Illum previous editions

illum 11 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Jew nejja jew maħruqa H ekk nagħmluhom l-aarijiet f 'dan il- pajjiż. Jew ma nagħmlu xejn u nħarsu n-naħa l-oħra għat-taparsi ma rajna xejn, jew inkella ħoll, xagħrek u ġib iż-żejt. L-ewwel inħallu problema tikber u tikber u tikber, biex imbagħad meta l-problema ssir kważi kriżi, inqumu u nagħmlu xi ħaġa. L-Ingliżi, jsejħula 'management by crisis', jiġieri problema tibda ssolviha meta tkun saret kriżi. Matul dawn il-ġimagħtejn kellna eżempju klassiku ta' dan, bil-kwistjoni tal-fish farms. Kieku tgħid Malta fiha daqs kontinent u n-nies li jgħixu fuq naħa, qatt ma waslu sal-oħra, tgħid paċenzja. Imma f 'pajjiż daqs blata kbira, il-fatt li meta jaħbat 'il ġewwa l-baħar kien idaħħal miegħu, mal-kosta ta' Marsaskala, Birżebbuġa u Buġibba, ħmieġ u tilqit mill- fish farms mhux xi sigriet. Anzi xi ħaġa li ilha magħrufa snin twal. L-Avukat John Refalo, Segretarju Eżekuttiv tal-għaqda 'Federation of Maltese Aquaculture Producers' għamel tajjeb li nnota l-fatt li f 'pajjiżna l-irziezet tal-ħut ilhom f 'Malta 20 sena u li matul dawn l-20 sena, l-ebda Gvern ma ppubblika regolamenti jew kodiċi ta' prattika. Għamel tajjeb, għax jitfa' r-reazzjoni politika taż- żewġ naħat, tal-Gvern u l-Oppożizzjoni, f 'perspettiva naqra aħjar. Ilbieraħ kienu ppubblikati ritratti tal-ewwel miżuri fil-konfront ta' irziezet tal- ħut li kellhom gaġeġ mhux konformi mal-liġi u minkejja kull kritika li jista' jaqla l-Gvern, dan l-infurzar juri li tal-anqas preżentement, bi ftit għajjat u attenzjoni fuq il- media, l-awtoritajiet jismgħu u jattwaw. Naturalment, is-sidien tal-'fish farms' mhux qed jieħdu wisq pjaċir, ħadd ma jieħu pjaċir jinqabad fil-fatt jikser il-liġi u jkollu jiffaċċja kurrenti qawwijin kontrih mill-Prim Ministru stess. Imma pjaċir jew le, kull azzjoni li tinżel b'qawwa kontra kull forma ta' illegalità hija waħda li din il-gazzetta tħares lejha b'mod pożittiv. Ma nistgħux nagħżlu li nagħmlu battalja kontra illegalitajiet, imma nrattbu t-ton meta l-istess illegalità tkun tfisser flus fil-but. Jagħmel sew il-Gvern li jkun minn quddiem li jiġġieled tali illegalitajiet, jekk xejn biex juri li snien biżżejjed għandu, anke kontra min jaħseb li bil-mijuni jagħmel li jrid. Min-naħa l-oħra anke jekk il-fatt li tkellem Muscat u l-fatt li ttieħdet azzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar kienet xi ħaġa ferm pożittiva u aħbar tajba mill-qasam tal-ambjent li konna ilna ma nisimgħu, xorta jibqa' fatt li revoka tal-irziezet kollha tal-ħut, kif ippropona d-Dipartiment tal-Infurzar kienet esaġerazzjoni. Li tikkoreġi illegalità, billi tneħħiha u sussegwentement titlob kumpens għad-danni li sofrew tant nies u li sofriet riżorsa hekk importanti ta' pajjiżna huwa sewwa u xieraq. Imma li mbagħad imorru fl-estrem l-ieħor li nitfgħu industrija sħiħa taħt il-mannara, biex nilagħbuha ftit tal-bullies u fil-proċess nakkwistaw ftit mill-ħafna voti 'ħodor' mitlufa jew inkella biex nintogħġbu ma' lobby partikolari minflok ma' ieħor, hemmhekk le, ma naqblux. F'dan is-sens l-ILLUM taqbel mal-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil u l-Kelliem tal-PN għall- Ambjent Ryan Callus u tħoss li l-azzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar li tneħħi l-gaġeġ illegali flimkien mat-talba biex dawn iħejju pjan għal kif se jirrilokaw, kienu azzjonijiet iktar f 'lokhom minn revokazzjoni totali. Anke jekk din il-gazzetta tħoss li kien ikun propizju wkoll li l-irziezet ikunu ordnati jdaħħlu jdejhom fil-but u jħallsu għad-danni kbar, l-inkonvenjent, il-ħsara ambjentali u l-ħsara lit- turiżmu li seta' ħalla jew fil- fatt ħalla l-ħmieġ u t-tniġġiż mal-kosta. Il-problema ta' Busuttil f 'din il-kwistjoni, bħal f 'ħafna oħrajn, kif fil-fatt espressa minn dan l-editorjal il-ġimgħa l-oħra, huwa l-passat. Ma tantx tista' tkun kredibbli titkellem dwar problema li kienet eżistenti daqs kemm hija llum u persistenti daqs illum meta int kont fil-Gvern u m'għamilt xejn dwarha. Mhux aħna qed ngħiduh dan, qalu r-rappreżentant tal-produtturi stess, ikkwotat iktar 'il fuq. F'20 sena ftit li xejn sar sforz biex din l-industrija tkun regolata jew biex ikun hemm kodiċi ċari, u sa fejn nafu aħna 17 mill-aħħar 20 sena l-PN kien fil-Gvern. Jiġifieri l-estrem li xtaq (jew forsi ta l-impressjoni li jixtieq) il-PM Joseph Muscat, xorta jibqa' mitt darba aħjar minn snin ta' inazzjoni u ta' ilmenti fuq widnejn torox. Nisperaw issa li minn dan l-episodju jitgħallem kulħadd u minflok nistennew kriżi oħra tolqot l-ibħra tagħna, ikollna pjan ċar li miegħu jeħtieġ iżomm kulħadd għall-ġid tal-ambjent ta' madwarna, tal-industrija turistika u għall-ġid tal-industrija tal- fish farms ukoll. Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 September 2016