Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627
B l-eċċezzjoni ta' min iħaddem, kulħadd jaqbel li l-paga minima għandha tiżdied. Il-kwistjoni mhix jekk għandhiex tiżdied imma kif se tiżdied. L-aspett soċjali fil-paga minima huwa l-iktar importanti. Filwaqt li paga jew salarju huwa intrinsikament marbut mal-impjieg, fis-sens li l-ħlas tal-paga għandu jirrifletti r-responsabbiltajiet u dmirijiet li twettaq fuq il-post tax-xogħol, fil-każ tal-paga minima, l-ikbar kunsiderazzjoni hija marbuta mal-għixien jiġifieri jekk din il-paga sservix biex wieħed jgħix dicentement. Il- mistoqsija li ssir hija sempliċi "Bid-dħul tal-paga minima tista' familja tgħix, mhux komda, imma li tlaħħaq mal-ispejjeż biex takwista l-ħtiġijiet essenzjali?" B'€4.24 fis-siegħa fiċ-ċirkostanzi tal-lum it-tweġiba hija faċli: le. Għalhekk m'hemmx dubju li dawk li jaqilgħu l-paga minima qegħdin fil-verità fir-riskju tal-faqar. U jekk irridu neqirdu l-faqar, fost inizzjattivi oħrajn, irridu nirrevedu il-paga minima 'l fuq. Il-Caritas għamlet is- somom u ħadd ma merihom, anzi xegħlet l-allarm biex ma jkunx tard wisq meta nindirizzaw din il-pjaga. Imma b'kemm u kif se nżiduha? L-uġigħ ta' ras joħroġ mill-fatt li l-preokkupazzjoni ta' min iħaddem hija ġustifikata. Mal-paga minima, hemm ingranati l-iskali tal-pagi l-oħra u saħansitra l-biċċa l-kbira tal-benefiċċji soċjali inkluż il-pensjonijiet. Jekk iċċaqlaq il-pedament, jiċċaqlaq kollox u niġu għaċ- ċirku vizzjuż ċoè jogħlew l-ispejjeż u allura jogħlew il-prezzijiet u s-saħħa tal- paga terġa' tiddgħajjef. Mhux biss, imma jintmess ukoll il-prezz tal-produzzjoni u allura l-kompetittività. Min iħaddem, inkluż il-Gvern bħala employer, għandhom punt u allura mhux la kemm taqbad u żżid il-paga minima. Fit-tfittxija għal soluzzjoni hemm kwistjoni ta' prijorità u ma narax x'jista' jkun importanti iktar mid- dritt ta' għixien diċenti. Għalhekk tqum il-mistoqsija ta' min se jġorr il-piż biex nassiguraw paga minima nazzjonali diċenti. Żgur li dan m'għandux ikun intopp għaliex fil-qagħda ekonomika preżenti u dik prevvista, bosta mill-employers jaffordjaw żieda minima kif proposta mill-Kampanja Paga Minima Diċenti ta' madwar €1,000 fuq tliet snin. Barra minn hekk, l-istat dejjem jista' jagħmel tajjeb f 'każi eċċezzjonali fejn min iħaddem ma jkunx jista' jasal. Naturalment, fit-tfassil ta' paga minima ġdida jridu jkunu kunsidrati fatturi relatati. Ngħidu aħna b'paga diċenti qed nifhmu li tispiċċa kull dipendenza fuq benefiċċji soċjali supplimentari li min għandu paga minima sal- lum kien qed jibbenefika minnhom? Se jkun ifisser li ż-żieda għall-għoli tal-ħajja tibda tingħata skont kemm għandek paga? Jew tingħata bħala bonus kull tliet xhur u ma tiddaħħalx fil-paga? U la qed insemmu l-COLA [Cost of Living Adjustment] forsi mhuwiex iż-żmien opportun li l-mekkaniżmu li bih tinħadem din iż-żieda jkun rivedut meta wieħed iqis li l-istil tal-ħajja li ngħixu u x-xejriet tal-konsum ta' prodotti u servizzi tal-familji inbidel drastikament minn meta beda jitħaddem il- mekkaniżmu preżenti? Nemmen li l-aħjar soluzzjoni tista' tinstab madwar il-mejda tal- Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali. M'għandniex nagħmlu ballun politiku minn din il-kwistjoni. Dan il- Kunsill għandu jġorr mhux biss il-konklużjoni tad-diskussjonijiet li jsiru imma wkoll it-tħaddim tal- mekkaniżmu li jipproponu. Fil-verità, qed nitkellmu dwar xi 3,200 ħaddiem li jaqilgħu l-paga minima fil- preżent. Imbagħad hemm xi 15,000 oħra li jaqilgħu inqas minn €10,000 fis-sena li wkoll jaqilgħu fwiedhom biex ilaħħqu mal-ħajja. F'dal-kuntest, ma narax għalfejn għandna noqogħdu nittitubaw biex insibu l-aħjar soluzzjoni. Minkejja kollox, xorta tibqa' r-responsabbiltà ta' kull individwu li biex ma jaqlax il-paga minima jirsisti ħalli jtejjeb il-ħiliet tiegħu biex xogħlu jirrendilu aktar għalih u l-familja. Manuel Micallef huwa opinjonista u xandar fuq l-istazzjon One Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 | illum Opinjoni 19 MANUEL MICALLEF "Bid-dħul tal- paga minima tista' familja tlaħħaq mal- ispejjeż biex takkwista l-ħtiġijiet essenzjali? B'€4.24 fis- siegħa...t-tweġiba hija facli: le" M'għandekx aptit toħroġ tixtri l-gazzetta? Abbona biex tkun tista' taqra l-ILLUM għal sena sħiħa b'mod diġitali kull nhar ta' Ħadd għall-prezz ta' €35 biss. Min jabbona jidħol fi ċ-ċans li jirbaħ bosta rigali. Żur is-sit http://www.maltatoday.com.mt/illumdigitaledition/ www.illum.com.mt Il-Paga Minima