Illum previous editions

ILLUM 6 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Ħamrun S ................... 0 Valletta. ..................... 3 VALLETTA kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Ħamrun Spartans bl-iskor ta' 3-0. Huma fetħu l-iskor minn penalti fil-45 minuta meta l-goalkeeper Fredrick Tabone waqqa' lil Jhonnattann Benites fil-kaxxa biex mill-11-il metru nkariga ruħu l-istess attakkant Brażiljan li ma żbaljax hekk kif permezz ta' xutt fil-baxx tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka. Iżda jidher li huma ftit li xejn ġew affettwati minn dan il-gowl kiesaħ u biered hekk kif fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hamrun Spartans ħarġu l-kanuni kollha fit-tentattiv uniku li jġibu l-iskor indaqs u resqu viċin li jagħmlu dan meta fit-53 minuta cross ta' Patrick Jean Teixeira Maia kien għoddu ntemm ġewwa hekk kif id-difiża Beltija ddevjat il- ballun, bil-goalkeeper mil- Litwanja ta' Valletta, Dziugas Barktus, ikun strumentali meta dawwar il-ballun f 'corner. Valletta rrispondew fid-69 minuta permezz ta' xutt minn tarf il-kaxxa ta' Jhonnattann Benites li ġie mxellef f 'corner mid-difiża tal-Ispartans. Fit-73 minuta Hamrun Spartans qalgħu daqqa ta' ħarta fl-aspirazzjonijiet tagħhom li jġibu l-iskor indaqs hekk kif sfaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Jorge Mesqueu Neto wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba, bit-tieni waħda jirċeviha wara fawl ta' simulazzjoni. U fil-fatt Valletta approfittaw bis-sħiħ mill- vantaġġ numeriku tagħhom fil-ground meta fis-76 minuta huma rduppjaw l-iskor hekk kif Leandro Aguirre baqa' dieħel fil- kaxxa u permezz ta' xutt angulat tefa' l-ballun wara Fredrick Tbaone. Il-Beltin issiġġillaw ir- rebħa permezz tat-tielet gowl fid-90 minuta permezz ta' xutt b'saħħtu minn ġol-kaxxa ta' Jhonnattann Benites. Hamrun S. - Tabone, Azzopardi, Teixeira Maia, Sciberras, Vergara Rodrigues, Nanapere, Mesqueu Neto, Motta Dos Santos (Giusti 67'), J. Grech, Dos Anjos, Mifsud Triganza (Refalo 85') Valletta - Barktus, Romao, Aguirre, Alhinho, Pani, Benites, Falcone (J. Borg 67'), Camilleri, S. Borg, Cremona (Pulis 89'), Mifsud (Suda 81') Referi - Malcolm Spiteri JHONNATTANN BENITES Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja doppjetta personali f 'din il-partita. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li qatt inġieb f 'Malta. Valletta jiksbu rebħa tajba kontra Ħamrun Spartans Jhonnattann Benites Da Conceicao segwit minn plejer ta' Ħamrun Spartans Ritratt: Dominic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2016