Illum previous editions

illum 11 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016| illum Ritratt - Chris Mangion Aħbarijiet 3 Tagħmilx storbju jekk jogħġbok! L-istorbju l-akbar problema għal 28% tal-Beltin Minn Albert Gauci Cunningham ILĠIMGĦA l-oħra, qam għagħa sħiħ hekk kif filmat tas-CCTV wera raġel jarmi ż-żibel f 'kantuniera partikolari fil-Belt Valletta. Għalkemm ir-reazzjonijiet kienu ħafna, rapport u statistika li saru mill- Eurostat, juru li fil-fatt, iż- żibel jew l-immaniġġjar tal- iskart jista' jkun parti biss minn problema ħafna ikbar u diversa. Fil-fatt, minn rapport tal-istess aġenzija Ewropea 'Urban Europe – statistics on cities, towns and suburbs' jirriżulta li waħda mill-akbar problemi li qed jaffaċċjaw ir-residenti Beltin huwa l-istorbju. Xejn inqas minn 28% tar-residenti Beltin li pparteċipaw f 'dan l-istħarriġ saħqu li l-istorbju huwa problema. Ċifra li tpoġġi lill-Belt Kapitali ta' pajjiżna fit-tieni post wara Praga, bl-aktar ilmenti dwar din il-problema. L-anqas li tħabbel ras il-Beltin, min- naħa l-oħra, hija l-problema tal-qgħad. Fil-fatt kienu 5% biss tal-Beltin li pparteċipaw f 'dan l-istħarriġ u li semmew in-nuqqas ta' xogħol bħala problema, fil-belt fejn jgħixu. L-ilment dwar l-istorbju kien ikkonfermat mill- Kunsillier tal-Partit Laburista fil-Belt Valletta Ray Azzopardi li fakkar kif b'popolazzjoni li qiegħda dejjem tixjieħ u b'aktar negozji li qegħdin jiftħu, l-istorbju sar dejjem aktar ta' problema. "Għandek xogħol ta' kostruzzjoni, li jkun għaddej mal-ġurnata kollha u apparti minn hekk, għandek żieda qawwija fin-nurmru ta' negozji differenti li qed jiftħu l-Belt," qal Azzopardi. Huwa sejjaħ l-iżvilupp li qed iseħħ fil-Belt Valletta bħalissa 'rivoluzzjoni', b'wine bars, negozji u anke boutique hotels qed jiftħu f 'diversi akwati tal-belt. Fakkar ukoll iżda li apparti n-negozju "hemm ukoll residenti, li aktar kemm jgħaddi żmien, aktar qed issir anzjana u allura aktar hija sensittiva għall-istorbju." Għalkemm ammetta li ftit jista' jkun hemm kontroll fuq l-istorbju, Azzopardi qal ukoll li hemm bżonn li jkunu mħarsa l-liġijiet biex b'hekk ikun hemm rispett reċiproku bejn il-komunità tan-negozju, li qiegħda dejjem tikber fil-Belt Valletta u r-residenti." 'Jekk tagħlqu l-aċċess, nerġgħu niftħuh' minn Ruben Anthony Xuereb ILBIERAĦ filgħodu, attivisti mil-Kamp Emerġenza Ambjent fetħu l-aċċess għal Manoel Island u kkampjaw hemmhekk matul il-lejl, quddiem il-fortizza Manoel, sabiex jiżguraw li l-aċċess jibqa' miftuħ. Din il-gazzetta tkellmet ma' André Callus, mill-moviment Graffiti li qal li l-iskop ta' din l-azzjoni huwa li jinfetaħ l-aċċess għall-kosta madwar Manoel Island, li ġie magħluq mill-MIDI 16-il sena ilu. L-attivisti qegħdin isostnu li jekk il-MIDI jerġgħu jagħlqu l-aċċess, din l-azzjoni se titrrepeti ruħha, għaliex Manoel Island għandha titgawda mill-pubbliku, li llum huwa mistieden iżur il-gżira. Ċittadini urtati b'din is- sitwazzjoni ta' nuqqas t'aċċess ipparteċipaw f 'din l-azzjoni b'appoġġ mill-Moviment Graffitti, Żminijietna, Friends of the Earth Malta, Flimkien għal Ambjent Aħjar, u Ramblers Association Malta, bis-sapport tas-sindku u l-Kunsill Lokali tal-Gżira. Fi stqarrija, Kamp Emerġenza Ambjent qalu li "Qabel mal-gvern ta Manoel Island bħala konċessjoni lill-MIDI, in-nies setgħu jidħlu mingħajr xkiel u ħafna għandhom memorji assoċjati ma' dan il-post. Huwa tal- mistħija li l-MIDI tħalla jagħlaq l-aċċess għall-kosta u li qed juża Manoel Island, inkluż il-fortizza storika, esklussivament għal attivitjiet privati bi ħlas." Din l-azzjoni qed issir fid-dawl li MIDI ma jistgħux jagħlqu dan l-aċċess għaliex kif inhu mniżżel fil-konċessjoni li ngħatat lilhom mill-Gvern, huma m'għandhom l-ebda dritt li jagħlqu l-aċċess għal Manoel Island. L-Att dwar id-Demanju Pubbliku jistipula wkoll li l-kosta għandha tiġi awtomatikament ikkunsidrata bħala demanju pubbliku u għalhekk l-aċċess għaliha ma jistax jiġi mċaħħad. "Għaldaqstant Manoel Island għandha tingħata lura lill-poplu u li għandha ssir spazju rikreattiv li jitgawda minn kulħadd," komplew jgħidu Kamp Emerġenza Ambjent. Attivisti mil-Kamp emerġenza Ambjent qattgħu l-lejl fuq Manoel Island biex jiżguraw li l-aċċess jibqa' miftuħ Rock, Orkestra… u eluf ta' nies miġburin għal kawża ġusta L-appuntament annwali mar-ROCKESTRA reġa' wasal hekk kif ilbieraħ lgħaxija, eluf ta' nies attendew għal dan l-avveniment mużikali -MFCC ġewwa Ta' Qali. Bħal kull sena, numru ta' artisti rinomati Maltin ingħaqdu mal-Orkestra Filarmonika ta' Malta mmexxija mill-Maestro Sigmund Mifsud, sabiex imkien jagħtu lill-udjenza serata ta' spettaklu mużikali uniku. Ma' naqsitx il- preżenza tad-direttur artistiku, kantant, mużiċist u komiku Pawlu Borg Bonaċi, li għal darb'oħra mexxa dan il-kunċert rock klassiku li ta lill-udjenza wirja unika ta' diski popolari eżegwiti mill- mużiċisti tal-orkestra imkien ma' wħud mill-kantanti lokali favoriti mal-Maltin Bħas-snin ta' qabel ROCKESTRA kien organizzat mill-Malta Community Chest fund u żamm it-tradizzjoni annwali li jiġbor fondi għal dawk l-bżonn.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 September 2016