Illum previous editions

ILLUM 6 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 | illum Intervista 13 kulħadd iwaħħal f 'Joe Mizzi' ilhom is-snin jagħmlu użu minnhom minn u lejn l-iskejjel rispettivi. Hawnhekk, Mizzi qal, "dan huwa inċentiv għall-istudent biex jużaw it-trasport pubbliku. Sadanittant, aħna qed norganizzaw affarijiet oħra. Dak li jkun jgħidlek, jekk jiena nasal kmieni u ma jkollix problema tat-traffiku, jaqbilli nuża t-trasport." It-trasport pubbliku tjieb imma... Waħda mis-soluzzjonijiet sabiex tittaffa l-konġestjoni tal-karozzi fit-toroq hija li minflok il-karozza personali tagħhom, in-nies jużaw mezzi alternattivi ta' trasport, bħalma huwa t-trasport pubbliku. Biex dan isir, fi kliem Mizzi stess, "irid ikollok trasport pubbliku effiċjenti." Żied jgħid li l-ammont ta' passiġġieri li nġarru permezz tat-trasport pubbliku kien kbir u mhux mistenni, hekk kif dan laħaq is-46 miljun, meta mqabbel mat-32 miljun li kien hemm qabel ir-riforma. Il-Ministru responsabbli mit-trasport irrikonoxxa li s-sistema tat-trasport mhix waħda perfetta u qal li, "kulħadd jara l-biċċa tiegħu u qabel, anke jien bħalhom kont naħseb. Imma llum nisma' li jgħiduli ħafna oqsma ta' nies u nipprova ngħaqqadhom f 'daqqa, mhux biex naqdi persuna waħda u nagħmel li jaqbel lilu." Mizzi jkompli jgħid li, "nafu li l-puntwalità wkoll żdiedet, imma għad jonqosna." Din il-gazzetta staqsiet allura x'qed isir biex jitjieb is-servizz, u Mizzi dlonk wieġeb li "100% qatt ma jista' jkun it-trasport pubbliku, imma aħna rridu naraw li s-servizz jiġi iktar effiċjenti, u qed naraw kif nistgħu ntejbu s-sistema ta' meta karozza tieqaf, ma tibqax f 'nofs ta' triq li tirriżulta f 'iktar konġestjoni." Rigward problemi ta' ffullar fuq il-karozzi tal- linja, Mizzi qal li qed jiġu monitorati ċertu rotot sabiex tiġi indirizzata din il-problema. Tabelli intelliġenti...għar-reklami biss? Tul it-toroq Maltin, spiss tilmaħ xi tabella hekk imsejħa intelliġenti li fuqha jkollha xi messaġġ li jinbidel kontinwament, daqqa biex jgħidlek sabiex tilbes iċ-ċintorin tas-sigurtà u daqqa biex ifakkrek li jekk tuża l-mobile waqt li qed issuq, jaf taqla' multa ta' €100. Iżda l-għan oriġinali ta' dawn it-tabelli ma kienx li jservu ta' kartelluni għar-reklamar. Joe Mizzi spjega li dawn it-tabelli, bħalissa qed juru dawn il-messaġġi sakemm tibda taħdem is-sistema proprja u javżaw lis-sewwieqa b'inċidenti jew b'toroq magħluqa li jkun hemm f 'dak il-ħin. Spjega kif is-sistema se tkun qed titħaddem minn control room, li diġà hija mibnija bħalissa, li tindika fejn huma ż-żoni li għandhom jiġu evitati. Din is-sistema għandha tibda taħdem matul l-2017. 'Il-proġett tal-Kappara huwa avvanzat iktar mill-iskeda' Mizzi tkellem ukoll dwar l-infrastruttura u l-proġetti fit-toroq, fejn sostna li, "ma stajniex nibdew proġetti oħra, u ma nlestux dawk li kienu pjanati. Jien mhux se noqgħod inħares u ngħid għax dak il-proġett ma bdejniehx aħna, imma nemmen li rridu mmexxu l-proġet u mmexxuh malajr. Imbagħad minn hemm tista' tibda proġetti oħra." Fil-fatt, semma kif wara t-tlestija tal-proġett tal- Kappara, jibda dak tal-Marsa. Kompla billi qal li minbarra li jagħmel miżuri li jtaffu l-problema fl-immedjat, jeħtieġ li jibdew ukoll dawk il-miżuri li se jgħinu l-problema fit-tul. Meta mistqosi dwar il-progress tal-proġett tal-Kappara, Mizzi aċċerta li l-proġett miexi tajjeb, u saħansitra jinsab avvanzat iktar milli skedat. 'Taħti, mhux se tidħol sistema ta' rotazzjoni tal-karozzi...f 'Malta ma taħdimx" F'pajjiżi differenti, anke fl-Ewropa, ittieħdu diversi miżuri sabiex titneħħa jew tittaffa l-problema tal-konġestjoni fit-toroq. Fost dawn il-miżuri, f 'xi bliet mhumiex permessi li jidħlu karozzi, ġew intaxxati karozzi li jkunu jaqbżu ċertu daqs u anke saret sistema ta' rotazzjoni fejn il-karozzi privati jkunu jistgħu joħorġu biss f 'ċerti ġranet tal- ġimgħa skont in-numru ta' reġistrazzjoni tagħhom. Il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi jaqbel ma' xi sistema ta' dan it-tip għal pajjiżna? Għal dan, Mizzi immedjatament qal li ma jaqbilx ma' sistema ta' rotazzjoni u sostna li sistema bħal din, ma taħdimx Malta, "għax min jiflaħ, se jixtri karozza oħra biex joħroġ biha llum, u bl-oħra għada, imbagħad minflok innaqqsu, nispiċċaw inżidu l-karozzi. Il-mentalità tagħna, ma taċċettahiex." 'Mhux kastelli fl-arja, imma pjani fattwali' Joe Mizzi semma l-istrateġija għat-trasport li ġiet imnedija ftit taż- żmien ilu, b'riċerka u proposti sabiex titjieb is-sistema tat-trasport b'mod ħolistiku. Fil-fatt, Mizzi jisħaq li b'dawn il-pjani, sal-2025 il-veloċità fit- toroq fil-peak hours, għandha titjieb b'20% u dik tat-trasport pubbliku b'29%. Insista li dawn huma pjanijiet studjati sew mill-esperti u "huma fattwali u mhux kastelli fl-arja." Parti minn din l-istrateġija titkellem dwar konnettività taħt l-art. "Iva, aħna qed naraw bis-serjetà l-pjanijiet għal proġetti taħt l-art, kif ukoll il-mina bejn Malta u Għawdex, u ninsabu għaddejjin bl-istudji." Dwar is-sistema ta' underground, ikompli jgħid li s-sistema trid tkun waħda ħolistika fejn mhux sempliċiment tgħaqqad iż-żoni taħt l-art, imma wkoll tgħaqqadhom mas-sistema tat-trasport pubbliku. "Kollox hemm imniżżel f 'dan il-pjan, li qatt ma kellna bħalu. Dan il-pjan għandu jkun lest f 'Diċembru, u jkun qed jorbot ħafna affarijiet, għax mingħajr dan il-pjan, ma nistgħux nieħdu fondi tal-UE, u b'hekk aħna se nkunu qed nintrabtu żgur," żied jgħid Mizzi. Il-Ministru Mizzi jkompli jgħid li hu għandu missjoni li għada pitgħada, "uliedi u ulied uliedi jgħidu li xi darba kien hemm xi ħadd li ħaseb għall-quddiem biex ma nerġgħux niġu f 'sitwazzjoni bħalma qegħdin fiha llum. Illum qegħdin f 'din is- sitwazzjoni għax ma ħasbux għall- quddiem. Kien min kien." Allura, din il-gazzetta tistaqsi lil Mizzi jekk hux konvint li b'dan il-pjan se jkun hemm titjib u se jagħtu r-riżultati? Mizzi jwieġeb bla tlaqliq, "Iva, konvint li dawn se jagħtu r-riżultati. Mhux illum se jagħtuna r-riżultati, imma nagħmel dak li nista' nagħmel illum." Il-ministru Joe Mizzi aċċerta lil din il-gazzetta li l-ilmenti u l-problemi tan-nies rigward it-trasport pubbliku, b'mod partikolari jaslu għandu b'mod dirett. "Il-mara tiegħi kullimkien tmur b'tal-linja kuljum, u kull min jgħarafha jwassal l-ilment tiegħu għandha, u meta mmur id-dar tiġi tgħidli bl- ilmenti kollha." Ritratt: Chris Mangion Joe Mizzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2016