Illum previous editions

illum 11 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 Sports 32 Birkirkara FC b'aspirazzjonijiet kbar għas-snin li ġejjin MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT KOLLOX qed jindika li Birkirkara FC qed jaħdmu bis-sħiħ biex jirritornaw fl-ogħla postijiet tal- futbol Malti u jerġgħu jisfidaw għall-unuri sa minn dan l-istaġun. Iżda mhux biss, hekk kif waqt konferenza stampa li saret nhar l-Erbgħa li għadda, il-president ferm ħabrieki tal-Istripes Adrian Delia qal li bħala klabb qed jippjanaw li sa ħames snin oħra huma jibdew joperaw fuq bażi professjonali fejn l-impjieg full-time tal- plejers kollha Karkariżi ikun dak ta' futbolers. Huwa qal li din mhix xi ħaġa li ssir iżda jemmen li mhix xi ħaġa impossibli fejn fil-fatt uħud mill- plejers fl-iskwadra preżenti ta' Birkirkara diġà bdew jittrenjaw darbtejn kuljum - filgħodu u filgħaxija. Huwa kompla li dan mhux biżżejjed hekk kif huma qed jaħsbu biex ikollhom amministratur full-time kif ukoll faċilitajiet u set- up tekniku professjonali. Delia żvela li Birkirkara se jkunu qed jirċievu s-somma ta' xejn inqas minn €675,000 għall- parteċipazzjoni tagħhom fil- UEFA Europa League, fejn huma rnexxielhom jiksbu kwalifikazzjoni storika għat-tielet rawnd tal-UEFA Europa League. Madankollu, huwa tenna li dan l-ammont għalkemm jista' jitqies bħala wieħed kbir, ma jifdiex lanqas nofs l-ammont li l-klabb Karkariż irid biex jifdi l-ispejjeż tiegħu kollha tul staġun sħiħ tal-futbol. Huwa kompla biex irringrazzja lis- settur tal-klabb mill-viċi- president Frank Zarb, il-membri tal-kumitat kollha, il-kumitaat tal-partitarji, il-mijiet ta' membri fil-klabb ta' Birkirkara, kif ukoll lill-partitarji għall-ammont kbir ta' xogħol li huma kienu wettqu matul is-sajf li kien ferm impenjattiv. Delia rringrazzja wkoll lill-isponsors ewlenin tal- klabb li huma McDonald's, Eurosport u Adidas, Powerade, Scotts, MSV Life u Remedy Swiss, flimkien ma' bosta oħrajn. Kif diġà kien magħruf, l-Istripes kienu impenjati ferm matul is-suq tat- trasferimenti li għadda fejn wara li kkonfermaw lill-kowċ Kroat Drazen Besek u l-kumplament tal- istaff tekniku għal staġun ieħor, huma akkwistaw xejn inqas minn tmien plejers ġodda. Dawn huma l-plejers Maltin, Andreas Vella, James Brincat, Shaun Bajada u Steven Bonnici waqt li Predrag Jovic, Srdjan Dimitrov u Dejan Djordjevic huma l-plejers barranin il- ġodda ta' Birkirkara. Dan filwaqt li Matteo Desira Buttigieg u Rowen Muscat irritornaw minn esperjenza ta' staġun b'self ma' St Andrews u Pavia fl-Italja, rispettivament. Delia semma' wkoll it-tluq ta' plejers li kienu ngħaqdu ma' klabbs oħra b'self fosthom Edison David Bilbao Zarate ma' Għajnsielem f 'Għawdex, Ryan Camenzuli ma' Floriana u Philip Schranz, Daniel Zerafa u Kurt Zammit ma' Tarxien Rainbows. Indirizza din il-konferenza stampa wkoll il- kowċ ta' Birkirkara, Drazen Besek, li qal li t-tim immexmi minnu kien beda dan l-istaġun kmieni ħafna, iżda huma jinsabu kuntenti ħafna b'dak li rnexxielhom jiksbu, kemm fil-UEFA Europa League kif ukoll fiż-żewġ logħbiet tal- Kampjonat BOV Premier li kienu mpenjati fihom. Huwa kompla li mill-istaġun li għadda huma kienu bidlu numru ta' plejers hekk kif uħud kienu ħallew lill- klabb, waqt li oħrajn kienu ngħaqdu mal-Istripes, fejn huwa saħaq li jinsab kuntent ħafna bl-akkwisti ta' plejers ġodda li Birkirkara għamlu fl-aħħar ġimgħat. Huwa saħaq li qed jittama li huma kien irnexxielhom jibnu tim tajjeb, fejn afferma li jemmen li fadal xi jsir fl- iskwadra mmexxija minnu, hekk kif huwa stqarr li fil- futbol, wieħed dejjem irid jara li jtejjeb il-formazzjoni tiegħu, tkun tajba kemm tkun tajba. Huwa kompla li Birkirkara se jkunu qed jaħdmu qatigħ sa tmiem din is-sena kalendarja u jaraw x'riżultati ikunu rnexxielhom jiksbu sa dak iż-żmien, fejn jekk jaraw li jkun hemm bżonn xi rtokki żgħar, huma se jkunu qed jagħmlu dan matul it-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar li ġej. Adrian Delia imkien mal-akkwisti l-ġodda ta' Birkirkara FC. Ritratt - Domenic Aquilina irringrazzja lis- settur tal-klabb mill-viċi- president Frank Zarb, il-membri tal-kumitat il-kumitaat tal-partitarji, ta' membri fil-klabb ta' David Bilbao Zarate ma' Għajnsielem f 'Għawdex, Ryan Camenzuli ma' Floriana u Philip Schranz, Daniel Zerafa u Kurt Zammit ma' Tarxien Rainbows. Indirizza din il-konferenza stampa wkoll il- kowċ ta' Birkirkara, L-ASMK torganizza tiġrija autocross f 'Għawdex b'risq il-Fondazzjoni Arka FI tmiem din il-ġimgħa, l-ASMK tinsab fix- Xewkija Għawdex bil- Karozzi tal-Autocross. Din l-attività sponsorjata minn 'ASMK' u 'Pasta Poiatti' hija t-tielet waħda tax- xorta tagħha li l-ASMK qed torganizza ġewwa l-gżira Għawdxija. Dan il-programm qed jittella' prinċipalment biex jinġabru fondi b'risq il-'Fondazzjoni Arka' li tagħmel ħafna xogħol siewi mar-residenti tagħha f 'Għawdex u wkoll biex aktar jiġi espost dan il-motorsport tal-Autocross fost l-ispettaturi Għawdxin speċjalment dawk li jsibu diffikultà jiġu f 'Ta' Qali. Din l-edizzjoni qed issir f 'post differenti u ġdid minn dak tal-aħħar żewġ attivitajiet preċedenti. L-ASMK irnexxielha tasal għall-ftehim mal- Assoċjazzjoni tat-Tlielaq taż-Żwiemel f 'Għawdex biex tuża il-kumpless Sportiv tagħhom għal din l-attività. Il-korsa temporanja qed tkun mibnija minn xi membri tal-ASMK fuq art kbira li tinsab fin-nofs tal- korsa taż-żwiemel, liema żona ma tintużax għat-tiġrijiet taż- żwiemel. Din il-lokalità fiha spazju biżżejjed għal din l-attività bil- karozzi Autocross li għandu joffri spettaklu lill-ispettaturi li jattendu. Dan kollu huwa possibbli bil- koperazzjoni sħiħa tal-kumitat tal-korsa speċjalment il-President Mary Mifsud tal- Gozo Horse Racing Association. Il-Ministeru għal Għawdex qed jissapportja din l-attività flimkien mal- Gozo Sports Board u d-Dipartiment tax- Xogħlijiet f 'Għawdex. L-ASMK irringrazzjat ukoll lill-korp tal- Pulizija f 'Għawdex, lill-familja ta' Joe Apap u ħafna kollaboraturi oħra Għawdxin li kollha qed jagħtu s-sehem tagħhom biex din l-attività tkun possibbli u tkun suċċess. Nhar il-Ġimgħa u lbieraħ mill-5pm 'il quddiem saru l-provi, taħriġ u testing mis- sewwieqa Maltin u Għawdxin fuq il-korsa li qiegħda fi Triq ix- Xħajma fix-Xewkija waqt li t-tiġrijiet tal-lum jibdew fl-10:30am. Dan it-taħriġ mistenni jibqa' sejjer sa wara nofsinhar. Il-kompetituri u spettaturi mistennija jagħtu donazzjoni kull wiehed li ħa tmur b'risq il-Fondazzjoni ARKA. Il-premjazzjoni lir- rebbieħa ħa ssir fuq il-post fi tmiem il- programm minn persuni distinti. Wieħed jista' jsib iktar informazzjoni fis-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni, www. asmk.org.mt, jew fuq il-paġni ta' Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel ukoll kuntatt bl-email fuq info@asmk.org.mt jew fuq in-numru tal- mowbajl, 99425489. Henry Borg fuq Alfa Sud. Ritratt - Mario Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 September 2016