Illum previous editions

illum 11 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 | illum Sports 31 moħħhom t-tattoos milli l-futbol? pajjiżu, mpinġija fuq sidru, kif ukoll ċimiterju mpinġi fuq dahru u li fuqu hemm miktuba frażi bil-Latin li tgħid hekk: 'Il-mewt hi ċerta, iżda s-siegħa li fiha tiġi mhijiex magħrufa'. Interessanti huwa l-fatt, li barra li kien futboler professjonali, Daniel Agger, huwa wkoll artist kwalifikat tat-tattoos. Martin Skrtel Id-difensur internazzjonali Slovakk ta' Fenerbahce, u captain tat-tim nazzjonali Slovakk, Martin Skrtel, għandu żewġ kmiem sħaħ miksija bit-tattoos, kif ukoll anġlu mpinġi fuq dahru li fuqu hemm miktuba sentenza bil-Latin bil-kliem: 'Veni, Vidi, Vici' li tfisser: 'Jien ġejt, rajt u rbaħt.' Sergio Ramos In-numru ta' tattoos li d-difensur internazzjonali Spanjol ta' Real Madrid, Sergio Ramos, li nistgħu ngħidu li rebaħ dak kollu li għandu x'joffri l-futbol mondjali kemm ma' Real Madrid, kif ukoll mat-tim nazzjonali Spanjol, jikber proporzjonalment skont in-numru ta' trofej li huwa jirbaħ ma' dawn iż-żewġ timijiet imsemmija. U l-fatt li kif għidna, fil- karriera glorjuża tiegħu sa issa huwa rebaħ diversi unuri, ġismu huwa kważi mimli kollu bit-tattoos. L-ewwel li pinġa kienet it-Tazza tad- Dinja li huwa rebaħ ma' Spanja fuq siequ l-leminija u sentejn wara, pinġa t-Trofew tal-Kampjonati Ewropej fuq siequ x-xellugija. Huwa għandu wkoll tattoos b'ikonografija reliġjuża kif ukoll persuna Indjana li jidher jaqbad il-ħolmiet ta' ħajtu, impinġi fuq id waħda. Waħda mit-tpinġijiet sinifikanti fuq idu l-oħra hija ddedikata lill-vittmi tal-attakki terroristiċi fil-11 ta' Settembru 2001 fi New York u fi Spanja fil-11 ta' Marzu 2004. Fuq ġewwa ta' idu l-leminija għandu l-frażi: 'L-Ispirtu tal-mejtin tagħna, jgħix fil-memorja tal-ħajjin,' li hija referenza ċara għal dawn il-vittmi ta' dawn l-attakki. Fuq spallejh tax-xellug hemm wiċċ il-verġni Marija. Fuq idejh tax-xellug għandu l-isem tal-ġenituri u l-frażi: 'Ma ninsik qatt,' b'tifkira ta' Antonio Puerta, eks plejer ta' Sevilla li miet fil-grawnd. David Beckham L-eksplejer ta' Manchester United, Real Madrid, AC Milan, PSG u LA Galaxy, David Beckham għandu diversi tattoos b'rabta personali, fosthom id-data taż-żwieġ tiegħu mal- eks 'Spice Girl', Victoria Beckham, fuq il-polz. Barra minn hekk, hemm miktub l-isem tal-mara tiegħu bis-Sanskrit, inċidentalment miktub ħażin fuq idejh ix-xellugija. Għandu wkoll tpinġija tal- mara tiegħu, f 'poża provokanti fuq il-komma tax-xellug. Fuq il-pala t'idu tax-xellug għandu miktub il-kelma 'mħabba' u fuq il-lemin isem il-mara 'Victoria'. Barra minn hekk għandu diversi frażijiet bil- Latin u l-Ebrajk u ma jistax jonqos l-isem tat-tfal. Marco Materazzi L-eksdifensur ta' Perugia, Inter u tat-tim nazzjonali Taljan , Marco Materazzi, hu wieħed mill-plejers li għandu numru kbir ta' tattoos fuq ġismu b'total ta' 25 waħda. L-aktar tpinġija partikolari hija dik tat- Tazza tad-Dinja, mirbuħa fl-2006 fil-Ġermanja meta l-Italja għelbet lil Franza wara l-għoti tal-penaltis. Neymar L-attakkant Brażiljan ta' Barcelona, Neymar għandu xejn inqas minn 36 tattoo, bl-aħħar tpinġija tkun il- wiċċ ta' oħtu fuq dirgħajh tal-lemin. Il-kompatrijott fl-istess tim, Dani Alves ma tantx hu bniedem li jħobb ipaċpaċ, għalhekk iħalli t-tpinġija fuq ġismu tagħmel dan. Bħala Kattoliku għandu xbihat reliġjużi fuq idejh u dedika għall-familjari tiegħu, inkluż l-isem tal-eks mara Dina, fuq l-ispalla, għalkemm kienu sseparaw fl-2011. Iżda l-aktar tpinġija li għandu għal qalbu hija l-isem tat-tifel tiegħu miktuba b'ittri kbar fuq żaqqu. Aleksandar Kolarov Il-plejer ta' Manchester City, Aleksandar Kolarov, bħal Zlatan Ibrahimovic, ukoll għandu t-tpinġija tal-'Koi', ħuta Ġappuniża li hija simbolu ta' xorti tajba u fortuna, u li tgħum kontra l-kurrent tal-ilma. Kolarov żgur li kellu fortuna fejn rebaħ żewġ Kampjonati ma' Manchester City f 'dawn l-aħħar sentejn. Lionel Messi L-istilla Arġentina ta' Barcelona, Lionel Messi, għandu l-isem kif ukoll l-idejn tat-tifel tiegħu Thiago mpinġija fuq il-pexxul ta' saqajh ix- xellugija. Hu għandu wkoll il-wiċċ ta' ommu mpinġi fuq dirgħajh tax-xellug. Mario Balotelli L-attakkant Mario Balotelli, għandu l-famuża frażi tal-Imperatur tal-Mongolja Gengis Khan miktuba fuq sidru in-naħa tax-xellug: 'Jiena l-kastig ta' Alla. Kieku ma wettaqtux dnubiet kbar, kieku Alla ma kienx jibgħat piena bħali fuqkom.' Huwa kien pinġa din l-iskrizzjoni ftit wara li ngħaqad ma' Manchester City għas- somma ta' xejn inqas minn £24 miljun meta kien skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk tal-Blues, fir-rebħa ta' 2-0 li Manchester City kienu kisbu barra minn darhom kontra t-tim li llum jinsab jilgħab fiċ-Championship, Wigan Athletic, lura f 'Novembru tal-2012. Stephen Ireland Il-midfielder Irlandiż ta' Stoke City, Stephen Ireland għandu par ġwienaħ kbar tassew impressjonanti mpinġija li saħansitra jgħattulu dahru kollu. Daniele De Rossi Interessanti li l-plejer ta' nofs il-grawnd ta' Roma, Daniele De Rossi, li ftit tas-snin oħra mistenni jieħu l-faxxa ta' captain ta' Roma mingħand il-plejer leġġendarju u captain attwali ta' dan it-tim mill- kapitali Taljana, Francesco Totti, għandu l-isem tat-tifla tiegħu mpinġi fuq idejh tal-lemin, imdawwar minn żewġ 'teleteubbies'. Dan huwa l-mod tiegħu kif fost affarijiet oħra, juri l-imħabba kbira li bħal kull missier, huwa għandu lejn it-tifla tiegħu. Fuq il-pexxul ta' siequ l-leminija, għandu simbolu sinjal ta' twissija. Tgħid din hija twissija lid- difensuri avversarji milli jidħlu b'xi tackle goffa, u li tkun qed twassal għal xi injury serja? Wayne Rooney Wayne Rooney ta' Manchester United ukoll għandu diversi tattoos fosthom kurċifiss, l-isem tal-mara tiegħu Colleen, u fuq spallejh għandu l-bandiera Ingliża u l-frażi 'Ingliż u kburi'. Alessandro Diamanti Fost l-aktar plejers fix- xena tal-futbol Ewropew li għandhom tattoos strambi, insibu dawk impinġija fuq ġisem l-attakkant Taljan li jilgħab ma' Guangzhou Evergrande fiċ-Ċina, Alessandro Diamanti. Minbarra t-tattoos numerużi li dan il-plejer għandu fuq idejh, l-aktar li jagħmlu ħoss huma bla dubju dawk li huwa għandu fuq saqajh. Dan hekk kif fuq siequ, huwa għandu 'smiley face', li fi kliemu stess huwa ddedikat lil dawk il-persuni kollha li ma jħobbux l-arti tat-tattoos, u li għalhekk jistgħu jikkritikaw in-numru kbir ta' tattoos li Diamanti għandu mpinġija fuq ġismu kollu. Barra minn hekk fuq sieq oħra, huwa għandu mpinġi karattru ta' 'Snowman' mill-film ferm popolari speċjalment mat-tfal 'Frozen', kif ukoll il-logo tal-qattus ferm popolari speċjalment ma' tfal bniet ta' 'Hello Kitty'. Bħala sommarju ta' dan kollu, u biex niġbru fi ftit kliem it-tattoos kollha li Diamanti għandu mpinġija fuq ġismu, nistgħu ngħidu li huwa għandu mpinġija numru kbir ta' diversi tattoos strambi li kultant iwerrċu l-għajnejn u jħawdu l-imħuħ! Fabrizio Miccoli Dan il-plejer li propju ftit ilu kien jilgħab f 'pajjiżna ma' Birkirkara, ukoll għandu numru ta' tattoos. Fost l-iktar rimarkabbli li nsibu fuq ġismu, insemmu bewsa ħamra fuq għonqu li tissimbolizza l-imħabba kbira li huwa għandu lejn uliedu, pistola, ċavetta li tissimbolizza ċ-ċittadinanza onorarja li huwa għandu tal-villaġġ żgħir ta' Corleone li jinsab f 'belt twelidu, Palermo fi Sqallija. Huwa għandu wkoll katnazz impinġi fuq ġismu li jissimbolizza r-rabta permezz taż-żwieġ li huwa għandu ma' martu, l-uċuh ta' uliedu li huma mpinġija b'daqs propju u realistiku għad-daqs normali tagħhom fuq żaqqu, kif ukoll xbiha tar- rivoluzzjonarju Marxist Arġentin, Che Guevara, fuq waħda minn saqajh. Tim Howard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 September 2016