Illum previous editions

illum 11 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

MANCHESTER City ħarġu rebbieħa fl-ewwel derby ta' Manchester, biex b'hekk l-ewwel telfa għal Josè Mourinho waslet kontra r-rivali Pep Guardiola. Kien Kevin De Bruyne li fetaħ l-iskor wara kwarta, biex in- Niġerjan Ikechi Iheanacho għamilhom 2-0 fis-36 minuta. Manchester United daħlu fil-partita, grazzi għall-gowl spettakolari ta' Zlatan Ibrahimovic, li approfitta minn żball ta' Claudio Bravo, iżda kienu s-City li xorta waħda ħadu t-tliet punti f 'Old Trafford. Watford dawru żvantaġġ ta' żewġ gowls, f 'rebħa konvinċenti ta' 4-2 fil-grawnd ta' West Ham United. Michail Antonio ta vantaġġ doppju lill-Hammers, iżda t-tim ta' Walter Mazzari qatt ma qata' qalbu u rnexxielu jakkwista t-tliet punti permezz tal- gowls skurjati minn Odion Ighalo, Troy Deeney, Etienne Capoue u Jose Holebas. Crystal Palace akkwistaw rebħa mportanti kontra Middlesbrough, sabiex ħadu ftit tar-ruħ wara bidu pjuttost diżappuntanti f 'dan il-kampjonat. L-akkwist il- ġdid Christian Benteke fetaħ l-iskor, iżda Daniel Ayala ġab l-iskor indaqs ftit wara. Madankollu, Wilfried Zaha reġa' tefa' lit-tim ta' Alan Pardew minn fuq, sabiex akkwistaw it-tliet punti huma. Tottenham Hotspur umiljaw lil Stoke City ġewwa l-Brittania Stadium, hekk kif ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 4-0. L-iskorers għat-tim minn Londra kienu Song Heung- Min li skorja doppjetta, Delle Alli u Harry Kane. Gowl fid-79 minuta ta' Callum Wilson, rregala tliet punti lit-tim ta' Bournemouth fuq West Bromwich Albion, biex issa għandhom total ta' erba' punti. Robert Snodgrass, l-eroj għall-Iskozja kontra Malta, skorja gowl drammatiku fil- 95 minuta, sabiex ikkanċella l-gowl li momentarjament kien qed jagħti rebħa lil Burnley, skurjat minn Steven Defour. Arsenal kisbu tliet punti prezzjużi permezz ta' rebħa drammatika, meta Santi Cazorla skorja penalti fl-94 minuta wara li Oliver Giroud twaqqa' minn Jose Fonte. Intant, kienu Southampton li marru minn fuq, meta Dusan Tadic xxuttja freekick insidjuż, li ħabat ma' Petr Cech, bil-konsegwenza li baqa' dieħel ġewwa, filwaqt li Laurent Koscielny kien l-awtur tal-gowl tad-draw permezz ta' gowl spettakolari. Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 | illum Sports 29 Jorge Lorenzo bl-64 pole position tal-karriera ISSEWWIEQ Spanjol ta' Yamaha, Jorge Lorenzo kiseb l-aħjar ħin fil- kwalifikazzjoni għall-pole position ġewwa l-korsa ta' Misano, f 'San Marino, hekk kif huwa ssiġilla l-64 pole position tal-karriera tiegħu, b'ħin ta' 1.31.868. Barra minn hekk, il-ħin reġistrat minn Lorenzo daħal fil-kotba tar-rekords ta' din it-tiġrija, hekk kif huwa l-iżjed ħin veloċi qatt reġistrat ġewwa Misano u għaliex il-borma fuq tlieta toqgħod, grazzi għal din il-pole, Lorenzo sar l-iżjed sewwieq li rreġistra pole positions fl-storja tal- Moto GP. Fl-ewwel filliera flimkien ma' Lorenzo, se jkun hemm it-Taljan Valentino Rossi u l-Spanjol Maverick Vinales. Intant, din hija l-klassifika kompluta għat-tellieqa ġewwa San Marino, fejn żgur mhux forsi se nassistu għal dwellijiet interessanti, speċjalment dawk li jikkonċernaw piloti fil-vertiċi tal-klassifika. Poż. Sewwieq Mutur Ħin 1. Jorge Lorenzo (Yamaha) – 1.31.868 2. Valentino Rossi (Yamaha) – 1.32.216 3. Maverick Vinales (Suzuki) – 1.32.381 4. Marc Marquez (Honda) – 1.32.443 5. Michele Pirro (Ducati) – 1.32.467 6. Andrea Dovizioso (Ducati) – 1.32.67 7. Cal Crutchlow (Honda) – 1.32.743 8. Dani Pedrosa (Honda) – 1.32.859 9. Alex Espargaro (Suzuki) – 1.32.918 10. Pol Espargaro (Yamaha) – 1.33.002 11. Hector Barbera (Ducati) – 1.33.301 12. Alvaro Bautista (Aprilia) – 1.33.929 13. Stefan Bradl (Aprilia) – 1.33.399 14. Alex Lowes (Yamaha) – 1.33.635 15. Danilo Petrucci (Ducati) – 1.33.716 16. Eugene Loverty (Ducati) – 1.33.772 17. Jack Miller (Honda) – 1.33.847 18. Scott Redding (Ducati) – 1.33.989 19. Tito Rabat (Honda) – 1.34.302 20. Yonny Hernandez (Ducati) – 1.34.365 21. Javier Flores (Ducati) – 1.35.161 Jorge Lorenzo Pep Guardiola jegħleb lil Josè Mourinho -ewwel derby ta' Manchester RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 10 ta' Settembru Manchester United 1-2 ManchesterCity West Ham 2-4 Watford Middlesbrough 1-2 Crystal Palace Stoke City 0-4 Tottenham Hotspur Bournemouth 1-0 West Bromwich A. Arsenal 2-1 Southampton Burnley 1-1 Hull City FIXTURES Il-Ħadd 11 ta' Settembru 17:00 Swansea City vs Chelsea It-Tnejn 12 ta' Settembru 21:00 Sunderland vs Everton Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 11 ta' Settembru 12:30 Bologna vs Cagliari 15:00 Chievo vs Lazio 15:00 Genoa vs Fiorentina 15:00 Atalanta vs Torino 15:00 Milan vs Udinese 15:00 Roma vs Sampdoria 20:45 Pescara vs Inter It-Tnejn 12 ta' Settembru 20:45 Empoli vs Crotone Pep Guardiola u Josè Mourinho waqt id-Derby ta' Manchester mirbuħ minn Manchester City.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 September 2016