Illum previous editions

illum 11 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Gżira U ....................... 1 Sliema W .................... 0 WARA żewġ draws konsekuttivi fl-ewwel żewġ ħarġiet tagħhom, Gżira United kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-Kampjonat Premier, meta għelbu lill- ġirien ta' Sliema Wanderers f 'logħba li pproduċiet ħafna mumenti ta' gowls, bil- partita setgħet faċilment tmur kull naħa. Intant, Sliema Wanderers tilfu t-tielet partita infila tagħhom u issa jinsabu mingħajr punti hekk kif lagħbu tliet logħbiet. Kienu Sliema li ħarġu fuq l-inizjattiva u wara sitt minuti, il-midfilder Mark Scerri kellu ċans jitfa' lil Sliema fil-vantaġġ, iżda wara li rċieva tajjeb mingħand John Mintoff, ix-xutt tiegħu għadda għoli fuq il-lasta. Madankollu, kienu Gżira li marru fil- vantaġġ. Freekick mogħti minn Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma, sab lil Robert de Pinho de Souza ppreparat, sabiex kien pront jixħet wara Giuseppe Sarao. L-Islimiżi pprovaw jirreaġixxu, b'Peter Xuereb jindirizza l-ballun lejn il- lasti ta' Gżira United bir- ras, iżda l-ballun għadda ftit barra. Gżira United irrispondew permezz ta' xutt ta' Dyson Falzon, iżda Sarao laqa' mingħajr problemi ta' xejn. Eżatt qabel l-intervall, Scerri għoddu ġab id-draw għal Sliema Wanderers, iżda x-xutt tiegħu għadda jħakkek mal-lasti ta' Jurgen Borg, sabiex Gżira United temmew l-ewwel taqsima minn fuq bl-iskor ta' 1-0. Scerri fetaħ it-tieni taqsima b'xutt insidjuż li għadda kemm kemm għoli mil-lasti ta' Borg, bid-difiża ta' Gżira tkun maħsuda mir-reazzjoni ta' Sliema fil-ftuħ tat-tieni taqsima. Madankollu, it- tim immexxi minn Branko Nisevic malajr irrisponda, meta l-awtur tal-gowl ta' Gżira, Robert de Pinho de Souza ħareġ rovexxata mir-repertorju tiegħu, li għaddiet ftit barra mill- lasti Slimiżi. L-attakkant ta' Sliema, Milos Galin ittanta xortih minn freekick, iżda t-tentattiv tiegħu ma kienx biżżejjed sabiex jitfa' l-iskor f 'parità. L-akbar ċans ta' Sliema wasal ftit wara, meta Scerri dar mal-goalkeeper Borg, u hekk kif indirizza l-ballun lejn lasta vojta, Falzon kien pront isalva minn fuq il-linja, biex Gżira baqgħu jżommu vantaġġ minimu ta' gowl. Mathias Muchardi pprova jsib soluzzjoni waħdu fid-69 minuta, iżda x-xutt tiegħu għadda wisq barra biex jimpenja lil Borg. Sliema Wanderers komplew jagħfsu u din id-darba kien iż-żagħżugħ Aidan Jake Friggieri li kellu c-ċans jġib id-draw għal Sliema, iżda minn qagħda tajba, ra t-tentattiv tiegħu jiġi milqugħ mill-goalkeeper tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Gżira fallew ċans tad-deheb biex jagħlqu l-partita fit-86 minuta meta John Nwoba ġie wiċċ imb wiċċ mal- goalkeeper ta' Sliema, iżda b'mod sorprendenti, irnexxielu jitfa' l-ballun barra. Madankollu, Gżira ssieltu sal-aħħar u anke kellhom ċans jagħmluhom tnejn permezz ta' Robert u Gianmarco Conti, bil- partita tintemm f 'rebħa għall-Maroons bl-iskor ta' 1-0. Gżira U. - Borg; Gatt Baldacchino, Conti, Ledesma, Corbalan, Da Silva Santos (Scerri 67'), Avila Perez, Falzon (Borg 79'), Diamoutene, De Queiroz Machedo Neto, De Pinho De Souza. Sliema W. - Sarao; Muscat, Muir, Biancardi (Wisdom 53'), De Souzas Vilas Boas, Xuereb, Muchardi, Mintoff, Scerri, Galin, Farrugia (Friggieri 60') Referi - Clayton Pisani Gżira United jiksbu l-ewwel rebħa Gżira United fuq l-oensiva l-konfront kontra l-ġirien, Sliema Wanderers. Ritratt - Christine Borg MARK SCERRI Twieled fis-16 ta' Jannar tal- 1990. Iddebutta mat-tim ta' Sliema Wanderers, fil-25 ta' Settembru tal-2007 kontra Hibernians. Kien protagonist f 'dan il-konfront permezz tal- aggressivita' u l-kreattività li jippossjedi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 September 2016