Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664
illum | Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 24 Kummerċjali Farsons b'faċilità ġdida għall-packaging tal-birra b'investiment ta' €27 miljun Simonds Farsons Cisk plc inawgurat faċilità mill- aktar moderna u avvanzata għall-packaging tal-birra fil-Birrerija tagħha fl-Imrieħel b'investiment ta' €27 miljun. Dan l-aktar investiment riċenti fil-faċilitajiet operattivi tagħha se jippermetti li Farsons tagħmel packaging ta' birer u xorb ieħor u b'hekk se jinfetħu orizzonti ġodda għall-futur. Din il-faċilità ġdida kienet inawgurata mill-Prim Ministru Joseph Muscat, u wara sar it-tberik mill-Arċisqof Charles J Scicluna. Iċ-Chairman tal-Grupp is-sur Louis Farrugia qal, "Din il-faċilità hi pass strateġiku importanti ieħor li jagħmilha possibbli għall-Grupp li jwettaq il-viżjoni tiegħu: dik li jistabbilixxi ruħu bħala regional player fis-settur tax-xorb. Dan l-investiment qawwi qed iseħħ ftit wara l-investiment l-ieħor ta' €12.5 miljun fil-Brewhouse il-ġdida, li tlestiet fl-2012. Permezz tal-master plan tagħna għall-ippjanar fuq perjodu twil ta' żmien, aħna mmodernizzajna l-aktar assi operattivi importanti tagħna b'investiment ta' €135 miljun f'26 sena. Issa, Farsons tinsab f'qagħda tajba biex tibbenefika minn dawn l-investimenti għas-snin li ġejjin." "Barra minn hekk, għandna wkoll investiment fil-brands tagħna bl-ikkummissjonar ta' aġenzija internazzjonali tad- disinn biex tibdel kompletament il-livery tal-ippakkjar tal-prodotti tagħna, li issa huma ta' livell internazzjonali. Ilna għal numru ta' snin naħdmu wkoll fuq l-iżvilupp tan-negozju tal- esportazzjoni tagħna u anki f'dan il-qasam qed nagħmlu progress kostanti. Matul l-2015, esportatajna l-ekwivalenti ta' erba' mitt kontejner ta' 20 pied, filwaqt li l-għadd ta' swieq li nesportaw lejhom kompla jiżdied. Dawn issa jkopru 15-il pajjiż f'ħames kontinenti. B'mod ċar, dan l-investiment issa qed jagħtina l-abbiltà biex nestendu saħansitra aktar l-esportazzjoni tagħna, f'konformità mal-aspirazzjonijiet tan-negozju tagħna għall-futur. Il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp Farsons, Norman Aquilina qal li din il-faċilità għall-packaging tal- birra tkopri 4,500 metru kwadru, fuq tliet sulari, u tinkludi tliet linji ta' ppakkjar: tnejn għall-fliexken ritornabbli u mhux ritornabbli tal- ħġieġ, u linja oħra għall-ibbottiljar tal-bottijiet. Il-linji l-ġodda ser iġibu magħhom aktar titjib fil- kwalità u l-produttività flimkien ma' żieda fl-effiċjenza permezz ta' awtomazzjoni, konsum aktar baxx ta' enerġija u t-tnaqqis tal- ilma. Aquilina qal: "Farsons issa għandha l-kapaċità impressjonanti li tagħmel packaging ta' 30,000 flixkun u 40,000 bott kull siegħa, dejjem skont il-livelli għoljin Ewropej. Il- makkinarju kollu għall-ibbottiljar oriġina mill-Ewropa u mill-Istati Uniti, u wasal f'xejn inqas minn 90 kontejner. Il-faċilità għandha wkoll żewġ sulari għall-ħażna tal-materjali kollha tal-packaging, li joffrulna 57,000 metru kubu ta' spazju. L-istruttura u d-disinn ta' dan il-bini flimkien mat-tqassim tal-impjant tal-packaging inbnew b'mod li jiksbu l-aqwa effiċjenza li qed nimmiraw għaliha, filwaqt li jagħtuna wkoll dik il-flessibiltà produttiva skont il-ħtiġijiet tal-packaging differenti li jkun hemm bżonn, u li jsir l-aqwa użu possibbli mill-kapaċità tal-ħażna." Filwaqt li qed jiddedika aktar riżorsi għall-iżvilupp ta' prodotti ġodda, il-Grupp Farsons se jibqa' jsegwi mill-qrib u jaddatta skont l-aħħar tendenzi fil-konsum tax- xorb. Għall-futur, aħna se nibqgħu niffokaw fuq aktar innovazzjoni u fuq it-tkabbir tan-negozju tagħna fuq livell internazzjonali. Dan se jkompli jkun il-punt fokali tal- istrateġija tagħna għat-tkabbir. Illum għamilna pass importanti ħafna f'din id-direzzjoni," temm jgħid Aquilina. Home of Cisk b'aktar titjib fil-kwalità u żieda fl-effiċjenza permezz ta' awtomazzjoni ShipLowCost.com tiċċelebra 4 snin ta' operat Hekk kif Express Trailers qed ifakkar ir-4 anniversarju tas-servizz online www. ShipLowCost.com is-servizz kompla jikseb iżjed suċċess hekk kif ikkonferma li għar- raba' sena konsekuttiva, reġa' kien hemm tkabbir. Fil-fatt, fl-ewwel seba' xhur ta' din is-sena, is-servizz kompla jsir iżjed popolari fejn żdiedu l-konsumaturi reġistrati li użaw dan is- servizz. Imniedi fl-2012 sabiex jgħin lill-konsumaturi jwasslu f 'Malta dak li jkunu xtraw bl-internet, is-servizz ShipLowCost.com huwa servizz b'saħħtu grazzi għall- fatt li m'hemm l-ebda limitu fuq il-piż jew id-daqs tal- oġġett u għalhekk, sew jekk tixtri bl-internet, jew jekk tixtri xi ħaġa waqt il-btala, tista' twassal dak li xtrajt f 'Malta, dritt id-dar. ShipLowCost.com bdiet topera permezz ta' erba' depots, fir-Renju Unit, il- Ġermanja, l-Italja u Franza u ftit xhur wara, żdied depot ieħor fi Sqallija. Is-servizz baqa' jikber biż-żieda ta' tliet depots oħra aktar kmieni din is-sena, fl-Olanda, Spanja u l-Awstrija, biex b'hekk illum, b'kollox hemm 8 depots madwar l-Ewropa kollha. Ir-Renju Unit jibqa' l-iżjed hub popolari għall-konsumatruri li jużaw ShipLowCost.com, segwit mill-hub fl-Italja u dak fil-Ġermanja. AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT The Palace tiċċelebra għeluq sninha Il-lukanda lussuża ta' ħames stilel f 'Tas-Sliema, The Palace ċċelebrat id- disa' anniversarju mill-ftuħ uffiċjali. Nhar it-Tnejn, 29 t'Awwissu, it-tmexxija u l-istaff ta' din il-lukanda ċċelebraw din l-okkażjoni mal-mistednin tagħhom billi organizzaw attività apposta. Dawk li huma klijenti regolari ta' The Palace, kellhom l-opportunità li jiftakru f 'okkazjonijiet preċidenti meta kienu f 'din il-lukanda waqt li l-impjegati tkellmu dwar l-esperjenza tax-xogħol tagħhom f 'dan il-post. Mill-2007, din il-lukanda rinomata għal veduta sabiħa ta' Tas-Sliema u x-xena mill- isbaħ tal-Belt Valletta, bdiet tilqa' eluf ta' turisti matul is-snin. Interessanti li wieħed jinnota li uħud minn dawn komplew iżuru din il-lukanda sena wara l-oħra u rawha tikber. Il-Manager ta' The Palace, Kevin Callus ħa l-opportunità biex jirringrazzja lill-impjegati kollha li ħadmu jew għadhom qed jaħdmu f 'din il-lukanda. Huwa ħeġġiġhom biex jibqgħu jaħdmu b'dedikazzjoni filwaqt li jżommu l-interessi tal-klijenti għal qalbhom biex jiżguraw aktar snin ta' suċċess.