Illum previous editions

ILLUM 21 August 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/717192

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Awwissu 2016 | illum Sports 31 Sabrina Grima bl-aħħar preparamenti qabel tieħu sehem fil-Kampjonati Mondjali tal-WBFF IL-BODYBUILDER ewlenija Maltija li tispeċjalizza fil-Bikini Fitness, Sabrina Grima, tinsab għaddejja bl-aħħar preparamenti intensivi tagħha biex bejn is-26 u s-27 t'Awwissu li ġej tkun qed tieħu sehem fil-Kampjonati Mondjali tal-World Beauty Fitness & Fashion. B'hekk dan il-ġurnal ma setax jonqos li jagħmel kuntatt ma' Sabrina Grima nnifisha, fejn tatna iktar dettalji rigward dan kollu. Hija affermat li: "L-aħħar konkors li attendejt għalih kien f 'Londra, Ingilterra, li kien il-UK European Championships, fil-15 ta' Novembru tas-sena li għaddiet, fejn hemmhekk ħadt sehem f 'żewġ kategoriji - il-WBFF Bikini Diva u l-WBFF Fitness Diva. Fil-kategorija Bikini, ġejt mal-ewwel erbgħa minn 40 parteċipanta, u fil-kategorija Fitness ġejt fl-ewwel post fost 30 parteċipanta minn madwar l-Ewropa kollha. B'dawn it-titli li rbaħt, ġie mogħti lili l-PRO status mill-Federazzjoni tal-WBFF, li huwa status li ħafna atleti bħali jkunu ħerqana ħafna li jirbħu. Il-fatt li rbaħt il-PRO status tani ċ-ċans li mmur nikkompeti Toronto fil-Kanada fil-World Championship li se jsir bejn is-26 u s-27 t'Awwissu li ġej. Ovvjament, minn Novembru 'l hawn, bdew il-preparamenti għal din il-ġurnata ferm mistennija mill-PROs kollha tal-WBFF. Bħala taħriġ, nittrenja kuljum, kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija, bejn Insanity, Circuit Training kif ukoll weightlifting fil- gym. Bħala nutrizzjoni u dieta, naħdem tajjeb ħafna u fil- qrib mal-kowċ Susan Borg. Issa beda l-'countdown' hekk kif kulma baqa' huma ħames ġimghat - ħames ġimgħat ta' dieta, daqsxejn aktar ħarxa mis-soltu. Issa fl-aħħar ftit, inkunu rridu li jinżel il-'bodyfat' kemm jista' jkun, b'mod illi ma nagħmilx ħsara lil saħħti, u li jkolli saħħa biżżejjed biex inkompli bit-taħriġ tiegħi u nżomm il-muskoli nutriti biex inżomm id- dehra tiegħi kompleta u b'saħħitha," temmet tgħid Sabrina Grima. Il-bodybuilder ewlenija Maltija, li tispeċjalizza fil-Bikini Fitness, Sabrina Grima Ritratt: Jamie Belhouse Photography Kevin Azzopardi jsir wieħed mill-iżgħar Diretturi tar-Referis fid-dinja WARA terminu ta' kważi ħames xhur fil-kariga t'Aġent Direttur tar-Referis tal-MFA, Kevin Azzopardi, issa ġie kkonfermat fil- kariga b'mod uffiċjali wara l-approvazzjoni tal-Kunsill tal-MFA li ltaqa' fl-4 t'Awwissu sabiex fl-età ta' 36 sena, Azzopardi, bla dubju huwa wieħed mill- iżgħar diretturi tar-referis fost il-211-il assoċjazzjoni tal-futbol imxerrda madwar id-dinja kollha. L-ewwel appuntament għal Azzopardi għal dan l-istagun kien l-organizzazzjoni tas-seminar annwali għar- referis u l-osservaturi li sar fuq tlett ijiem f 'lukanda ewlenija f 'San Ġiljan, u li ra l-parteċipazzjoni tal- eksreferis ta' fama mondjali, David Elleray u Frank De Bleeckere. Azzopardi spgjega kif minn dan l-istaġun, it- tim amminstrattiv żdied minn tmien persuni għal 25 bl-istess nefqa tas-sena li għaddiet. Huwa se jkun qiegħed ikun mgħejjun minn żewġ Assistenti Diretturi, Philip Agius u Andrè Arciola. Dwar l-inizjattivi li se jkunu qegħdin jieħdu, Azzopardi qal: "Waqqafna unit apposta għal Għawdex kif ukoll esiġejna li l-operat tal- Unit tad-Dixxiplina jkun totalment awtonomu mill-ġurisdizzjoni tal- Kumitat tar-Referis. Se nkunu qegħdin nagħtu wkoll importanza kbira lil Għawdex, però nemmen li l-aktar deċiżjoni kuraġġuża li ħadna kienet dik li nnominajna tnejn min-nies li parti minn xogħolhom se jkun dak li jissorveljaw l-operat tagħna, ibda l-ewwel wieħed minni stess." Huwa żied jgħid li minn dan l-istaġun, ir-referis Maltin se jkunu qed jużaw kits ġodda tal-Adidas permezz ta' sponsor ewlieni li kisbu mingħand Eurosport, waqt li se jkun qed jintuża wkoll il-'vanishing spray' għall- ewewl darba fil-Kampjonat BOV Premier. Huwa tenna li din il-ħidma qiegħda ssir b'kollaborazzjoni mal- MFRA, immexxija mill- President, Alexie Tabone. Azzopardi, li hu wkoll l-Uffiċjal Edukattiv tal- Edukazzjoni Fiżika fi ħdan il-Ministeru għall- Edukazzjoni u x-Xogħol, tenna li fetaħ il-bibien għal kull min xtaq jagħti kontribut, inkluż nies li rritornaw lura wara li kienu assenti għal xi perjodu ta' żmien. Waqt wieħed mill- interventi tiegħu waqt is-seminar, il-membru tal-Kumitat tar-Referis tal-UEFA, David Elleray, saħaq li t-tim amminstrattiv ġdid Malti għandu pjanijiet konkreti u viżjoni ċara. Huwa qal li Kevin Azzopardi huwa l-ewwel gradwat tal- UEFA CORE Programme, li kien ħa sehem fih propju fl- ewwel edizzjoni sitt snin ilu, li ngħata r-responsabbiltà ta' Direttur tar-Refereeing madwar l-Ewropa. Fl-istess CORE 1 Programme, kienu ħadu sehem flimkien m'Azzopardi, ir-referi Ingliż, Michael Oliver, kif ukoll dak Pollakk, Szymon Marcinak, li t-tnejn kienu involuti fil-logħob tal-EURO 2016, b' tal-ewwel ikun Assistent Referi Addizzjonali ta' Martin Atkinson, waqt li Marciniak ħa sehem bħala referi, fejn saħansitra kkontrolla l-logħba tal- aħħar 16 bejn il-Ġermanja u s-Slovakkja. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Kevin Azzopardi, xtaq jirringrazzja lill-MFA, speċjalment lill-President, Norman Darmanin Demajo, tal-fiduċja li ġiet murija fih, u li huwa lest jirreċiproka bl-enerġija u l-entużjażmu kollha tiegħu. Il-Kap tad-Dipartiment tar-Referis fi ħdan l-MFA, Kevin Azzopardi Ritratt - Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2016