Illum previous editions

ILLUM 21 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 | illum Intervista 13 Malti u spiċċajt naħdem fih' Ritratt: Chris Mangion qalbi," jgħid Farrugia. Fil-fatt, skont stħarriġ li sar mill- Awtorità tax-Xandir f 'April ta' din is-sena, jirriżulta li d-drama li jipproduċi, jidderieġi u jeditja Farrugia hija segwita saħansitra aktar mill-bulettin tal-Aħbarijiet tax-Xandir Nazzjonali. Minn dawk li pparteċipaw 14.2% qalu li l-aktar programm li jogħġobhom huwa Strada Stretta, warajh jiġi 'Iċ-Ċaqqufa' b' 13.7% u mbagħad 'Katrina' b'12.1%. Sensittivi żżejjed? Realtà li hija ċara għal kull min isegwi t-televiżjoni lokali huwa l-fatt illi t-telespettatur Malti ma tantx għandu wisq għażla jekk irid ipoġġi fuq is-sufan wara ġurnata xogħol u jidħaq, daħqa tajba ħlief illi jsegwi produzzjonijiet barranin. Apparti l-produzzjoni 'Deċeduti' u xi produzzjonijiet televiżivi li tellgħu Daniel Chircop u Chrysander Aguis, u 'Klassi Għalina' riċentement, ftit li xejn kien hemm attentati serji ta' kummiedja tajba f 'dawn l-aħħar snin fuq it-TV Malti. Għalxiex? B'ton apoloġetiku Farrugia jfakkar illi "huwa aktar faċli li tbikki milli ddaħħaq. Il-kitba tal-iskritt trid ħafna iktar xogħol. Barra minn hekk, meta tikteb script tad-daħq irid ikollok punchline (botta jew risposta li ddaħħaq) kull ftit sekondi." Nirrimarkalu kif ġieli rajt kummiedja fuq it-TV Malti, dan is-sajf stess, li lanqas idaħħqek darba f 'episodju sħiħ. Fejn qed immorru ħażin? "Trid tkun rilevanti jekk trid tolqot il-gosti tan-nies. Trid titkellem u titratta realtajiet li huma rilevanti għat-telespettaturi tal-lum." Nistaqsih ukoll jekk hux posibbli li dak li nsibu tad-daħk fil- privatezza ta' bejnietna jdejjaqniex fuq it-TV. Farrugia ma jaħsibx li dan huwa l-każ. "Meta tkun taf xħin u kif għandek titfa' l-botta, din tkun apprezzata u le ma naħsibx li hemm xi problema relatata ma' sensittività żejda fuq kwistjonijiet politiċi jew soċjali." "Jidher, minn dak li jien infurmat, illi wara tliet snin ta' drama pjuttost intensiva se nkunu qed naraw produzzjonijiet komiċi lura fuq it-TV Malti." Il-fattur 'Xarabank' Ħobbu jew obgħodu Xarabank ilu għaddej snin twal u dejjem attira lejh udjenzi kbar li ġieli laħqu jew qabżu l-100,000 telespettatur. X'jagħmel programm bħal Xarabank, anke jekk hemm min iqisu bħala 'imbarazz' jew 'farsa' jew anke 'ħamallata', biex jibqa' poplari sena wara sena, staġun wara staġun? "Xarabank kien u għadu suċċess għax uża l-istess formula li użajna aħna wkoll. Kif ġara b'Strada Stretta u anke d-dramm 'Giselle', li ppruvaw jolqtu kemm jista' jkun udjenza differenti. Xarabank u l-istess Strada Stretta jgħaqqdu nies differenti, minn sfond differenti u ta' etajiet differenti għax kapaċi jdaħħqek, jisserjak u jbikkik, fi programm wieħed." Jekk mhux popolari, mhux tajjeb. Jew le? Mal-ILLUM Peppi Azzopardi kien saħaq illi programm ma jistax ikun tajjeb jekk ma jkunx popolari. Jaqbel ma' dan Farrugia? Jaqbel illi hija l-udjenza u d-daqs tagħha li tagħmel programm tajjeb? "Tagħmlu aktar popolari, mhux neċessarjament aktar tajjeb. Issa skont kif qed tħares lejh, jekk hux qed tħares mil-lenti ta' negozju jew le." "Jekk, meta tagħsar issib li programm għandu kontenut tajjeb, issib ġenwinità, verità, issib it-tema soċjali, mela allura iva jien ngħid li din tkun produzzjoni tajba." It-TV: Jeduka jew divertita b'xejn? Kelli bilfors nistaqsi lil Farrugia l-mistoqsija l-aktar diskussa dwar it- TV. X'inhu l-iskop tat-TV, li jeduka jew li jservi ta' divertiment? "Inħoss li l-qasam ta' dokumentarji qed jikber fuq it-TV Malti u nemmen li hemm bżonn jikber aktar, issa jekk hux qed jasal b'mod tajjeb jew le l-programm hija kwistjoni oħra." Nistqasih dwar id-dokumentarju li jitratta l-istorja ta' Malta u li qed itella' Salvu Mallia u mill-ewwel jiddeskivih bħala "programm tajjeb ħafna li, rrispettivament mill-opinjoni u kif jistgħu jħarsu lejh in-nies, joffri pakkett sħiħ, lit-telespettatur. Allura, biex nerġa' mmur lura għall-argument tal- poplarità, il-programm ta' Salvu Mallia qatt ma laħaq il-quċċati fl-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir. Dan ifisser li mhux programm tajjeb, allura?" Justin jaħseb, li minkejja l-progress kollu li sar fil-qasam tax-xandir u tal-produzzjonijiet lokali, għad hawn mentalità tal-'u iva mhux xorta' u tal-'ejja ħa mmorru'? "Iva, għadha palpabbli wkoll. Ma nemminx li tiġi mill-istazzjonijiet infushom, iżda mill-prodott li jkun offrut lill-istazzjonijiet lokali. Minkejja dan nifhem u issa qed nesperjenza d-diffikultajiet li tiltaqa' magħhom meta tkun qed tipproduċi, trid tipprova tlaħħaq ma' kollox b'ammont ta' flus li mhux wieħed kbir. Jiġifieri, anke jekk nikkritika l-prodott, nasal ukoll li nifhem illi l-isfidi huma kbar, qisek qed tara urugan ġej lejk." Ma' Farrugia, nitkellmu dwar bosta temi oħrajn, fosthom ukoll il-programmi ta' ġrajjiet kurrenti, imma l-ispazju daqshekk jagħti. Inqumu minn fejn konna, issa fil- kċina ta' Lily, biex Farrugia jkompli l-ħidma. Kien qed ifittex kċina sħiħa u sufan għad-dar ta' Polly. Kif se jkompli Strada Stretta? L-ILLUM ippruvat titkixxef naqra kif se jkompli Strada Stretta? L-aħħar episodju spiċċa bi Guido u Lydia, fuq l-artal waslu biex jiżżewġu bil-vera maħbub ta' Lydia, Mario, jiġri lejn il-knisja biex jipprova jwaqqaf iċ-ċerimonja. X'se jiġri? Lydia u Guido se jiżżewġu? Se jirnexxilu jirbaħ lura lill-maħbuba tiegħu, u omm it-tarbija tiegħu, Mario? Farrugia jitbissem u għalkemm jagħti ħjiel iħallina bil-kurżità, "nistennew sa Ottubbru, nista' naċċertak li se jkun staġun interessanti ħafna." Ikun ta' xejn li nippruvaw għal darba, darbtejn għax Farrugia jgħidilna biex nistennew. Ċerti li ħafna mill-qarrejja tal- ILLUM se jeħlu mal-iskrins tat-TV f 'dik il-filgħaxija tal-ewwel nhar ta' Tnejn (qed nassumu li se jibqa' jsir nhar ta' Tnejn) illi fih jerġa' jibda Strada Stretta. Fi Strada Stretta l-barijiet kienu kollha kulur, kienu magħmulin apposta. Biex inessu d-dwejjaq jew l-għawġ " " Il-gazzetta ILLUM tintervista lil Justin Farrugia ta' Strada Stretta • Il-programm Reporter se jiddiskuti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2016