Illum previous editions

illum 11 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

wegħdiet? "Il-wegħdiet li jagħmlu l-partiti politiċi lill-Għawdxin huma ħafna, il-mina, ix-xogħol u l-fast ferry dejjem ikunu parti kbira mill-pjan tagħhom għal Għawdex. Il-fatt li l-politici jwiegħdu dawn l-affarijiet, ifisser li jafu eżatt x'inhuma n-nuqqasijiet tal-Għawdxin. Nemmen però li kieku jkun hemm għaqdiet iffurmati minn żgħażagħ Għawdxin li lesti li jagħmlu pressjoni fuq dawn il-pjani tal-politiċi, dejjem tgħin biex ikun hemm tibdil jew tal-inqas, bidu ta' pjan. Eżempju semmejna l-mina, il-Front Favur il- Mina li huwa magħmul minn tliet studenti Għawdxin, għen biex jibda jsir l-istudju fuq l-istruttura tal-mina u hekk jibda jkun hemm xi forma ta' pjan. Hu żvantaġġ però li huma ftit dawk iż-żgħażagħ li lesti li jagħmlu pressjoni fuq dak li għandu bżonn isir għal Għawdex. Għalhekk, waħda mill-aġenda ta' din is-sena tal-organizazjoni hi li tipprova tinvolvi iżjed studenti f 'kampanji li se naħdmu fuqhom matul is- sena." Il-president il-ġdid tal- GUG, qaltilna li l-prijorità taż-żagħżugħ Għawdxi hi "li jkun hawn biżżejjed xogħol għal min jiggradwa u kif diġà għidt, jekk ikollu għażla u mhux bilfors ikollu jemigra lejn Malta. Iż-żgħażagħ ma jridux li Għawdex jitlef l-identità tiegħu, u għalhekk irridu nsostnu li meta jsir xi żvilupp f 'Għawdex, naraw li l-identità ma tkunx qed tintilef. Ħaġa oħra li ż-żgħażagħ Għawdxin isibu li hawn nuqqas f 'Għawdex hu il-fatt li l-ħruġ hu limitat ukoll. Jekk ikun hawn xi żagħżugħ li jiddeċiedi li joħroġ xi mkien f 'Għawdex, għażla ma tantx ikollu, u din hija raġuni oħra għalfejn iż-żgħażagħ jemigraw lejn Malta. Iżda jien nemmen li jekk jkun hawn xi forma ta' pjan jew bidla fil-mentalità, il-ħruġ ma jibqax limitat, u b'hekk iż-żagħżugħ Għawdxi jkun jista' jgawdi u jgħix il- ħajja ta' żagħżugħ mingħajr ma jkollu joqgħod imur Malta." Tlabtha kif taħsibha li l-membri universitarji jinfiltraw fil-partiti politiċi biex forsi jirnexxilhom jibdlu l-mentalità politika Għawdxija. Maria tgħid li "l-bidla dejjem ġid iġġib magħha. Wieħed irid iżomm f 'moħħu wkoll li ż-żgħażagħ huma l-futur tal-pajjiż. Hu għalhekk li nemmen li partit politiku jrid ikun iffurmat minn membri li jkollhom esperjenza f 'dan is-settur u wkoll minn żgħażagħ li għadhom jibdew id-dinja tax- xogħol, b'hekk jkun hemm ekwilibriju u d-deċiżjonijiet li jittieħdu jkunu iżjed għaqlin." Maria taqbel li s-suċċess f 'Għawdex ikompli jitkejjel skont kemm jiġu Maltin f 'Għawdex? "Le, ma nemminx li s-suċċess hu determinat minn kemm jiġu Maltin. Nemmen li t-turiżmu in ġenerali hu l-akbar sors li jgħin biex ikun hawn suċċess f 'Għawdex. Li hemm bżonn kbir li jsir f 'Għawdex huwa li jiġi implimentat it-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex. Dan ikun ta' suċċess kbir għal diversi raġunijiet. L-iżjed waħda importanti hi dik li jiżdied ix-xogħol f 'Għawdex. Jekk ikollu jiġi implimentat dan il-fibre optic cable, ikunu iżjed dawk il-kumpaniji li jfittxu biex jiftħu f 'Għawdex, u b'hekk jiżdied ix-xogħol, li hija l-ħolma ta' kull żagħżugħ Għawdxi." Però jidher li l-żgħażagħ Għawdxin iħarsu lejn Malta bħala futur u jħallu l-gżira tagħhom għall- vaganzi. "Iva, ż-żgħażagħ Għawdxin iħarsu lejn Malta bħala l-futur tagħhom. Dan għaliex m'għandhomx għażla oħra. Huma ftit dawk l-iffortunati li malli jlestu l-kors tagħhom isibu xogħol fil-gżira Għawdxija. Għalhekk, li kieku f 'Għawdex jiżdied ix-xogħol, ikunu ftit dawk l-istudenti li jibqgħu jaraw lil Malta bħala l-futur tagħhom u jħallu l-gżira tagħhom bħala post li jiġu għall-vaganzi." Maria Dimech temmet billi qalet li temmen li ż-żgħażagħ Għawdxin għandhom jibdew imexxu l-politika Għawdxija f 'Għawdex fejn wasal iż- żmien li jsir partit għal Għawdex ibbażat fuq strutturi sodi, b'ideal li jkun ġej miż- żewġ partiti ewlenin iżda li jaħdem biex Għawdex ikun verament parti minn Malta u mhux estensjoni. "Il-fatt li gżira tkun immexxija minn żgħażagħ li jesperjenzaw in-nuqqasijiet li hawn f 'Għawdex ikun l-ideal. Dan għaliex ikunu jafu x'hemm bżonn isir u ma jsirx. Il-fatt li jkun hemm partit ad hoc għal Għawdex dejjem tgħin biex Għawdex jimxi 'l quddiem. Il-fatt li l-partit ikun ġej minn żgħażagħ taż-żewġ partiti, tgħin iżjed biex ikun hemm iżjed ideat u soluzzjonijiet li jistgħu jsiru biex Għawdex u l-Għawdxin ikunu f 'pożizzjoni aħjar." Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 | illum Għawdex 15 DALWAQT FUQ TVM Għal riklamar fuq il-programm XTRA ikkuntattjaw lil Claire Ciantar fuq: cciantar@mediatoday.com.mt tfajla president tal-GUG L-Eżekuttiv kollu tal-GUG President: Maria Dimech - Baċellerat Tal-Liġi Vice-President: Francesco Caruana – Baċellerat Tal- Liġi Administration Secretary: Rebakah Marie Attard - Masters Fl-Advocac y Information Secretary: Jessica Said - Earth Systems Financial Officer: Chloe Portelli - B. Com Management U Marketing Public Relations Officer: Andrea Said - Masters Fl-Ingliż Events Officer: Rachel Galea –B.com International Officer: Anna Sultana - Baċellerat Tal-Liġi Education Officer: Joseph Mifsud – B.com Economics U Public Polic y Social Polic y Officer: Manuel Xuereb - Masters Fil- Liġi Ewropea, Politika U Ekonomija Social Media Officer: Luke Vella – B.comm Ma' Theatre Studies Marketing Officer: John Clyde Grima – Baċellerat Fl-Inġinerija Mekkanika Il-membri tal-eżekuttiv il-ġdid tal-GUG li għadu kif tela'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 September 2016