Illum previous editions

ILLUM 21 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 'Qed nippumpjaw ilma bil-goff ' L-Idrologu Marco Cremona jgħid li l-opinjoni li 'resqin lejn deżert' mhix "sensazzjonali imma reali" minn Albert Gauci Cunningham 'INNAZZJONIJIET Uniti (UN) u l-aqwa xjentisti internazzjonali, mhux kwalunkwe persuna, qed ibassru li fil-Mediterran (inkluż Malta) l-ammont ta' xita li tinżel fis-sena se jonqos. Jekk tpoġġi dawn il-previżjonijiet xjentifiċi u studjati flimkien mal-fatt li l-ilma ta' taħt l-art f 'pajjiżna qed jiġi ppumpjat mingħajr riforniment u bil-goff, mela allura iva, naqbel ma' kull min jgħid li resqin biex insiru deżert.' Dan qalu mal-ILLUM l-Idrologu Marco Cremona b'reazzjoni għall-artiklu li deher fuq din il- gazzetta l-ġimgħa l-oħra u li fih ir-Rappreżentant Permanenti tal-Gvern Malti fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Metereoloġija Charles Galdies, flimkien ma' Alfred E. Baldacchino, elenkaw ir-riperkussjonijiet li se tiffaċċja Malta jekk tippersisti sitwazzjoni ta' nuqqas ta' ilma. Cremona jgħid illi fil-pajjiż qed isir "ippumpjar tal-ilma bil-goff ", bil-konsegwenzi li l-ilma li ssib meta tiftaħ il-vit tal-kċina se jsir aktar mielaħ u anqas adattat għax-xorb. "L-effetti jistgħu ma jkunux immedjati, għax l-ilma tax- xita li jinżel illum jista' jdum snin biex jkun ipumpjat. Fil- fatt dan il-proċess jista' jieħu sa anke 30 jew 40 sena. Jieħu kemm jieħu żmien imma jekk se nibqgħu sejrin hekk se tiġri u se tkun il-ġenerazzjoni ta' għada li tbati." Huwa jgħid lill-ILLUM, b'dispjaċir u b'rabja, illi filwaqt li ftit jinsabu motivati biex jitkellmu qed teċċellera d-degredazzjoni tal-ilma, bil- kwalità tiegħu tmur mill-ħażin għall-agħar." Mhux sensazzjonali imma reali Imma l-istqarrija ta' Baldacchino mal-ILLUM illi resqin biex insiru deżert hija waħda mneffħa u sensazzjonali? "Li aħna f 'Malta resqin biex insiru deżert mhix stqarrija sensazzjonali le, iżda reali. Ix-xita qed tonqos, l-ilma tal-pjan qed jonqos u jsir aktar mielaħ u allura kif," staqsa Cremona, "se jkollna ilma għall-agrikoltura? Se nieħdu l-bawżers mill-ilma tar- Reverse Osmosis, u noqogħdu nsuqu sar-Rabat biex insaqqu? Ma naħsibx. Probabbilment, il-bidwi ilma ma jkollux għax ma jkunx għad fadal, allura jabbanduna l-għelieqi. Malli jabbandunahom kollox imut, ħitan tas-sejjieħ jispiċċaw u, iva, inkunu qed nersqu biex insiru deżert." Bħal Baldacchino qablu, Cremona jippunta subgħajh lejn il-politiċi, anke jekk illum jifforma parti minn partit politiku hu stess u jgħid illi l-pajjiż "ilu jkun imwiegħed azzjoni bi pjan dwar l-ilma mill-aħħar elezzjoni ġenerali, iżda s'issa ma sar xejn." Mistoqsi x'qed jagħmel hu bħala Segretarju Ġenerali, anke jekk temporanju, tal- Partit Demokratiku, huwa fakkar biss li l-partit huwa wieħed li għadu fi stadju embrijoniku u għalhekk l-aġenda li tant jiġġieled għaliha hu bħala idrologu għadha mhux qiegħda quddiem l-istess partit. Neħtieġu nieħdu deċiżjonijiet diffiċli Cremona jtemm jgħid lill- ILLUM illi hemm bżonn li tittieħed azzjoni li tista' tkun diffiċli, imma ma jispeċifikax miżuri li għandhom jikkumbattu n-nuqqas ta' ilma li qed jiffaċċja l-pajjiż wara xitwa xotta u tbassir għal xitwa b'temperaturi ogħla min-normal'. Għalhekk din il- gazzetta tistaqsi jekk hux qed jalludi għall-kontijiet tal-ilma u jekk iħossx li l-konsumatur Malti qed iħallas prezz artifiċjalment baxx. "Nista' nwieġbek biss b'ħafna mistoqsijiet oħrajn," wieġeb Cremona. "Ħadd ma jaf kif tinqasam l-ispiża tal-WSC biex twassal l-ilma. Ħadd ma jaf kemm mill-ispiża tal-ilma qed tmur għat- tisfija tad-drenaġġ, jiġifieri ma nistax ngħidlek jekk hux qed inħallsu prezz artifiċjalment baxx." "Li naf iżda huwa li għandna bżonn kbir ta' pjan, ta' edukazzjoni u ta' gvernijiet li jkaxkru bl-eżempju, mhux li jibnu piċċ tal- waterpolo bl-ilma ħelu li jkollu bżonn bawżer ilma kuljum u waterpark tal-ilma ħelu biex inċafċfu fl-ilma fis-sajf, metru 'l bogħod mill-baħar." L-opri tas-sajd li jżejnu l-ibħra madwar il-villaġġ ta' Marsaxlokk. Bħalissa dan il-port mill-isbaħ qed jilqa' lis-sajjieda lura mis-sajda bil-lampuki f 'idejhom, ftit qabel din il-ħuta tispiċċa fuq il-platt, moqlija jew il-forn. Aqra aktar dwar il-bidu tal-istaġun tal-lampuki f 'paġna 7. Ritratt tal-ġimgħa Ritratt: Raphael Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2016