Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isquash u kif komplejt tevolvi fl- istess sport? Niftakar li meta kelli xi tmien snin, kont ninżel nara lil ommi tilgħab l-isquash ma' sħabha u meta kont narahom, dejjem kont nixtieq nipprovah u b'hekk kont naqbad racket u mmur f 'xi court vojt nittrenja waħdi. Ftit taż-żmien wara bdejt nattendi l-coaching sessions li kienu jagħmlu l-Malta Squash Association u bqajt miexja minn hemm. Il-vjaġġ tiegħi fil-qasam tal-isquash beda meta kelli biss 10 snin. Kont nattendi diversi coaching sessions ma' tfal tal-istess età tiegħi, iżda meta bdejt ninteressa ruħi aktar f 'dan l-isport, bdejt ukoll nieħu lezzjonijiet individwali biex inkompli nipprogressa fih. Wara ftit, lgħabt l-ewwel tournament tiegħi ġewwa Malta stess, fejn ġejt l-ewwel fil-kategorija tal-Under 13. Iktar tard fl-istess sena, ħadt sehem ukoll f 'tournament l-Awstrija, fejn dan kien l-ewwel darba li jien lgħabt barra minn pajjiżi. Wara dan, bqajt nieħu sehem f 'diversi kompetizzjonijiet oħra kemm ġewwa Malta stess kif ukoll barra minn Malta, bħall-Polonja, fejn ġejt fir-raba' post, fl-Iżvizzera fejn spiċċajt fid-disa' post, fil-Lussemburgu fejn ksibt l-ewwel post, fi Newcastle fejn ġejt it-tieni, u ġewwa Wales fejn ġejt ir-raba'. L-ogħla ranking fl-Ewropa li qatt kont fih kien l-24 post. Sadanittant, komplejt ukoll nieħu sehem ġewwa tournaments nazzjonali, fejn b'kollox bqajt Junior National Champion tal-kategoriji tiegħi għal ħames snin konsekuttivi waqt li pparteċipajt fil-kategorija tan-nisa u spiċċajt fit- tielet post u fit-tieni post f 'sentejn konsekuttivi. Bħalissa qed niġi mgħallma minn Brad Hindle Deguara, li rebaħ aktar minn 30 tournaments fil-qasam tal-isquash u jilgħab ukoll mat-tim nazzjonali Malti tal-Isquash. Rebaħ ukoll żewġ medalji tad-deheb fil- Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar, u ħa sehem fil-Commonwealth Games u fil-European Team Championships. Lgħabt ukoll mat-tim nazzjonali Malti tan-nisa tal-Isquash, fejn tlajna l-Olanda għall-European Team Championships fit-Tielet Diviżjoni u rbaħna l-ewwel post. Kelli l-privileġġ ukoll li nieħu sehem fil-Commonwealth Games li saru fi Glasgow fl-Iskozja, fl-2014, fejn tabilħaqq din kienet waħda mill- aktar esperjenzi sbieħ ta' ħajti u hija impossibli ninsiha. Attendejt ukoll għal diversi squash camps ġewwa l-Ingilterra, fosthom ġewwa Millfield School f 'Somerset u ġewwa Birmingham University. Ksibt ukoll coaching course tal-ewwel livell rikonoxxut mill-Ewropa sabiex inkun nista' ngħallem dan l-isport tant għal qalbi lil nies oħrajn, waqt li rbaħt unur personali fl-MOC Sports Awards. Ħadt sehem ukoll fil-Youth Commonwealth Games f 'Settembru tal-2015 li saru ġewwa Samoa. Bħalissa ninsab l-Ingilterra fejn qed nattendi l-Millfield School ġewwa Street f 'Somerset fejn qiegħda nkompli bl-istudji tiegħi għall-A Levels u fl-istess ħin inkompli ntejjeb il-livell tiegħi fl-isquash billi nilgħab għall-iskola kif ukoll nilgħab għat- Tim Nazzjonali Malti. Jiena mgħallma minn Ian Thomas li huwa l-kowċ tiegħi ġewwa l-iskola u anke minn Bradley Hindle Deguara, li jkompli jħarriġni meta nkun qiegħda Malta sabiex inkun nista' nkompli nittrenja meta nkun Malta wkoll. Min huwa jew huma l-ispirazzjoni tiegħek fl-isquash? L-ispirazzjoni tiegħi fl-isquash huwa l-kowċ tiegħi stess, Bradley Hindle. Dan għaliex dejjem kien isib modi ta' kif jittrenja biex dejjem isir l-aħjar li jista' jsir u ma ħalla l-ebda ostaklu jaqtgħalu qalbu milli jikseb dak li dejjem xtaq. Kif tikkumpara r-riżorsi li fihom tittrenja f 'Malta fil-Marsa Sports Club meta mqabblin ma' dawk li tuża barra minn Malta? Il-courts li nuża barra minn Malta huma magħmulin apposta u jgħidulhom ASB u dawn huma l-courts il-propja li jintużaw fit- tournaments li jsiru barra minn Malta. Il-courts li hemm fil-Marsa Sports Club mhumiex ASB, però xorta huma tajbin sabiex tittrenja fuqhom għaliex fl-aħħar mill-aħħar, kull court huwa differenti mill-ieħor u b'hekk xorta tkun trid tidra d-differenza biex tkun tista' tadatta ruħek għal waqt il-logħba. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal-isport u l-istudju tiegħek fl-Ingilterra? L-iskola li nattendi fiha jien qiegħda bbażata fuq studju kif ukoll fuq attivitajiet extra-kurrikulari, fosthom l-isquash. Dan ifisser li jkollna l-ħin tal-iskola kif ukoll ħin għall-attivatijiet li nagħżlu li nagħmlu aħna wara l-iskola jew fil-ħin li fih ma jkollniex ċerti lezzjonijiet matul il-ġurnata. Din tgħin ħafna għaliex huma jgħinuk tkompli timmaniġġja iktar minn ħaġa waħda li tħobb tagħmel kif ukoll biex tkun iktar responsabbli fil-ħajja ta' kuljum tiegħek billi tippjana l-affarijiet sabiex tlaħħaq, jew dak li ngħidulu 'time management'. Fi Frar li għadda, int ħadt sehem fl- 'Austrian Junior Squash Open' ġewwa Vjenna, l-Awstrija. Tina iktar dettalji rigward dan. Fil-bidu ta' dan it-tournament, kont ikklassifikata bħala d-disa' parteċipanta minn 16 fil-kategorija tal-Girls Under 17. Kelli BYE fl-ewwel rawnd, u b'hekk awtomatikament ħadt posti fir-rawnd li jmiss. Fl-ewwel logħba tiegħi, kelli naffronta lil Denisa Rohunová tar- Repubblika Ċeka li kienet klassifikata bħala t-tielet parteċipanta fil- katergorija GU17. Irbaħt din il-logħba 3-1 (11-8/ 7-11/ 11-2/ 11-8), u dan meta qabel Rohunová kienet għelbet lil Galea bl-iskor ta' 3-1. Il-ġurnata ta' wara din ir-rebħa, kelli nilgħab kontra Tiana Miličević tal-Islovenja fil-kwarti tal-finali. Miličević kienet klassifikata bħala s-sitt parteċipanta f 'din il-kategorija. Jien kont ferm iktar kunfidenti f 'din il-logħba u ksibt rebħa oħra bil- għajnuna tal-kowċ tiegħi Ian Thomas, li kien hemmhekk miegħi sabiex jgħinni, bir-riżultat ikun dak ta' 3-0 (11-5/ 11-3/ 11-4). Dakinhar stess, wara r-rebħa tiegħi fl-istess ġurnata kontra Miličević, tlajt għas-semifinali fejn hawnhekk kelli nilgħab kontra Milla Uusitalo tal-Finlandja. Uusitalo kienet ikklassifikata bħala t-tieni post f 'din il-kategorija. Din kienet logħba fejn konna viċini ħafna ta' xulxin bħala livell u t-tnejn ridna nirbħu sabiex niksbu post fil-finali. Fl-aħħar logħba, però, Uusitalo dehret aktar b'saħħitha mentalment u tlift bir-riżultat ta' 3-2 (11-9/ 11-13/ 8-11/ 11-8/ 12-10). Imbagħad kelli naffaċċja lil Sàra Nayy tal-Ungerija għall-aħħar logħba tiegħi f 'dan it-tourament. Nayy kienet klassifikata bħala l-ħames parteċipanta fil-kategorija tal-GU17. Hawnhekk, urejt li ridt nirbaħ din il-logħba sabiex nieħu post fuq il- podju. F'din il-logħba, irbaħt lil Nayy bir-riżultat ta' 3-0 (11-5/ 12-10/ 11-5), biex b'dan ir-riżultat, ksibt it-tielet post fl-Austrian Junior Squash Open. Il-kowċ tiegħi Ian Thomas, li tela' l-Awstrija flimkien mal-kumplament tal-Millfield Squash Team, qal li jinsab ferm sodisfatt b'kif kont lgħabt, tikkunsidra li kont ili ġimagħtejn ma nittrenjax minħabba li kont imweġġa'. F'Ġunju li għadda, ħadt sehem fl- Italian Junior Squash Open ġewwa Riccione, l-Italja, li kien l-ewwel tournament tiegħek fil-kategorija tal- Girls' Under 19. Tina iktar dettalji. L-ewwel logħba tiegħi kienet kontra Sára Nagy tal-Ungerija li kienet ikklassifikata bħala 3/4 seed fil-kategorija. Irbaħt l-ewwel logħba tiegħi bir-riżultat ta' 3-1 (14-16/ 11-1/ 11-1). Wara nofsinhar, lgħabt kontra Julie Rossignol ta' Franza li kienet ikklassifikata bħala seed numru 1 fil-kategorija fejn tlift din il-logħba bir-riżultat ta' 3-0. Wara din it-telfa, iżda, ma qtajtx qalbi u bqajt niġġieled biex nirbaħ lill-avversarji l-oħra. Fil-ġurnata ta' wara, lgħabt kontra Kristina Smickova tal-Islovakkja, li kienet ikklassifikata bħala 5/8 fil-kategorija, fejn irbaħtilha bir-riżultat ta' 3-1 (11-6/ 11-5/ 11-13/ 11-4). Fl-istess ġurnata, kelli nilgħab kontra Paola Moretti mill-Italja li kienet ikklassifikata bħala 5/8 fil-kategorija, u rbaħt din il-logħba bir-riżultat ta' 3-0 (11-6/ 11-6/ 11-8), biex wara din il-logħba, kelli nilgħab għat-tielet jew illum | Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 Cristian Antony Muscat Kimberley Galea - plejer ewlenija tal-isquash li għalkemm għad għandha biss 17-il sena diġà kisbet suċċess kbir kemm f'Malta kif ukoll barra minn xtutna, fejn m'hemmx dubju li għandha futur mill-isbaħ quddiemha Ta' età żgħira tikseb suċċess Sports 34 "Kelli l-privileġġ ukoll li nieħu sehem fil-Commonwealth Games li saru ġewwa Glasgow fl-Iskozja fl- 2014, fejn tabilħaqq kienet waħda mill- aktar esperjenzi sbieħ ta' ħajti u hija impossibli ninsieha"