Illum previous editions

illum 11 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/725664

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 517 • 11 ta' Settembru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Anglu Xuereb Ara paġni 12 u 13 BACK TO SCHOOL BACK TO SCHOOL Agostino Matrenza Street, San Gwann (behind Junior's Toy Shop) T: 27132214 M: 79578738 E: globalhomelimited@gmail.com Domus Malta Kont ta' €275 minn Veronica Lynn Mizzi WASLET l-iskola, u magħha waslet spiża oħra għall-ġenituri. Eżerċizzju li għamlet l-ILLUM, juri kif l-ispiża minima ta' ġenitur għall-kull wild li jattendi skola primarja tal-gvern, huwa ta' €275. Din il- gazzetta waslet għal dan l-ammont meta wieħed jikkalkula l-ispejjeż tal- uniformijiet, l-istationery, basktijiet u fotokopji, u jassumi li t-tfal jattendu skola tal-istat. L-istess eżerċizzju juri kif l-ispiża minima tal- uniformijiet tlaħħaq il-€187.65, waqt li dik għall-istationery inkluż basket, pocket, u fotokopji tammonta għal €87.09. L-ILLUM ġabret din l-informazzjoni minn distributur tal-uniformijiet ewlieni f 'San Ġwann, żewġ stationeries fl-Imsida u l-Ħamrun, u bbażata fuq lista ta' oġġetti li jridu jinxtraw, mgħoddija lil din il-gazzetta minn għalliema tal-primarja. Il-prezz totali li waslet għalih l-ILLUM jikkumpara tajjeb mal-figuri li kienu ħarġu fir-rapport tal- Caritas, ippubblikat iktar kmieni din is-sena. Permezz ta' kalkolu konservattiv, u li kkunsidra biss bżonnijiet mill-iktar bażiċi, il-Caritas kienet ikkalkulat li l-ispiża totali għal kull wild għal kull sena skolastika hija ta' €222. Tkompli f 'paġna 8-9 Tkompli f 'paġna 4 Tibda l-iskola... Kemm se tiswiek l-ewwel ġurnata tal-iskola... 23 sena titkarrab u titallab għand tal-Housing Josè Herrera, Beppe Fenech Adami u l-YMCA ġibdu l-attenzjoni tal-Housing dwar il-każ Minn Albert Gauci Cunningham MIN jistenna jithenna jgħidu, imma fil-każ ta' Doreen*, dan verament mhux il-każ. Din il-mara, omm ta' tifla li llum bdiet ħajja għaliha, ilha titkarrab xejn inqas minn 23 sena sħaħ biex wara snin ta' żwieġ abbużiv, tingħata saqaf fuq rasha mingħajr ma jkollha tgħix taħt il-mannara ta' kera', li kif ġara din is-sena, żdiditilha b'€40 kull xahar. L-ILLUM għandha f 'idejha numru ta' dokumenti li jmorru lura sal- 1993 u li juru li minn dak iż-żmien, sa Novembru tas-sena l-oħra stess, din il-mara ilha titkarrab għal ftit ġustizzja u saqaf fuq rasha, wara li għaddiet minn trawma li saħansitra ħallietha tbati minn dipressjoni kronika. Il-Ministru Josè Herrera u l-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami, it-tnejn fil-kapaċità tagħhom ta' avukati kienu infurmaw lill-housing bis-sitwazzjoni gravi ta' din il-mara lura fl-1993 u l-2003 rispettivament. Ma' dawn ingħaqdu l-YMCA, permezz ta' social worker fl-2003 u konsulent psikjatriku fl-2015. Dawn kollha appellaw lill-Housing biex joffru akkomodazzjoni alternattiva lil Doreen. Iżda 23 sena wara, din il- mara msallba kienet, u hekk baqgħet. Silenzju dwar il-festi pubbliċi Minn Albert Gauci Cunningham ESPONENTI tal-Gvern qed iżommu lura milli jesprimu lilhom infushom dwar il-proposta tal-GWU biex il-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa jingħataw bħala ġranet leave. Fil-fatt, minkejja li l-ILLUM bagħtet mistoqsijiet lill-Ministeru tal-Finanzi u lill-Ministeru tal- Ekonomija u Negozji Żgħar, u staqsiethom kif jaħsbuha dwar il- proposta tal-GWU, sakemm morna għall-pubblikazzjoni konna għadna mingħajr risposta. L-ILLUM staqsiet lill-Ministru Edward Scicluna u l-Ministru Chris Cardona jekk jaqblux mal-proposta baġitarja tal-GWU li treġġa' lura miżura implimentata minn Gvern Nazzjonalista preċedenti u li permezz tagħha, il-ħaddiema tilfu l-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa, mil-leave tagħhom. Tkompli f 'paġna 5

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 September 2016