Illum previous editions

illum 11 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 11 ta' Settembru 2016 Sports 30 Il-futbolers iktar moħħhom MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT HUWA fatt magħruf li bosta futbolers madwar id-dinja llum il-ġurnata donnhom iktar qed jiddedikaw ħin u jiffukaw fuq li jimlew ġisimhom bit-tattoos, fejn donnhom iktar jinsabu interessati fl-arti tat-tattoos, milli jiffukaw fuq dak li huma mħallsin il-miljuni tal- Ewro għalih, u li propju ddedikaw ħajjithom għalih permezz ta' karriera professjonali - il-futbol. Il-kultura tat-tattoos bdiet fil-Polineżja u nxterdet aktar tard fl-Ewropa mill-Griegi u r-Rumani, u llum il-ġurnata tinstab fil-grawnds tal-futbol ukoll. Iżda mhumiex biss il-plejers tal-futbol li jimlew ġisimhom kollu bil-linka, hekk kif anki fi sport ieħor bħall-għawm, iċ-ċikliżmu u saħansitra anki fil-'cricket', issib atleti mimlija tattoos. Iżda t-tattoos huma arti jew stmerrija? X'inhi r-raġuni li diversi plejers jimlew parti kbira minn ġisimhom bil-linka? Xi wħud isostnu li l-plejers aktar għandhom flus u ħin liberu milli melħ f 'moħħhom. Hemm min jgħid li l-futbolers jagħmlu t-tattoos biex jintimdiaw lill- avversarji, iżda din it-teorija ftit treġi minħabba li ħafna mit-tpinġja tkun moħbija taħt il-flokk. Oħrajn jagħmlu t-tattoos b'memorja tal-familjari u ħbieb, simboli reliġjużi, inkella biex jiftakru r-rebħ tal-unuri u tat-tazzi. Iżda, min huma fost l-aktar plejers li għandhom tattoos? Zlatan Ibrahimovic Dan l-attakkant Żvediż ta' Manchester United, meqjus bħala fost l-aqwa futbolers li pproduċa l-futbol mondjali f 'dawn l-aħħar snin, għandu numru ta' tattoos ekwivalenti għall-istatura tiegħu mpinġija fuq ġismu kollu. Huwa għandu dragun aħmar kbir u sett ta' karti tal-logħob fuq in-naħa leminija ta' gismu, waqt li fuq idu x-xellugija għandu miktub il-kliem: "Alla biss jista' jiġġudikani", waqt li fuq il-polz tiegħu għandu miktub id-dati tat-twelid tal-ġenituri tiegħu kif ukoll ta' uliedu. Intant fuq il-bicep tal-lemin tiegħu għandu miktub ismu bl-Għarbi. Huwa għandu wkoll impinġija r-rixa tan- nativi Amerikani u l-ħuta Ġappuniża msejħa 'Koi' fuq dahru. Interessanti huwa l-fatt li Ibrahimovic għażel li jpinġi propju lil din il-ħuta minħabba li din bħalma hija karatteristika ewlenija tiegħu, tgħum kontra l-kurrent. Iżda m'hemmx dubju li l-aktar tattoos tiegħu li għamlu ħoss matul l-aħħar xhur kienu dawk li Zlatan Ibrahimovic pinġa fuq in-naħa ta' fuq ta' sidru fi Frar tas-sena li għaddiet, fejn fihom kiteb l-isem ta' 50 persuna li qed imutu bil-ġuħ, fejn kull persuna tirrapreżenta lil xi ħadd bil- ġuħ xi mkien fid-dinja u li qed tiġi mgħejuna bis-sħih mill-'United Nations World Food Programme'. Dawn l-istess tattoos jissimbolizzaw ukoll uħud mill-iktar partijet fqar madwar il-globu. F'kummenti li għadda lill-media eżattament wara l-logħba li fiha Paris St Germain kienu nvoluti kontra Caen, fejn temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw, huwa stqarr li kien neża l-flokk wara li rnexxielu jsib ix-xibka wara biss 72 sekonda mill-ftuħ tal-logħba, propju biex juri dawn it-tattoos ġodda tiegħu li kien għamel biex juri s-sapport massimu tiegħu għal dan l-imsemmi programm nobbli tan- Nazzjonijiet Uniti u li jgħin persuni ferm inqas ixxurtjati minna. Tim Howard Il-goalkeeper ta' Colorado Rapids fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti, kif ukoll tat-tim nazzjonali Amerikan, Tim Howard, jgħatti t-tattoos tiegħu billi jilbes flokkijiet bi kmiem twal waqt il-logħob li jkun involut fihom ma' dawn iż-żewġ timijiet. Iżda huwa joħroġ fid-deher in-numru kbir ta' tattoos li huwa għandu fuq ġismu meta jidher b'żaqqu barra, speċjalment fuq covers ta' magazines tal-moda u vanità. It-tattoos tiegħu jinkludu logo ta' Superman, draguni, kurċifissi fosthom wieħed kbir fuq idu x-xellugija, ornamenti, karattru Ċiniż ta' alla, il-familja, il-fidi, il-ferħ u stemma tal-belt Amerikana, New Jersey. Fuq ġismu hemm impinġija kważi s-siġra kollha tal-oriġini tal-familja tiegħu, bid-dati tat-twelid u bl-ismijiet tal- membri kollha tal-familja tiegħu. Barra minn hekk, fuq ġisem Tim Howard, insibu wkoll impinġija stampi tan-nannu tiegħu, ommu u ż-żewġt itfal tiegħu. Nigel De Jong Dan l-eksplejer ta' AC Milan, u li llum qed jilgħab ma' LA Galaxy fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti, għandu fost l-isbaħ tattoos fid-dinja tal-futbol. In-naħa ta' fuq ta' ġisem Nigel De Jong u jdejh huma miksija b'numru ta' tattoos diversi. Huwa għandu mpinġija diversi draguni u fjuri fuq żaqqu, għonqu u idu l-leminija. Għandu wkoll tpinġija tribali fuq il-wiċċ ta' idu. Ezequiel Lavezzi Dan l-attakkant Arġentin huwa wieħed mill- eksplejers ta' Paris St Germain, li fi żmien li fih kienu jilagħbu mal-Pariġini, fil-ħin liberu tagħhom kienu jħobbu jżuru studios tat-tattoos ġewwa Pariġi. Dan l-attakkant prolifiku ta' 31 sena, u li llum qed jilgħab ma' Hebei China Fortuna fiċ-Ċina, għandu disinn tribali li jiżviluppa f 'disinn ta' fjuri fuq idu l-leminija, kif ukoll kuruna tar-rużarju u stampa tal- fenomenu kompatrijott Arġentin Diego Armando Maradona qed jagħti daqqa ta' ras lill-ballun, fuq il-kustilji tiegħu. Iżda m'hemmx dubju li l-iktar tattoo famuża tiegħu hija l-pistola li għandu mpinġija fuq ġenbejh tal-lemin li tagħti l-impressjoni lil dawk li jarawha li huwa tabilħaqq għandu arma magħquda max-shorts li jkun qed jilbes. Huwa għandu wkoll xbihat reliġjużi ta' Ġesù u tal-Madonna mpinġija fuq sidru, fejn għandu wkoll impinġi buffu kkulurit. Dybril Cisse Dan l-attakkant Franċiż ta' 34 sena li fil-passat riċenti kien jilgħab ma' Liverpool u AEL Limassol f 'Ċipru, iżda li llum irtira mill- futbol, għandu kważi sidru kollu miksi bit-tattoos. Dan hekk kif huwa għandu iktar minn 40 tattoo mpinġija fuq in-naħa ta' fuq ta' ġismu. Huwa għandu set ġgantesk ta' ġwienaħ ta' anġli mpinġi fuq dahru, li propju għalihom ġie mlaqqam 'arkanġlu', waqt li għandu wkoll xi ftit tattoos mpinġija fuq il-ġenb ta' rasu. Huwa ħaseb ukoll biex iħalli spazju biex fih jikteb l-ismijiet tat-tlett itfal tiegħu. Kevin-Prince Boateng Dan l-eksmidfielder ta' Schalke 04 fil-Ġermanja, u AC Milan fl-Italja, għandu diversi tattoos interessanti mpinġija fuq ġismu. Dan hekk kif huwa għandu l-mappa tal-Afrika mpinġija fuq dahru, xi ħaġa li tindika ferm is-sens ta' patrijottiżmu qawwi tiegħu hekk kif hu twieled il- Ghana, waqt li fuq irkopptu għandu sett ta' karti tal-logħob, ċurkett tad- djamanti, u brimba f 'forma ta' għanqbuta b'sentenza miktuba fuqha bil-kliem 'Imħabba kontra Uġigħ u Uġigħ kontra Imħabba,' li tindika d-determinazzjoni sħiħa tiegħu li jirritorna lura għal-logħob wara li jkun qed isofri minn injury partikolari, fi żmien relattivament qasir qabel dak mistenni. Tajjeb ngħidu li Kevin-Prince Boateng għandu wkoll tpinġija ta' AC Milan fuq id waħda, xi ħaġa oħra li tindika l-imħabba kbira li huwa għandu lejn dan it-tim li miegħu, huwa wkoll rebaħ Kampjonat tas-Serie A, lura fl-2011. Raul Meireles L-eksmidfielder ċentrali ta' Fenerbache fit-Turkija, Raul Meireles jidher li jqatta' ħafna mill-ħin liberu tiegħu għand l-artisti tat-tattoos fl-istudios tagħhom. Dan minħabba n-numru kbir ta' tattoos li huwa għandu mpinġija fuq ġismu. Il- plejer internazzjonali Portugiż għandu dragun ġgantesk impinġi fuq dahru, żewġ kmiem sħaħ impinġija kif ukoll żewġt irjus tal- Maya mpinġija fuq in-naħa ta' fuq ta' ġismu. Daniel Agger L-eksdifensur internazzjonali Norveġiż ta' Liverpool u Brondby, u li llum irtira mill- futbol huwa plejer ieħor li nistgħu ngħidu li kważi għandu ġismu sħiħ miksi bit-tattoos. Huwa għandu ħafna tattoos tal-Vikingi, li huma xi ħaġa sinonima ma' Kevin-Prince Boateng

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 September 2016