Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664
illum | Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 Intervista 12 'Dan il-Gvern huwa pro-business I l-ġimgħa li għaddiet, permezz ta' intervista ma' din il-gazzetta, Yana Minto esprimiet il-fehma li l-Gvern qed jioka wisq fuq in-negozjant għad-detriment tal-ħaddiem. Fi it kliem, li huwa wisq 'pro-business'. Imma kif jgħid il-Malti, mitt bniedem mitt fehma u ma' Yana Minto ma jaqbilx l-intrapreditur, lukandier u żviluppatur Anġlu Xuereb. Huwa pjuttost ironiku, politikament u storikament li l-Partit Labusrista qed jiġi kritikat li huwa 'pro-business', meta għal snin twal kien il-Partit Nazzjonalista li serva bħala d-dar naturali ta' bosta negozjanti kbar, u anke żgħar. Mistoqsi mill-ILLUM dwar din tal-'pro-business', Anġlu Xuereb li stqarr mal-ILLUM li dejjem jgħid dak li jħoss, qal "Iva, dan il-Gvern huwa 'pro-business' u kull gvern għandu jkun hekk" "Dan għaliex," spjega Xuereb, "il-gvern jiddependi ħafna fuq is-settur privat biex imexxi l-mutur tal-ekonomija. Il-Gvern qiegħed hemm biex jagħmel policies u liġijiet, u l-bqija għandu jagħti ċ-ċans lis-settur privat, biex ikun hu li jdawwar ir-rota tal-ekonomija u joħloq ix-xogħol." Xuereb żied jgħid li filwaqt li kull Gvern għandu jkun 'pro-business', "dan ma jfissirx li ma jagħtix każ liż-żgħir, imma iva, s-settur privat għandu jkun il-mutur tal-ekonomija tal-pajjiż" 'Il-bniedem dejjem se joġġezzjona għall-bidla' Għal Anġlu Xuereb, is-suċċess li kiseb matul is-snin jiġi minn erba' fatturi sempliċi li huwa dejjem ħaddan sa mill-bidu tal-karriera tiegħu 41 sena ilu, li huma xogħol iebes, determinazzjoni, effiċjenza u kreattività. Fejn tidħol il-kreattività, Xuereb jisħaq li peress li din iġġib magħha innovattività, sfidi ġodda u bidla, se ssib ħafna oġġezzjoni, minħabba li b'xi mod jew ieħor, tagħmel x'tagħmel, "dejjem se tirfes xi kallu ta' xi ħadd… iżda jien dejjem inħares 'il quddiem." L-ILLUM staqsiet lil Anġlu Xuereb dwar l-isfidi li jaffaċċja kuntrattur fil-ġurnata tal-lum, hekk kif qegħdin fi żmien fejn kull proġett propost, qisu dejjem isib xi oġġezzjoni u kritika minn residenti u ambjentalisti fost l-oħrajn. Għal din il-mistoqsija, Xuereb reġa' fakkar li "meta tagħmel xi ħaġa ġdida, se ġġib reżistenza, għax il-bniedem dejjem joġġezzjona għall-bidla, għax jibża' minn dak li ma jafx." Dwar il-kwistjoni taħraq tal-bini għoli li għaddejja bħalissa, Xuereb saħaq li huwa jaqbel ma' dawn it-tip ta' binjiet, għax bħala prinċipju għandu jkun hemm żoni magħżulin bi ħsieb, li fihom jitilgħu 'high-rise buildings'. "Bin- nuqqas ta' art li għandna fuq il-gżira, jagħmel aktar sens li l-bini jitla' fl-għoli, milli jieħu 'footprint' aktar wiesa'." 'L-industrija tal-bini mutur ewlieni tal-ekonomija Maltija' Anġlu Xuereb spjega kif l-industrija tal-bini dejjem kienet waħda mill- muturi ewlenin tal-ekonomija Maltija, li magħha hemm marbutin ħafna xogħlijiet u snajja' differenti, li skont hu jibdew min-nutar li jieħu ħsieb il-bejgħ, sal-persuna li tnaddaf it-twieqi tal-binja la darba din tkun lesta. Skont l-istatistika, jingħad li 12% tal- ekonomija ta' Malta hija ġġenerata mill- industrija tal-bini, iżda skont Xuereb, fil-verità, iċ-ċifri huma ħafna għola għax fl-istatistika hemm ħafna elementi li ma jiġux inklużi, bħall-fabbrikazzjoni tal-brikks u l-planki għas-soqfa u tal-gypsum per eżempju, li huma kkunsidrati bħala manifattura, iżda li fil-verità huma direttament konnessi mal-industrija tal-bini. "L-industrija tal-bini tagħti kontribut akbar minn dik tat-turiżmu għall- ekonomija," jsostni Xuereb, "għalhekk għandna nibżgħu għaliha." 'Għandu jsir master plan dettaljat għall-Buġibba u l-Qawra' B'aktar minn 12,000 sodda disponibbli f 'lukandi f 'Buġibba u l-Qawra, iż-żona ta' San Pawl il-Baħar bħalissa hija l-ikbar żona turistika ta' Malta, ikbar minn San Ġiljan. F'din iż-żona, jinsabu ħafna stabbilimenti ta' Anġlu Xuereb, u għaldaqstant bħala kontributur kbir tal- industrija fiż-żona, l-ILLUM staqsietu x'jaħseb li għandu jsir sabiex it-turiżmu jitjieb, fid-dawl tal-fatt li ilu ma jsir xi proġett ta' tisbieħ u infrastruttura fiż- żona sa mis-snin disgħin. Bl-esperjenza tiegħu bħala żviluppatur, Xuereb jemmen li għandu jsir master plan dettaljat għal Buġibba u l-Qawra u skont hu, idealment jitwaqqa' l-bini kollu, inkluż il-lukandi tiegħu, u jibda kollox mill-ġdid. "Sfortunatament, l-ippjanar ta' Bugibba u l-Qawra sar biċċa biċċa u ma kienx hemm pjan ħolistiku għaż-żona kollha," jgħid Xuereb. Xuereb jemmen li Buġibba u l-Qawra huma l-post ideali fejn jitilgħu 'high- rise buildings', minħabba kif inhi l-art, f 'forma ta' peninsula bil-baħar fuq żewġ naħat. Fi kliemu, "jekk iż-żona tiġi żviluppata bi pjan tajjeb, il-post ikun isbaħ minn Tas-Sliema…però jrid ikun hemm pjan ta' infrastruttura." Infatti, xi żmien ilu, Xuereb qal li huwa kien propona pjan għal aċċess aħjar għall-Qawra, permezz ta' pont bejn is-Salina u l-Qawra, sabiex titneħħa d-dipendenza tal-aċċess minn rotta waħda. Huwa spjega l-importanza ta' infrastruttura pjanata qabel isiru proġetti bħal 'high rise buildings', biex qabel jibda l-bini tat-torrijiet innifishom, li se jżidu t-traffiku fiż-żona, tinbena din ir-rotta ġdida, li skont hu, tista' ssir faċilment b'pont, mhux għoli aktar minn tliet metri 'l fuq mil-livell tal-baħar jaqsam bejn is-Salina u l-Qawra. Proġett ieħor li jservi biex Buġibba u l-Qawra jkunu aktar attraenti għat- turiżmu, skont Xuereb, ikun jekk issir 'yacht marina' kbira fil-bajja tas-Salina. "Għax tas-Sliema u Ta' Xbiex mimlijin, apparti li m'hemmx waħda fin-naħa ta' fuq ta' Malta." "Huwa importanti li l-proġett jirrispetta l-poplu wkoll," kompla jispjega Xuereb, fejn qal li n-naħa ta' Fra Ben għandha tiġi msebbħa u jekk hemm bżonn imkabbra bħala żona tal- għawm għall-pubbliku. Xuereb jiddeskrivi l-Master Plan neċessarju għaż-żona bħala 'jigsaw puzzle', li filwaqt li tinbena bil-mod fuq medda ta' snin, tkun ġiet pjanata bir-reqqa minn qabel, bid-daqs u l-pożizzjoni ta' kull biċċa mill-'puzzle' pjanat bl-eżatt. B'hekk skont Xuereb, anke l-għoli tal-bini jkun ġie deċiż u stabbilit minn qabel, sabiex hekk anke l-iżviluppaturi jħejju pjanijiet għal bini uniformi. Xuereb jissuġġerixxi wkoll li min ikollu art fil-viċin li ma jkunx jista' jiżviluppa fl-għoli daqs il-binjiet tal-madwar, dan xorta jkun jista' jbigħha lill-iżviluppatur u jaqla' minnha daqs kemm kieku jkun żviluppaha hu stess. Bin-nuqqas ta' art li għandna fuq il- gżira, jagħmel aktar sens li l-bini jitla' -għoli, milli jieħu 'footprint' aktar wiesa' " " Li ħriġt għall- politika kien l-iżball tiegħi " Ruben Anthony Xuereb rxuereb@mediatoday.com.mt " Pont li jgħaqqad is-Salina mal-Qawra jnaqqas it-traku