarxa f 'ċertu deċizjonjiet f 'Rio. L-Assoċjazzjoni tal-Boxing Internazzjonali (AIBA) qalet li d-Direttur Eżekuttiv Karim Bouzidi, se jkun qed jingħata rwol ieħor fi ħdan l-organizzazzjoni u li uffiċjal ieħor se jkun qed jinħatar minfloku. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li ġew eżaminati l-wirjiet tar- referis u l-ġudikaturi. F'aħbar oħra, il-Kap tal-Kumitat Olimpiku Ewropew Patrick Hickey, li jiġi wkoll il-Kap tal- Kumitat Olimpiku Irlandiż u li għandu 71 sena, ġie arrestat f 'Rio de Janeiro hekk kif qed jiġi allegat li huwa kien il-moħħ biex isir bejgħ ta' biljetti b'mod illegali għall-prezz ferm ogħla minn dak oriġinali. Din l-aħbar ġiet żvelata ftit jiem biss wara li ġie arrestat raġel li kellu 800 biljett illegali lesti biex jinbiegħu fuq l-idejn. Ren Qian Usain Bolt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2016