Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664
illum | Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 Aħbarijiet 10 Insalvaw u nipproteġu minn Ruben Anthony Xuereb "SIERRA 2, Sierra 2… rapport ta' nar fit-tieni sular ta' blokka flats fi Triq il- Kbira, ż-Żejtun kantuniera 'l bogħod mill-knisja. Possibbiltà ta' nies maqbudin fis-sular. Toħroġ l-unità U.S.A.R ukoll…" F'qasir żmien minn din is-sejħa, żewġ unitajiet tal- Protezzjoni Ċivili, waħda tat- tifi tan-nar u oħra tat-tfittxija u salvataġġ (USAR) joħorġu mill-istazzjon u jerħulha lejn il-post fejn hemm l-emerġenza biex jagħmlu xogħolhom…li jsalvaw il-ħajja tan-nies. Din hija ġurnata ta' xogħol normali għall-eroj tal- Protezzjoni Ċivili li xogħolhom huwa li jsalvaw u jipproteġu lin-nies fil-bżonn. Imma min huma l-uffiċjali tad- dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? L-ILLUM qattgħet nofstanhar fil-kumpanija tal-viċi direttur Emmanuel Psaila, li dawwar lill-ġurnalisti ta' din il-gazzetta ma' wħud mill-istazzjonijiet imqassmin ma' Malta sabiex jagħti aktar informazzjoni dwar is-sezzjonijiet differenti tad-dipartiment u x-xogħlijiet differenti li dawn iwettqu. Min jagħmel sejħa għall-għajnuna jrid jagħti informazzjoni dettaljata "Meta tidħol sejħa għall- għajnuna fil-'control room', mgħoddija mill-Pulizija wara telefonata fuq il-112", spjega Psaila, "l-uffiċjal inkarigat li jieħu t-telefonati jitlob lil min hemm fuq il-linja biex bil- kalma jagħti d-dettalji kollha dwar l-emerġenza, il-post eżatt fejn qiegħda sseħħ u kemm hemm nies involuti." Psaila spjega li dawn id- dettalji, inkluż il-wisa' tat-triq u l-aċċessibiltà għall-post jgħinu biex l-iskwadra li tintbagħat għall-għajnuna tasal hemm fl- iqsar ħin possibbli u mingħajr ebda tfixkil. Skont il-każ, fil-'control room' jiġi deċiż x'tip ta' trakk għandu joħrog, bin-numru ta' nies neċessarji miegħu u mil-liema stazzjon, skont liema waħda tkun l-aktar viċin. Psaila qal li f 'każi ta' emergenza jridu dejjem iżommu ma' dik li jsejjħu l-'golden hour', is-siegħa tad- deheb, li minn xħin tidħol is- sejħa għall-għajnuna sakemm il-vittma jew vittmi jittieħdu l isptar, ma tgħaddix aktar minn siegħa. 5 stazzjonijiet, 4 sezzjonijiet, dipartiment wieħed Qabel l-1996, id-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kien maqsum f 'partijiet bejn il- Korp tal-Pulizija, l-Armata u d-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar, sakemm fl-1996 ingħaqad bħala dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, minkejja li ma kienx hemm impjegati. Fl-1998 l-affarjiet marru għall-aħjar hekk kif is- sezzjonijiet li ngħaqdu taħt kappa waħda bdew jiffunzjonaw bħala dipartiment, anke bl-għajnuna ta' vetturi u apparat miġjuba mill-protokoll mal-Italja. Illum, minbarra l-kwartieri ġenerali u l-'control room' f 'Ta Kandja, il-Protezzjoni Ċivili għandha ħames stazzonijiet oħra; f 'Għawdex, ix-Xemxija, l-Furjana, Kordin u Ħal Far. Il-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili, jaħdem bħala dipartiment wieħed b'operat sinkronizzat, iżda xorta mqassam f 'sezzjonijiet differenti li jagħmlu xogħol speċifiku. Tajjeb li wieħed ikun jaf li meta fil-media jissemma d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, b'mod ġeneriku, qatt ma tingħata l-importanza li jissemmew it-taqsimiet partikolari li jkunu wettqu x-xogħol ta' salvataġġ fuq baħar u art, tfittix ta' persuni neqsin u tifi tan-nar. F'kull waħda mill- istazzjonijiet madwar Malta u Għawdex, hemm vetturi għat- tifi tan-nar, b'numru ta' uffiċjali jaħdmu bix-xift 24 siegħa kuljum, sabiex ikunu dejjem preparati jidħlu fl-azzjoni hekk kif tintalab l-għajnuna tagħhom. L-istazzjonijiet huma mqassmin madwar il-gzira, sabiex f 'każ ta' emerġenza, dejjem toħroġ l-iskwadra li tinsab l-eqreb taż-żona. Minbarra t-tagħmir, vetturi u ħaddiema tat-tifi tan-nar, imqassmin fl-istazzjonijiet, hemm sezzjonijiet oħrajn, Il-'Garibaldi' tintuża għal ti tan-nar u salvataġġi fuq il-baħar Uffiċjali tat-taqsima Hazmat ineħħu kimika perikoluża