Illum previous editions

illum 11 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Tkompli minn paġna 1 Hekk kif jibda x-xahar ta' Settembru, jibda l-ġenn tal-qadi, ġiri u xiri għall-ġenituri li wliedhom se jkunu qed jerġgħu jidħlu l-iskola fit- tmiem ta' dan ix-xahar. Għal uħud mill-ġenituri, din taf tkun mhux spiża faċli hekk kif bosta huma dawk il-familji li jkollhom iktar minn wild wieħed, u allura, somma ta' dan it- tip tkun trid tiġi duplikata. Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM għamlet eżerċizzju fejn ikkalkulat is-somma totali li l-ġenituri jkollhom iħallsu fil-bidu tas- sena skolastika ta' wliedhom, ġaladarba dawn jattendu skola tal-gvern, għaliex kieku mhux hekk, l-ispiża finali tkun ferm ikbar. Is-somma totali li tinkludi spejjeż ta' uniformijiet, basket, stationery u fotokopji, hija biss somma tal-bidu tas-sena, u ma tinkludix spejjeż oħra li kapaċi jinqalgħu mal-bqija tas-sena bħal ħarġiet, avvenimenti fl-iskola bħal xi hot dog day, iktar fotokopji, stationery oħra u partijiet mill-uniformi li jeħtieġ li jinbidlu bħal qomos jew forsi qliezet li t-tfal jistgħu joħorġu minnhom jew jitqattgħulhom. Dan l-eżerċizzju jqis student wieħed ta' skola primarja tal-Gvern, jiġifieri li l-kotba huma provduti mill-istat, flimkien ma' trasport b'xejn jekk id-dar tal-istudent tkun iktar minn kilometru bogħod mill-iskola, privatijiet u fuq kollox, mingħajr ħlas ta' miżati jew donazzjonijiet li għal kuntrarju, jkollhom iħallsu skejjel indipendenti, privati jew tal-knisja. F'eżerċizzju bħal dan, wieħed jara l-ispiża ta' wild wieħed, u allura din trid tkun immultiplikata f 'każ li familja jkollha iktar minn wild wieħed. L-ispiża totali tammonta għal €274.74 li jinqasmu f '€187.65 għall-uniformijiet u €87.09 għal prodotti ta' stationery bażiċi. L-ammonti ta' €187.65 għall- uniformi hija bbażata fuq prezzijiet mgħotija lil din il-gazzetta minn ħanut f 'San Ġwann li huwa distributur ewlieni tal-uniformijiet u tinkludi ħaġa waħda mill-affarijiet kollha bażiċi u obbligatorji, bħat-track suit, qliezet u xorzijiet tal-PE, u qmis u flokk wieħed żejjed u żarbun tal-isport u ieħor tal-uniformi li jbigħu l-istess ħanut. Ta' min iżid jgħid li l-prezz taż-żarbun tal-uniformi huwa l-irħas għażla, minħabba li huwa ta' ġilda sintetika, meta mqabbel mal-prezz ta' żarbun b'ġilda vera (€26.95). Min-naħa l-oħra, il-prezz tal- istationery huwa maħdum fuq lista vera ta' għalliema tal-ħames sena fi skola primarja tal-gvern, u vverifikat ma' diversi listi ta' għalliema oħra, u jinkludi l-prezz tal-fotokopji ta' matul is-sena li jinqasam f '€5 għal kull term, jiġifieri €15 fis-sena. L-istess eżerċizzju lanqas ma jinkludi kotba oħra li mhumiex obbligatorji li jinxtraw, li iżda bosta għalliema jagħmlu illum | Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 Aħbarijiet 8 L-uniformi waħedha se Uniformi 2 Polo Shirt (9.50) €19.00 2 Qomos (12.25) €24.50 Qalziet twil €14.75 Bermuda €11.75 Jersey €8.00 Ingravata €4.50 Żarbun ġilda sintetika €19.95 Ġakketta €25.50 Beritta €3.75 Tracksuit €23.50 PE T-Shirt €6.25 PE Shorts €6.25 Trainers abjad €19.95 €187.65 RECEIPT jkollhom iħallsu fil-bidu tas- sena skolastika ta' wliedhom, ġaladarba dawn jattendu b'xejn jekk id-dar tal-istudent tkun mingħajr ħlas ta' miżati jew donazzjonijiet jkollhom iħallsu skejjel distributur ewlieni tal-uniformijiet u tinkludi ħaġa waħda mill-affarijiet xorzijiet tal-PE, u qmis u flokk wieħed żejjed u żarbun tal-isport u €19.95 €11.75 €3.75 obbligatorji li jinxtraw, li iżda bosta għalliema jagħmlu Min-naħa l-oħra, il-prezz tal- istationery huwa maħdum fuq lista vera ta' għalliema tal-ħames sena fi skola primarja tal-gvern, għalliema oħra, u jinkludi l-prezz tal-fotokopji ta' matul is-sena li jinqasam f '€5 għal kull term, jiġifieri €15 fis-sena. jinkludi kotba oħra li mhumiex obbligatorji li jinxtraw, li iżda bosta għalliema jagħmlu €14.75

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 September 2016