Illum previous editions

illum 11 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 | illum suċċess kbir fl-isquash Sports 35 ir-raba' post. Hawnhekk, lgħabt kontra Nina Kustec tal-Islovenja, li kienet ikklassifikata bħala n-numru 2 fil- kategorija tiegħi. Għalkemm Kustec kellha iktar esperjenza, jien ħassejtni ferm kunfidenti u rbaħt il-logħba bir- riżultat ta' 3-0 (11-3/ 11-6/ 11-6), biex temmejt dan it-tournament fit-tielet post. Timmira li fil-futur tkun tista' tgħix billi tippratika l-isport tal-isquash b'mod professjonali? Nixtieq inkompli nipprattika dan l-isport b'mod professjonali la nikber, però nixtieq ukoll nibni karriera mill- edukazzjoni li qiegħda nikseb bħalissa għaliex jiena nemmen li kieku ma ħdimtx fuq dawn iż-żewġ affarijiet, kieku miniex qiegħda fil-pożizzjoni li qiegħda fiha bħalissa. Jiena tal- fehma li kemm l-edukazzjoni kif ukoll l-isport huma tal-istess importanza fil-ħajja f 'relazzjoni ta' karriera. Taħseb li għad jiġi żmien f 'Malta meta plejer tal-isquash ikun jista' jaqla' l-għixien tiegħu esklussivament permezz tal-isport tal-isquash? Jien naħseb li din il-ħaġa tkun possibbli meta l-isquash jikber fil-popolarità ġewwa pajjiżna. Dan għaliex ħafna iktar nies isiru jafu bih u l-ammont ta' nies li jibdew jilagħbuh jiżdied u allura tiżdied il-kompetizzjoni u l-livell jitla' iktar. Il-plejer imbagħad ikun jista' jibda jgħallem l-isquash lit-tfal kif ukoll lin-nies li jkunu jridu jibdew jilagħbu dan l-isport. Jekk jieħdu sehem ukoll f 'tournaments prestiġjużi fid-dinja jistgħu jaqilgħu l-flus billi jagħmlu dan ukoll. Kif qed tħares lejn il-futur qrib tiegħek fl-Ingilterra? Ftit tal-jiem ilu għadni kemm irritornajt l-Ingilterra sabiex nibda t-tieni sena tiegħi ġewwa l-iskola fejn inġib l-eżamijiet tal-A Levels kif ukoll biex nibqa' nittrenja l-isquash mat-tim tal-iskola stess. Waqt li nkun qiegħda l-iskola, nibqa' wkoll nieħu sehem f 'tournaments li jsiru madwar l-Ewropa sabiex ngħolli r-ranking tiegħi. Jien nittama li 'l quddiem nitjieb iktar u nsir plejer ta' ċertu livell ta' fejn nixtieq u li qiegħda nitrenja għalih bħalissa. Nixtieq ukoll li fil- futur nibda nagħti wkoll coaching lit-tfal sabiex inkun nista' ngħinhom biex anke huma jkollhom iċ-ċans li jitjiebu f 'dan l-isport li tant huwa għal qalbi u kif ukoll sabiex inkun nista' ngħaddi t-tagħlim li rċevejt jien stess mill-kowċ tiegħi. Tixtieq tgħaddi xi ringrazzjementi għal dan is-suċċess li rnexxielek tikseb għalkemm għadek ta' età żgħira? Nixtieq nirringrazzja l-ewwel u qabel kollox lill-familja u lill-ħbieb, kif ukoll lill-kowċis tiegħi kemm tal- iskola kif ukoll ta' Malta tal-paċenzja li jieħdu u tas-sapport u l-kuraġġ li jtuni ta' kuljum. Nixtieq nirringrazzja wkoll lid-diversi assoċjazzjonijiet li għenuni u għadhom jgħinuni sabiex il-ħolma tiegħi ssir realtà u sabiex nibqa' nipprattika l-isquash u jibqa' dejjem ikolli l-opportunità li nitjieb dejjem iktar. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) u lil SportMalta, tas-sapport kollu li jtuni, speċjalment biex inkun nista' nitla' barra minn Malta biex nirrapreżenta lil pajjiżna, kif ukoll lid- ditta internazzjonali 'Harrow Sports' li huma l-isponsors ewlenin tiegħi. Twieldet t-12 ta' Ġunju 1999 f 'Tal-Pietà Għalkemm għad għandha biss 17-il sena, diġà kisbet suċċess kbir kemm f 'Malta kif ukoll barra minn xtutna, fejn m'hemmx dubju li għandha futur mill-isbaħ quddiemha Fl-2014 ħadet sehem l-Commonwealth Games li saru ġewwa Glasgow -Iskozja Fi Frar li għadda, ħadet sehem -'Austrian Junior Squash Open' ġewwa Vjenna, l-Awstrija F'Ġunju, ħadet sehem -Italian Junior Squash Open ġewwa Riccione -Italja, li kien l-ewwel tournament tagħha l-kategorija tal-Girls' Under 19 Kimberley Galea "Nixtieq inkompli nipprattika dan l-isport b'mod professjonali, però nixtieq ukoll nibni karriera mill-edukazzjoni li qiegħda nikseb bħalissa. Nemmen li kemm l-edukazzjoni kif ukoll l-isport huma tal-istess importanza fil-ħajja f 'relazzjoni ta' karriera"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 September 2016