Illum previous editions

ILLUM 6 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

minn John Busuttil IĊĊITTADELLA fir-Rabat Għawdex se ssir bil-ħlas. Dan ikkonfermah mal-gazzetta ILLUM iċ-chairman tal- Kumitat għall-Immaniġġjar taċ-Ċittadella, Mons. Joe Vella Gauci, li qal li "biex tmexxi ċ-Ċittadella, bilfors trid xi tip ta' introjtu, inkella l-piż ta' manutenzjoni se jkollu jaqa' fuq in-nies." Fil-fatt, Vella Gauci saħaq li sas-sena 2020, iċ-Ċittadella se jkollha bżonn €1.7 miljun għall-manutenzjoni tagħha. Meta mistoqsi dwar il-prezz tal-entratura jew meta se tkun introdotta din is-sistema, Vella Gauci qal li dan għad irid jiġi diskuss sabiex jilħaq jingħata ċ-ċans li jsiru l-bidliet neċessarji għal dan. NEWSPAPER POST Nr 525 • 6 ta' Novembru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Rodmar Pulis Ara paġni 34 u 35 Kmamar illegali qed jinbiegħu taħt il-'kappa' ta' tpartit u 'ħlas ta' dejn' Mizzi jeskludi sistema ta' rotazzjoni tal-karozzi ILMINISTRU għat- Trasport u Infrastruttura Joe Mizzi jeskludi li kemm idum Ministru hu, tidħol sistema ta' rotazzjoni ta' karozzi privati. Din is-sistema, li titħaddem f 'diversi bliet, l-aktar fl- Amerika t'Isfel imma anke fi bliet Ewropej b'mod temporanju, tfisser li karozza tkun tista' tinstaq f 'ċerti ġranet biss skont l-aħħar numri tan-number plate. Mizzi qal li din il-miżura ma taħdimx għal pajjiżna għax tivvantaġġja lil min jiflaħ jixtri aktar minn karozza waħda. Ara paġni 12-13 L-għażla bejniethom ... nhar it-Tlieta l-votazzjoni Ara paġna 11 Bejgħ 'legali' ta' kmamar illegali minn Albert Gauci Cunningham DIN il-gazzetta tinsab infurmata li minkejja li mhumiex legali, numru ta' kmamar fl-Armier u boathouses oħra, xorta qed ibiddlu l-idejn f 'bejgħ permezz ta' diversi modi, l-aktar ta' tpartit jew taħt il-premessa ta' ħlas ta' djun. Minkejja li l-oġġett tal- kuntratt, f 'dan il-każ kmamar illegali, m'għandhomx il-permessi meħtieġa, it- tranżazzjoni ta' bejgħ jew tpartit hija legali, anke jekk mhux neċessarjament dejjem valida. Fil-fatt, sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta spjegaw kif qed isiru skritturi privati li jmorru quddiem in-nutar, li jkun mitlub biex ma jagħmilx ir-riċerki. Naturalment, minħabba li r-riċerki kieku juru li l-post mhux mibni bil-permess. Meta l-ILLUM tkellmet ma' xi nutara u anke avukati, dawn fakkru li minkejja li f 'tranżazzjoni ta' bejgħ, normalment issir ir-riċerka, jekk il-bejjiegħ u x-xerrej jaqblu li din ir-riċerka ma ssirx, in-nutar ma jkollu ebda obbligu bil-liġi li jipproċedi f 'dan is-sens. B'hekk issir skrittura bejn sid il-kamra illegali u x-xerrej, din tittieħed quddiem nutar, tiġi ttimbrata, jitħallas in-nutar u barra bid-daqq. B'hekk, min ikun bena kamra illegali, mhux talli jkun tħalla jgawdi l-illegalità, talli jkun jista' jagħmel kemxa flus minnha wkoll. Tkompli f 'paġna 8 Iċ-Ċittadella se ssir bil-ħlas Tkompli f 'paġna 10 Mons. Joe Vella Gauci

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2016