Illum previous editions

illum 11 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 | illum Intervista 13 pro-business u kull gvern għandu jkun hekk' Għal dan iżda, l-Awtorità tal-Ippjanar trid toffri inċentivi lill-iżviluppaturi, kompla jgħid Xuereb, sabiex huma jkun jaqblilhom jiżviluppaw is-sulari ż-żejda. Jinħtieġ aktar żvilupp sostenibbli fin- naħa t'isfel ukoll Mistoqsi dwar x'jaħseb fuq l-iżvilupp fin-naħa t'isfel ta' Malta, b'referenza partikolari għall-Jerma f 'Marsaskala, Anġlu Xuereb jemmen li filwaqt li ma jridx jidħol fil-merti ta' kif u minn min se jseħħ l-iżvilupp, huwa jemmen li l-post għandu jiġi żviluppat biex titneħħa l-kruha li hemm bħalissa. Jemmen li "jkun tajjeb li terġa' ssir lukanda hemmhekk għax lukanda tiġġenera aktar attività kummerċjali, kemm bħala turiżmu, kif ukoll għan- negozji tal-madwar." Xuereb jemmen ukoll li fin-naħa t'isfel ta' Malta jkun xieraq li ssir 'yacht marina' wkoll, u Marsakala jkun il-post ideali għal dan, sakemm din issir bi pjan li tħalli żoni tal-kosta riżervati għall-għawwiema. Bħala parti mill-viżjoni ta' Anġlu Xuereb għan-naħa t'isfel ta' Malta, huwa kien propona 'link' bejn Tas-Sliema u l-Kottonera, sabiex apparti l-vantaġġi fir-rigward tat-trasport, titnaqqas dik id-differenza ta' kultura bejn in-naħa ta' fuq u t'isfel ta' Malta. Permezz ta' link, tiżdied il-faċilità li minn Tas-Sliema wieħed ikun jista' jmur il-Birgu, u viċe versa mingħajr l-inkonvenjent ta' ħin twil imwaħħal fit-traffiku. Xuereb jemmen li mbagħad ikun faċli li jkun hemm sistema ta' trasport bejn Smart City u Marsaskala għall- Birġu, fejn imbagħad min hemm jaqbdu d-dgħajsa għall-Belt, jew Tas- Sliema. Xuereb jemmen li din iż-żieda fil-konnettività titnaqqas mhux biss id-distanza fiżika bejn iż-żewġ żoni, iżda anke dik soċjali u kulturali. 'Żgur li ma nerġax noħroġ għall- politika' Bħala l-aħħar punt tal-intervista ma' Anġlu Xuereb, l-ILLUM staqsiet jekk jitħajjarx jerġa' joħroġ għall-politika, bħalma kien għamel meta ħareġ mall- partit 'Azzjoni Nazzjonali' fl-elezzjoni ġenerali tal-2008. Għal dan, Xuereb rrisponda mill- ewwel, li "żgur li le." Huwa saħaq li kulħadd jagħmel xi żball f 'ħajtu, u min ma jagħmilx żball ma jitgħallimx. "Li ħriġt għall-politika kien l-iżball tiegħi," qal Xuereb. Dak iż-żmien li ħareġ għall-politika huwa kien emmen li l-esperjenza tiegħu fuq l-infrastruttura setgħet tkun ta' benefiċċju għall-pajjiż li tant iħobb, iżda meta mess ma' dik id-dinja, irrealizza li l-politika hija differenti minn dak li ħaseb hu u wara ddispjaċih li daħal fiha. Intant il-viżjoni ta' Xuereb għat- tisbieħ ta' pajjiżna ma tieqaf qatt, hekk kif bid-determinazzjoni u l-kreattività karatteristiċi tiegħu, huwa ma jieqaf qatt jiddisinja u jipproponi pjanijiet ħolistiċi għall-Belt Valletta, għan-naħat ta' fuq u t'isfel ta' Malta. Anġlu Xuereb jipproponi marina l-bajja tas-Salina Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 September 2016