Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664
Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 | illum SPORTSillum Ritratt - Dominic Borg 27 minn Cristian Antony Muscat Floriana ..................... 0 Balzan ........................ 1 KIENET tassew rebħa drammatika dik li Balzan kisbu kontra Floriana bl- iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl għalihom jasal minn penalti ta' Lydon Micallef, żewġ minuti fuq il-ħin miżjud. Floriana wettqu żewġ tibdiliet mit-tim li għeleb lil St Andrews hekk kif Antonio Monticelli u Jurgen Pisani ħadu post Amadou Samb u Maurizio Vella rispettivament. Min-naħa l-oħra, Balzan kellhom tliet tibdiliet hekk kif Ivan Janjusevic, Abdelkarim Nafti u Matteo Piciollo ħadu post Christian Cassar, Terence Agius u Lydon Micallef rispettivament. Dan il-konfront kien wieħed partikolari għall-attakkant Taljan Matteo Piciollo, hekk kif kien qed jilgħab kontra l-eks tim tiegħu Floriana wara li ngħaqad ma' Balzan fil-ġimgħat li għaddew. Kienu l-Greens li ħolqu l-ewwel periklu wara disa' minuti logħob meta wara li rċieva minn freekick ta' Ryan Camenzuli, għola tajjeb il-captain Nicolas Chiesa li iżda ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jiġi mdawwar f 'corner mill- goalkeeper ta' Balzan, Ivan Janjusevic. Balzan irrispondew minuta biss wara, meta wara li rċieva pass mix-xellug mingħand Abdelkarim Nafti, Matteo Piciollo, ra x-xutt fraġli tiegħu minn pożizzjoni ferm ideali, jiġi newtralizzat minn Justin Haber. Floriana reġgħu ħolqu l-periklu fis-27 minuta meta Ignacio Varelo rċieva l-ballun minn through pass perfett qabel meta kien immarkat strettament mid- difensur Brungo Giglio de Oliveira, ra l-konklużjoni tiegħu minn tarf il-kaxxa, tintemm ftit barra mil-lasti ta' Ivan Janjusevic. Żewġ minuti minn tmiem id-90 minuta, Balzan skorjaw il-gowl tar-rebħa permezz ta' penalti skorjat minn Lydon Micallef wara li Enrico Pepe waqqa' lil Alfred Effiong fil-kaxxa. Floriana - Haber, Scicluna (Cini 41'), Monticelli, Pepe, Ruiz, Borg (Pisani 59'), Varela (Samb 58'), Pisani, Chiesa, Fontanella, Camenzuli. Balzan - Janjusevic, Kaljevic (Micallef 74'), Giglio de Oliveira, Bezzina, De Barros (Grima 46'), Fenech, Effiong, Grioli, Nafti, Serrano Valero, Piciollo Referi - Glenn Tonna NICOLAS CHIESA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Huwa l-captain ta' Floriana. Ingħaqad mal-Greens matul l-istaġun 2015/16. Balzan jiksbu rebħa drammatika kontra Floriana L-akkwist il-ġdid ta' Floriana, Ryan Camenzuli, segwit mid-difensur internazzjonali ta' Balzan, Justin Grioli. Ritratt - Joe Borg