Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627
illum | Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 Aħbarijiet 10 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Finance and Contracts Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Provision of Workstation Support Services for Schools in Malta – T122/16 Data ta' ħruġ: 26 t' Ottubru 2016 / Data ta' għeluq: 12 ta' Diċembru 2016 IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Provision of Workstation Support Services for all Gozo Sites including Health and Schools – T123/16 Data ta' ħruġ: 28 t' Ottubru 2016 / Data ta' għeluq: 16 ta' Diċembru 2016 Operaturi Ekonomiċi huma mħeġġa jieħdu nota tal-clarication meeting, b'referenza għal dawn is-sejħiet, li se jiġi organizzat nhar il-Tnejn, l-14 ta' Novembru 2016 ġewwa l-MITA, Gattard House, Triq Nazzjonali, l-Blata l-Bajda, -10.00 ta' logħdu. Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops li jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training, It-Telgħa Ta' Sa Maison, Il-Furjana FRN1610. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunita sabiex jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: 'Biex tmexxi ċ-Ċittadella trid bilfors xi tip ta' introjtu' - Mons. Joe Vella Gauci Tkompli minn paġna 1 WAQT id-diskors tal-estimi tal-baġit għall-Ministeru t'Għawdex, Anton Refalo ġie mistoqsi mill-kelliem għall-Oppożizzjoni Chris Said jekk iċ-Ċittadella hux se tiġi bil-ħlas. Il-Ministru għal Għawdex wieġbu li l-mistoqsija għandu jagħmilha lill-Kumitat għall-Immaniġġjar taċ- Ċittadella. Għalhekk l-ILLUM, ħadet il-kwistjoni f 'idejha u għamlet din il-mistoqsija hi lil dan il-kumitat. Fil-fatt, din il-gazzetta għamlet kuntatt mal-Mons Joe Vella Gauci li hu ċ-chairman tal-kumitat imsemmi sabiex tistaqsih din il-mistoqsija. Bla tlaqliq ta' xejn, Vella Gauci kkonferma li ċ-Ċittadella se ssir bil-ħlas. Mitlub jgħidilna kemm se jkun il-biljett u meta se tiġi introdotta din is-sistema Mons Vella Gauci qalilna li hu taha sena 'breathing space' biex jilħqu jsiru diversi bidliet neċessarji bħall-bidla tal-kumitat f 'fondazzjoni b'karattru legali. Bħalissa hemm 50 impjegat li għandhom il-ħlas garantit sa sena. Qalilna wkoll li hu jrid ineħħi l-mentalità li biex taħdem iċ-Ċittadella trid mill-Gvern, u minflok, għandha tkun il-kumpanija jew il-fondazzjoni li timpjega lin-nies u ċ-Ċittadella m'għandiex tkun ta' piż fuq il-gvern. "Ta' min isemmi wkoll li l-forti Sant Anġlu biex tidħol fih hu bil-ħlas u dan, bħaċ- Ċittadella wkoll ġie restawrat bil-fondi Ewropej." Mistoqsi kemm se jkun il-prezz tal- biljett, Mons Vella Gauci qal li ma setax isemmi prezzijiet alissa, għax dan għadu f 'fażi ta' studju. "Qed inħarsu lejn diversi għażliet iżda jidher li l-aktar waħda li ntlaqgħet hi ta' biljett wieħed li jagħtik id-dritt li tidħol fil-Katidral u f 'kull mużew li hemm, inkluż iċ-ċentru tal-viżitaturi." Mal-ILLUM, Vella Gauci qal li l-kumitat jaqbel li ċ-Ċittadella trid toħloq forma ta' dħul awtonomu biex tkun tista' titmexxa mingħajr mal- piż jaqa' fuq il-poplu Malti. "Sas-sena 2020, iċ-Ċittadella għandha bżonn €1.7 miljuni għall-manutenzjoni tagħha. Immaġina sal-2025 kemm il-miljun ieħor ikun hemm bżonn. Jekk mhux se noħolqu forma ta' introjtu, ma jistax ikun li titmexxa. Inkella din is-somma trid taqa' fuq il-poplu kollu. Jien u l-kumitat ma naqblux ma' dan għax għandna ruħ soċjali u nemmen li dawk il-flus aħjar imorru f 'għajnuna soċjali għall-poplu tagħna milli għaċ-Ċittadella. Din għandha potenzjal biżżejjed biex tiġġenera introjtu waħedha, mingħajr ma tagħmel qligħ, u tiġġenera l-fondi tagħha." Sadanittant, fl-istess seduta Parlamentari, il-membru Parlamentari Nazzjonalista Frederick Azzopardi qal li dan ma jistax isir minħabba li ċ-Ċittadella ngħatat dan il- wiċċ ġdid mill-fondi Ewropej li jżommuk milli tagħmel xi tip ta' introjtu minnu. Dwar dan, Joe Vella Gauci ma qabilx u qal li "Frederick għandu żball, għax il-liġi Ewropeaa ma tgħidlekx li ma jistax ikollok introjtu, iżda li ma tagħmilx qligħ. Iċ- Ċittadella ħadet il-massimu tal-fondi mill-Ewropa, jiġifieri l-85%, u lill-Ewropa trid troddilha l-flus lura biss, jekk wieħed ikun qed jagħmel il-qligħ." Mons Vella Gauci kompla jgħid ukoll li għad irid isiru emendi fis-CBA (Cost Benefit Analysis). Din il- gazzetta staqsiet jekk dan ifissirx li jekk Għawdxi jkun jrid imur il-Katidral biex jitlob ikollux iħallas. "Skont l-Unjoni Ewropea, ma tistax tagħmel differenza bejn Malti jew Għawdxi u ċittadin ieħor fl-Ewropa. Iżda aħna lesti li nikkunsidraw kull possibbiltà." Fil-fatt minn riċerka żgħira li għamlet l-ILLUM deher kif fil-belt Taljana ta' Firenze, turist ikollu jħallas biex jidħol f 'diversi knejjes, iżda min ikollu karta ta' identità tal-post, jidħol b'xejn. Dwar dan il-fatt, Vella Gauci qal li dan hu eżempju tajjeb li huma jistgħu jaħdmu fuqu." Monsinjur Vella Gauci qal li hu żball kbir li dan il-fatt isir ballun politiku partiġġjan, "Trid tispiċċa l-filosofija ta' 'teżi u antiteżi'. Mhux sew li nopponuha speċifikament għax inkunu parti mill- Oppożizzjoni. Iċ-Ċittadella mhux ħamra, bluna jew ħadra, iżda hi ta' kulħadd u biex tibqa' ġawhra kif saret trid manetunzjoni kbira l-ħin kollu u biex tagħmel dan trid il-ħaddiema biex inaddfu, biex jiġi kultivat it-turf u biex jagħmlu manutenzjoni. Dan minbarra l-ispejjeż biex titnaddaf is-sistema tad-drenaġġ li ssir kull ġimagħtejn. Id-deċiżjonijiet li rridu nieħdu għal din il-ġawhra ma noħduhomx minn xi lenti partiġġjana. Qegħdin 20 membru f 'dan il-kumitat li ġejjin minn kull parti mill-ħajja Għawdxija bħall-GBC, GTA, il-Pulizija, Heritage Malta, u kollha bla kuluri. Issa jekk hemm xi ħadd kontra li ċ-Ċittadella ssir bi ħlas nitolbuh jagħtina l-proposti hu," temm jgħid iċ- chairman tal-Kumitat għall- Immaniġġjar taċ-Ċittadella. Saqaf jisfronda b'raġel u jħallih midrub gravi RAĠEL ta' 63 mir-Rabat weġġa' gravi fir-razzett tiegħu fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, ir-Rabat Malta, hekk kif għal xi raġuni sfronda bih saqaf u waqa' għal-isfel. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta ta' 11:45. Minnufih ġew imsejħa l-Pulizija mill-Għassa tar- Rabat flimkien ma' membri mid-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku sabiex jassistu lill-vittma. Ir-raġel ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.