Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664
illum | Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 Aħbarijiet 6 Intqal ħafna u għad irid jintqal ħafna dwar Simon Busuttil bħala Kap tal-PN. L-ILLUM staqsiet lil żewġ opinjonisti, b'veduti xi ftit jew wisq di erenti. Joe Ellis u Manuel Micallef jitkellmu.... Se titla' x-xemx fuq Minn Albert Gauci Cunningham ĠIMAGĦTEJN ilu, din il- gazzetta tat ħarsa lejn l-isfidi, is-saħħiet u d-dgħufijiet tal-Gvern u l-Prim Ministru Joseph Muscat. Illum se nagħtu ħarsa lejn ix-xaqliba l-oħra politika. Dak li qed iseħħ fil-Partit Nazzjonalista u l-pożizzjoni ta' Simon Busuttil bħala l-Kap tal-PN u Prim Ministru prospettiv ta' Malta. Il-midja tal-Partit Laburista ħolqot tromba politika, b'messaġġ kontinwu li jitfa' lil Busuttil taħt lenti u f 'suppost 'kriżi' ta' tmexxija. Imma, lil hinn mill-midja politika u partiġġjana, il-PN kemm verament qed jaffaċċja kriżi fit-tmexxija tiegħu? Veru li Busuttil huwa meqjus, jew qed jibni immaġini ta' persuna li ma tieħux pożizzjoni fuq kwistjonijiet jaħarqu u li jistgħu jweġġgħu? Busuttil se jkun il-Kap li jwassal lill-PN lura fil-Gvern, wara ħames snin biss, jew sempliċiment il-bniedem li qed imexxi tranżizzjoni qabel jidħol fix-xena xi ħadd ieħor? U minkejja l-iżbalji u l-każijiet ta' nuqqas ta' governanza, l-aktar il-każ tal-'Panama', għalfejn Busuttil għadu lura f 'dak li jikkonċerna popolarità? Jekk qed jgħid u jindirizza l-istess sentiment tal- poplu fil-Parlament, għaliex qed isibha daqstant diffiċli li jkisser għal kollox dan id-distakk politiku bejnu u bejn Muscat? U Busuttil għandu problema ta' kariżma? L-ILLUM staqsiet dawn il-mistoqsijiet lil tnejn minn nies. L-Avukat u opinjonista ta' kull nhar ta' Ħadd fuq din il-gazzetta Joe Ellis, li indirizza wkoll l-aħħar Konvenzjoni tal-Partit Nazzjonalista u lill-opinjonista u eks kandidat tal-Partit Laburista Manuel Micallef. Kurrenti u kritika ġusta jew le? L-ILLUM staqsiet kemm il-kritika li qed issir bħalissa, strateġikament imneffħa wkoll mill-Partit Laburista, hija ġustifikata jew le. Ellis ma jara xejn straordinarju li hemm kontro-kurrenti fil-PN, "li f 'partit tal-massa jkun hemm min hu kritiku tal-mexxej hi xi ħaġa pjuttost normali. Li f 'partit politiku ikun hemm djalettika interna hija normali u tista' tagħti saħħa lill-partit. Fejn dan mhux il-każ," ikompli Ellis, "il-partit faċilment jispiċċa struttura monolitika u bla ruħ." Ma' dan, mhux neċessarjament jaqbel Manuel Micallef li jgħid li l-kritika interna li qed jisma' hu wkoll dwar Busuttil hija minħabba li "għadu 'l bogħod" milli jibni l-immaġini ta' politiku alternattiv għal Joseph Muscat. "In-Nazzjonalisti stess," jgħid Micallef, "jammettu li l-Partit għadu ma sabx il-kap a d a t t a t għaċ- ċirkostanzi, bħalma kien Eddie Fenech Adami. Hemm Nazzjonalisti li jaraw lil Simon Busuttil bħala Kap tranżitorju," jgħid Micallef mal-ILLUM. Imma Ellis jappella lil kulħadd biex iħares lil hinn minn pajjiżna, lejn mexxejja u partiti Ewropej. Hu jsemmi t-turbolenzi li għadda minnhom Cameron minħabba l-faxxa ewroxettika fil-Partit Konservattiv u l-fatt li kellu jsejjeħ referendum biex iżomm il-partit magħqud, il-kritika interna li ffaċċjat Merkel fuq il-politika tagħha dwar l-immigrazzjoni u anke l-oppożizzjoni li qed jiffaċċja Hollande fi Franza. 'Busuttil kważi jikkonferma li hu politiku maħluq għall- oppożizzjoni' Micallef ma tantx huwa kumplimentuż lejn il-qagħda u s-saħħa politika ta' Busuttil fil-preżent, anke jekk jammetti li dan kellu jaffaċċja "għadma iebsa" wara telfa diffiċilissima. 'Simon Busuttil ma rnexxilux ipoġġi lilu nnifsu fil-pożizzjoni li jitqies bħala PM prospettiv. Altru, bil-kemm ma ngħidx li kkonferma li huwa persuna maħluqa biex tkun fl- Oppożizzjoni.' Huwa kompla jgħid li jekk Busuttil irtokka l-istrutturi tal- partit, dawn għadhom ma tawx riżultati, "l-istess fejn jidħlu finanzi, ħafna drabi jevita milli jagħti l-istampa kollha tas-sitwazzjoni tal-finanzi tal-partit." F'dawn l-aħħar snin iżda, il-PN ippreżenta diversi rapporti li fihom qed jipproponi diversi miżuri, l-aktar u notevolment fil-qasam tal- governanza. Allura dan, Micallef ma jirrikonoxxihx? "Dwar alternattivi għamel ftit li xejn u ppreżentahom għal konvenjenza iktar milli b'konvinzjoni. Id-dokumenti li ppubblika fihom aktar retorika milli sustanza." Huwa qal li Busuttil 'refa'' rasu ftit grazzi għall-każ 'Panama', "iżda sfumalu kollox għax meta mitlub jieħu passi fuq nuqqasijiet serji li wettqu dawk ta' madwaru," qal Micallef f 'referenza indiretta għall- akkużi li saru fil-konfront ta' Mario De Marco u Michael Fenech Adami iktar riċenti, "flok ħa passi, ddefendihom." 'Simon sod fil- prinċipji' Ellis jaqbel ma' Micallef, sakemm jikkonċerna l-wirt li sab ma' wiċċu Busuttil bħala Kap wara t-tmexxija ta' Lawrence Gonzi. "Ma naqbilx li Busuttil huwa ġwejjed," isostni mill-ewwel għall-mistoqsija tal-ILLUM. "Huwa sod fil- prinċipju tiegħu u jwettaq l-impenn politiku b'kuraġġ personali," jisħaq l-opinjonista tal-ILLUM. 'L-Armier: L-enfasi hija fuq x'jista' jsir mill-Gvern tal-lum, mhux mill-PN' Fil-ġimgħa li is-sit illum.com. mt ippubblika l-istorja dwar il-proposta ta' Anna Mallia biex kull avukat u nutar li jagħmlu kuntratt ta' bejgħ jew kiri ta' kmamar fl-Armier ikollhom il-warrant sospiż u xhur wara li l-ILLUM baqgħet mingħajr risposti mingħand Busuttil dwar il-kwistjoni tal-Armier, staqsejna lill-opinjonisti jekk Busuttil hux qed jidher bħala politiku indeċiż u li ma jieħux pożizzjoni. Dwar il-kwistjoni tal-Armier, Ellis qal li mhux ġust li l-ħtija tintefa' fuq Busuttil, anke jekk fil-fatt ħadd mhu qed jagħmel dan. "Ħadd ma jista' jibni mingħajr permess u lanqas suppost jingħata dawl u ilma mingħajr ċertifikat ta' compliance...issa kontra l-liġi ngħataw id-dawl," qal Ellis. Tefa' wkoll il-problema fuq ħoġor il-Gvern preżenti u qal li huwa dan il-Gvern li issa jrid jagħmel xi ħaġa biex jara li "l-aberazzjoni istituzjonali tiġi indirizzata." Ellis jgħid li partit m'għandux ikollu pożizzjoni "fuq kull kwistjoni taħt il-kappa tax- xemx," meta mistoqsi dwar kwistjonijiet oħrajn bħall- Unjoni Ċivili, il-Morning After Pill (MAP) u permessi għal bini għoli, li dwarhom Busuttil tkellem ftit jew xejn. "Ħu l-Kwistjoni tal-MAP. Fil-pajjiż għandna l-liġijiet u l-awtoritajiet regolatorji u sta għal dawn li jiddeċiedu jekk għandhiex tinbiegħ jew le. Kwalunkwe intervent mill- Gvern u l-Oppożizzjoni," skont Ellis, "mhux neċessarju u m'għandux għalfejn isir." 'Busuttil irid jintogħġob m'Alla u max-xitan' Micallef ma tantx hu impressjonat bl-argument ta' Ellis dwar l-assertività jew in-nuqqas tagħha, ta' Busuttil. "Il-fatt li Busuttil qed jonqos milli jieħu deċiżjonijiet jirrendih indeċiż u jipproġettah bħala opportunist u bniedem li jilgħab għall-gallarija." Huwa qal li filwaqt li huwa veru li kull oppożizzjoni tipprova la tfuħ u lanqas tinten, "politiku ta' stoffa jrid jieħu deċiżjonijiet ċari. Ħalli jkun hemm min ma jaqbilx miegħek, imma fl-aħħar mill- aħħar tiġbed ammirazzjoni u tirbaħ il-fiduċja għal fatt li tkun Manuel Micallef Joe Ellis