Illum previous editions

illum 11 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 Għawdex 14 Maria Dimech: L-ewwel tfajla MINN JOHN BUSUTTIL STUDENTA tal-liġi, Maria Dimech mir-Rabat Għawdex, hi l-ewwel tfajla li bdiet tmexxi l-Għaqda tal-Istudenti Universitarji Għawdxin. Din l-għaqda studenteska Għawdxija ilha snin tmexxi lill-istudenti Għawdxin flimkien biex iwasslu l-ilmenti tagħhom, u kultant żmien ikun hemm bidla sħiħa fl-organizazzjoni u din id-darba fl-ogħla organu ta' din l-għaqda, tfaċċat Maria. "L-ambizzjoni tiegħi bħala studenta universitarja hi li jirnexxili nilħaq u naħdem f 'xogħol relatat mal-kors li qed nattendi. Iżda minn perspettiva ta' president, nixtieq li aħna bħala GUG immexxu lill-Għawdex 'il quddiem u li nkunu qrib l-istudenti, b'hekk inkunu ta' għajnuna għall-istudenti tal-futur, kif kienu ta' għajnuna għalina l-istudenti tal-passat," bdiet tgħidilna Maria li kompliet ukoll tgħid li ddeċidiet li tikkontesta għall-presidenza għax kif rat l-opportunità, ħaditha. "Sirt parti mill-GUG sena ilu bħala PRO. Affaxinajt ruħi kif organizazzjoni ta' studenti kapaċi tikseb affarijiet għall-istudenti Għawdxin li jiffaċilitaw il-ħajja ta' student Għawdxi. U kien dan il-fattur li ħeġġiġni biex nikber f 'din l-organizazzjoni biex b'hekk nipprova nikseb dak li nemmen li l-istudent Għawdxi għandu bżonn." Staqsejt lil Maria jekk il-GUG jirrapreżentax lill- istudenti Għawdxin kollha inkella xi parti minnhom fejn hi wieġbet bla tlaqliq li huma leħen l-istudenti Għawdxin kollha, "tant li aħna rappreżentati fl-MCAST u anke fl-ITS." Il-president żagħżugħa kompliet tgħid ukoll li l-irwol tal-GUG huwa li jirrapreżenta lill-istudenti Għawdxin. "L-Għaqda tagħmel minn kollox biex tiġġieled għar-riżorsi u għall-interessi tal-istudenti Għawdxin. Dan ifisser li l-GUG tiffaċilita l-ħajja tal- istudenti Għawdxin. Eżempji ta' kisbiet matul dawn is- snin minn dawk ta' qabilna kienu li rnexxilhom jagħmlu pressjoni biżżejjed biex l-Għawdxin jibdew joqogħdu għall-eżamijiet f 'Għawdex. Ħaġa oħra importanti li ksibna hi sussidju fuq akkomodazzjoni għall- istudenti." Għaqdiet studenteski oħra f 'Għawdex jgħidu li l-GUG hi fergħa oħra tal- Partit Nazzjonalista, u għal dan, il-president twieġeb, "Nista' nassigurak li dan mhux minnu. Il-GUG hija organizazzjoni imparzjali. Il-GUG taħdem ħafna mal- partiti politiċi, tħejji laqgħat ma' ministri u anki shadow ministers. Hu impossibli li organizazzjoni li tirrapreżenta lill-istudenti Għawdxin kollha tkun taħdem biss ma' partit politiku wieħed, għax dan ikun ifisser li x-xogħol ta' din l-għaqda mhux iseħħ kif suppost." Mitluba tikkumenta għaliex hemm organizazzjonijiet studenteski oħrajn bħall- Pulse li jkunu mmexxija minn xi Partit, Maria qalet li jkun żbaljat jekk wieħed iħallat organizazzjoni bħall- Pulse mal-GUG. "Il-Pulse hi organizazzjoni bħal kull organizazzjoni oħra li hemm fl-Università. Nemmen li għandhom fergħa għalihom għar-raġuni li jemmnu f 'ċerti prinċipji u jirrapreżentaw ammont ta' studenti, kif tagħmel kull organizazzjoni oħra. Però l-għaqda tal- PULSE hija għaqda apparti mil-GUG." Jekk taħsibx li hu żball li l-istudenti jħarsu minn lenti ta' politika partiġġjana flok jingħaqdu u jiġġiedlu għall-benefiċċji taż-żgħażugħ Għawdxi, Maria dlonk wieġbet, "iva nemmen li huwa żball. Meta jkollok grupp ta' nies/ studenti li jaffaċċjaw l-istess diffikultajiet u jinqasmu fi gruppi differenti, l-għan idum aktar ma jintlaħaq. Wieħed irid iżomm f 'moħħu li wara l-partiti politici, jkun hemm studenti li jkollhom l-istess għan fir-rigward tal-istudenti, dan għaliex kull student Għawdxi jaffaccja l-istess problemi. Għalhekk huwa fatt li jekk dawn is-sezzjonijeit minn kull grupp politiku jingħaqdu, żgur li leħinhom se jinstema' iżjed, u b'hekk ikunu iżjed effettivi." Staqsejtha kif taħsibha hi dwar dan id-diskors ta' 'brain drain' minn Għawdex. "Nemmen li parti mill- brain drain huwa riżultat ta' globalizazzjoni. Illum il-ġurnata, huma ħafna dawk li jfittxu biex jagħmlu esperjenza barra mill-post ta' fejn ikunu jgħixu. Dan għaliex saret iżjed faċli li tmur f 'pajjiż ieħor issib xogħol jew studenti jistudjaw f 'università barranija. Però nemmen li l-istudenti Għawdxin, dan ikollhom jgħaddu minnu għar-raġuni li m'għandhomx għażla oħra u mhux għax dejjem jixtiequ jagħmlu dan. Huwa vera l-fatt li l-istudenti Għawdxin isibuha bħala esperjenza li jmorru jgħixu 'l bogħod mill-familji biex jistudjaw jew jaħdmu, iżda nemmen li kieku kellhom għażla huma ftit dawk li huma lesti jitilqu l-familji u jmorru jistudjaw 'il bogħod minn darhom. Nemmen li l-fatt li Għawdex mhix il-gżira prinċipali, il-politiċi ma jagħmlux dak kollu li jistgħu biex iżidu x-xogħol għaliex jiena ċerta li kieku l-istudenti għandhom għażla, huma ftit dawk li jemigraw lejn Malta." Il-politiċi Maltin, qabel kull elezzjoni jwiegħdu lill-Għawdxin: mina, pont, xogħol, fast ferry eċċ. X'taħseb Maria bħala żagħżugħa dwar dawn il- Maria Dimech l-ewwel president mara tal-GUG "Iż-żgħażagħ Għawdxin iħarsu lejn Malta bħala l-futur tagħhom, dan għaliex m'għandomx għażla oħra" "Il-fatt li jkun hemm partit ad hoc għal Għawdex, dejjem tgħin biex Għawdex jimxi iżjed 'il quddiem"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 September 2016