Illum previous editions

illum 11 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

b'numru ta' uffiċjali imħarrġa biex iwettqu xogħlijiet speċifiċi. Għal emerġenzi fuq il-baħar, toħroġ is-sezzjoni marittima Fl-istazzjon ta' Kordin, tinsab is-sezzjoni Marittima, li tispeċjalizza fis-salvataġġi fuq il-baħar, kif ukoll fit-tifi ta' nar fuq dgħajjes, vapuri, bini b'aċċess mill-baħar, kif ukoll it-tneħħija ta' żjut jew kimici mill-baħar. Is-sezzjoni marittima tas-CPD tagħmel dan permezz tal-'fire boat' Garibaldi, li hi mgħammra b'dak kollu li wieħed isib fuq trakk tat-tifi tan-nar, kif ukoll b'apparatt li bih il-Garibaldi jista' wkoll jirmonka bċejjeċ tal- baħar oħrajn li jkollhom bżonn l-assistenza biex jiddaħħlu lejn xi port. Minbarra l-Garibaldi, li hija stazzjonata Kordin, l-istazzjonijiet tax-Xemxija u t' Għawdex għandhom ukoll dinghy għall-użu ta' salvataġġ fuq il-baħar. Minbarra s-salvataġġ u t-tifi tan-nar fuq il-baħar, fl- istazzjon f 'Kordin, l-uffiċjali huma speċifikament imħarrġa biex jindirizzaw emerġenzi relatati ma' tixrid ta' kimika, jew emmissjonijiet ta' gass. L-unità msemmija 'Hazmat' (Hazardous Material) hija mgħammra b'vetturi speċjali li mad-daqqa t'għajn jixbħu dawk għat-tifi tan-nar, iżda li jintużaw għat-tneħħija u tindif ta' tixrid ta' sustanzi kimiċi kontaminanti. Jekk f 'inċident relatat ma' xi kimika, jkun hemm xi vittmi involuti, is-sezzjoni tal-Hazmat tieħu ħsieb li qabel jittieħdu l-isptar, il-vittmi jiġu dekontaminati permezz ta' doxxa speċjali li l-unità ġġorr magħha fuq il- post tal-inċident. It-taqsima Hazmat tieħu ħsieb ukoll l-evakwazzjoni ta' binjiet li fihom jiġi rrappurtat xi rwejjaħ ta' gassijiet, sakemm huma jagħmlu l-investigazzjonijiet neċessarji sabiex jitwaqqaf is-sors li minnha ħiereġ il-ġass. Ifittxu, jsibu u jsalvaw Ibbażati fl-istazzjon ta' Ħal Far, taqsima oħra tad- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hija insejjħa USAR, (Urban Search And Rescue). L-uffiċjali li jagħmlu parti minn din it-taqsima bħalissa huma l-ewwel grupp 'full- time' li qatt kien hawn Malta, għax qabel din it-taqsima kienet ifformata minn volontarji biss. Il-membri tal-USAR jieħdu taħrig fuq kollox daqs l-uffiċjali l-oħra inkarigati mit-tifi tan-nar, iżda mbagħad, jispeċjalizzaw f 'salvataġġ minn bini għoli, aċċess permezz ta' ħbula u salvataġġi minn postijiet dojoq, mhux aċċessibbli jew minn qalb it-tifrik ta' bini mwaqqa'. F'kazi ta tiftix ta' persuni mitlufin jew inkella meta jkun hemm vittmi mirdumin taħt xi bini mwaqqa', mal-USAR, toħrog it-taqsima tal-klieb, li bħala bażi jinsabu f 'Ta' Kandja. Il-klieb jintużaw f 'każi ta' persuni neqsin, fejn bihom tingħata għajnuna lill-pulizija sabiex il-klieb ixommu xi oġġett tal-persuna nieqsa, (normalment żarbun) sabiex huma jittieħdu fuq il-post tat-tfittxija u permezz tar-riħa, il-klieb ifittxu l-persuna nieqsa. Tip ta' xogħol ieħor li jagħmlu l-klieb tas-CPD huwa t-tfittxija għal persuni midfuna taħt radam jew f 'xi postijiet perokolużi fejn il-vittma tista' tkun mgħottija jew moħbija b'xi ħaġa. Id-Dipartiment jinvesti fil- futur tiegħu Id-dipartiment dejjem jaħdem u jinvesti biex tiżdied l-effiċjenza tiegħu permezz ta' apparat u vetturi ġodda, filwaqt li l-uffiċjali kollha jattendu taħriġ fuq bażi regolari. Bħalissa hemm pjanijiet biex tinbena stazzjon ġdida f 'Santa Venera sabiex tkopri ċ-ċentru tal-gżira u jitnaqqas il-ħin tar- rispons. Pjanati wkoll kwartieri ġodda f 'Ħal Far għax dawk f 'Ta' Kandja qed isiru żgħar wisq u mhux adegwati. Hemm ħsieb ukoll li tinbena stazzjon għat-tifi tan-nar ġdida u aħjar fil-Furjana, dedikata biex tkopri emerġenzi fil-Belt u l-Furjana biss. Iżda l-ikbar investiment dejjem jibqgħu in-nies kuraġġużi u dedikati li ta' kuljum, ipoġġu ħajjet ħaddieħor qabel tagħhom stess u jsalvaw u jipproteġu. Aħbarijiet 11 Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 | illum GourmetToday kull nhar ta' Sibt -16:05 fuq TVM • Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jirċievi madwar 5,000 sejħa f 'sena • 150 minnhom ikunu 'false alarm' jew ċajta • 1,300 każ bejn Mejju u Settembru ta' ħruq ta' ħaxix niexef • 1,000 każ ta' tixrid ta' żejt jew likwidu li jaqbad • 2,000 każ ta' tfi ttxija u salvataġġ Uffiċjali tat-taqsima USAR joħorġu vittma minn bini perikoluż L-Unità tal-klieb tas-CPD tgħin fit-tfittxija u s-salvataġġ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 September 2016