Illum previous editions

illum 11 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

ħadt deċiżjoni." Micallef sostna, fl-istess jiem li kienet għaddejja l-kwistjoni tal-fish farms u l-ħmieġ li wasal sa diversi partijiet mill-kosta, li Busuttil "dejjem qed jidher li jrid jogħġob lill-Alla u lix-xitan." 'L-inovazzjoni tal-Labour fil- Gvern; Aqdi kemm tiflaħ nies' L-ILLUM staqsiet ukoll liż- żewġ opinjonisti kif jispjegaw il-fatt li anke fl-agħar tempesti politiċi li kien jinsab fihom il- Gvern, Muscat xorta baqa' minn fuq fil-popolarità, u minn fuq b'mod konsiderevoli. L-apprezzament ta' Ellis u ta' Micallef dwar Muscat u għalfejn jibqa' minn fuq, minkejja mewġ qawwi ħafna ta' kritika, huwa differenti ferm. L-avukat Ellis jgħid li l-mudell politiku tal- Partit Laburista fil-Gvern huwa "pjuttost inovattiv: Aqdi n-nies kemm tiflaħ, ikunu min ikunu." Ellis fil-fatt jgħid li iktar mill-interessi tal-pajjiż, Muscat u l-Gvern tiegħu mhedi fuq kwistjonijiet personali u klijentelisti. "Din politika li żgur se tagħti riżultat fiż-żmien immedjat, imma rridu naraw kif se tevolvi l-ekonomija wkoll fiż-żmien li ġej." 'Muscat ma jibżax ikun kontroversjali' Micallef min-naħa tiegħu jara fil-Prim Ministru bħala politiku li jagħraf iċ-ċirkostanzi. "Ma jiddejjaqx ikun kontroversjali jew li jiddiżappunta uħud mill- partitarji tiegħu. Huwa mutur ta' inizjattivi u katalist tal-bidla." Jgħid Micallef mal-ILLUM. Imma l-Gvern żbalji ħoxnin għamel ukoll? "Imma minkejja l-iżbalji," ikompli jgħid Micallef, "il-miżien xorta jxaqleb lejn Muscat għax huwa 'hands on' u jwettaq u ċ-ċittadin jagħraf is-sens li ma jiżbaljax min ma jagħmel xejn." Lil Ellis, l-ILLUM tistaqsih dwar l-ekonomija, u tfakkru li Muscat qed imexxi pajjiż b'ekonomija li bħalissa hija b'saħħitha. "Mil-lat ekonomiku, Muscat kien pjuttost ixxurtjat. It-turiżmu qed jifjorixxi u ħafna drabi, dan mhux mertu tagħna imma minħabba l-inkwiet fil- pajjiżi kompetituri. U l-prezz taż-żejt minn $148 dollaru kull barmil, niżel għal inqas minn €48. Imma Busuttil nieqes mill- kariżma? Hemm min jgħid li Busuttil nieqes mill-kariżma meħtieġa minn kap li għandu l-ambizzjoni li jagħmel suċċess. Imma dan minnu? U kemm tilgħab parti importanti l-kariżma ta' mexxej? Ellis ma tantx huwa impressjonat bl-argument li jdur mal-kariżma ta' kap. "Mexxej mhux neċessarjament irid ikun kariżmatiku biex ikun tajjeb. Min jista' jsejjaħ lil Merkel jew lil Theresa May jew lil Rajoy (Prim Ministru ta' Spanja) kariżmatiċi? Li huwa importanti huwa li l-mexxej ikun kapaċi, onest u effettiv. Mexxejja kariżmatiċi spiss mexxew lill-pajjiżhom lejn diżastru," tenna Ellis. Micallef jgħid li Busuttil huwa wisq mhedi fl-attakki u biex jara kemm se jakkwista punti għax ikun aħrax fi kliemu. "Għadu jfittex in- nagħaġ il-mitlufa u għad jonqsu biex iġib lill-partit li qed imexxi f 'postu. Jekk l-idea tiegħi hija korretta, mela allura jfisser li Busuttil huwa tassew nieqes mill-kariżma neċessarja biex tal-inqas jerġa' jirbaħ lura l-istess fiduċja li kellu meta kien Membru Parlamentari Ewropew.' Partit Laburista fil-Gvern huwa "pjuttost inovattiv: Aqdi n-nies b'ekonomija li bħalissa hija b'saħħitha. "Mil-lat ekonomiku, irid ikun kariżmatiku biex ikun tajjeb. Min jista' jsejjaħ jfisser li Busuttil huwa tassew nieqes mill-kariżma neċessarja Meta mitlub jieħu passi fuq nuqqasijiet serji li wettqu dawk ta' madwaru, flok ħa passi, iddefendihom' Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 | illum Simon Busuttil? Simon Busuttil. Indeċiż jew kuraġġuż?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 September 2016