Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627
Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 | illum "Naqbel li għandha tiżdied, però trid tara wkoll ir-riperkussjonijiet li tista' toħloq. Għalkemm hija xi ħaġa li tista' tkun tajba, però tista' tħalli eff etti negattivi fuq l-ekonomija, jekk iż-żieda ma tkunx maħsuba sew u magħmula bil-galbu. Forsi l-aħjar mod, fl -opinjoni tiegħi bin-nuqqas ta' informazzjoni li għandi, huwa li ħaga bħal din tkun maħsuba sew bejn il-korpi kostitwiti, l-NGOs u l-Gvern. Flimkien dawn għandom jaraw x'inhi l-aħjar triq 'il quddiem" "Naqbel ma' żieda skont kemm ikun qed jiżdied l-għoli tal-ħajja, biex kulħadd ikun kapaċi jlaħħaq mal-ħajja tiegħu. Jekk il-Gvern għandu jagħti żieda, din għandha tirrifl etti l-bżonn li bniedem ilaħħaq mal-għoli tal-ħajja, għax kulħadd ikun jixtieq li sal-aħħar tax-xahar ikollu biżżejjed biex ilaħħaq ma' kollox. U meta ngħid ilaħħaq, mhux qed ngħid li jkollu bl-eżatt biex iħallas il-kontijiet biss, iżda jkun sew li wieħed ikollu biex ikun jista' joħroġ u jgawdi naqra l-familja wkoll. Wara tmien sigħat xogħol, naħseb wieħed ikun ħaqqu jgawdi l-familja, anke permezz ta' ħarġa. Imma llum, b'paga minima, ma tifl aħ tmur imkien. Hawn min għandu aktar minn xogħol wieħed biex jipprova jlaħħaq. Jekk tiżdied il-paga minima, forsi jkun jista' jagħmel xogħol inqas u jgawdi aktar lill-familja tiegħu." "Iva naqbel li għandha tiżdied il-paga minima; naħseb li jkun aħjar għal kulħadd. Anke jekk jien pensjonanta u ma nafx bl-eżatt jekk hux ilaħħqu biha n-nies" "Naħseb li jkun aħjar jekk tiżdied. Dejjem aħjar li dak li jkun ikollu €950, fl ok €740, kif qiegħda bħalissa. Kif inhi bħalissa, dak li jkun ikampa biha skont x'jagħmel u ma jagħmilx fi l-ħajja u jiddependi minn kif wieħed jgħix" Gordon Zammit minn Tas-Sliema Matthew Calleja mill-Mosta Joan Dimech minn Ħal Lija Edward Borg mill-Mosta Nitkellmu ftit dwar paga minima diċenti… minn Ruben Anthony Xuereb FILĦARĠA tal-ILLUM tal- Ħadd li għadda ġie rrappurtat li 16-il għaqda magħqudin taħt l-isem 'Kampanja Paga Minima Diċenti' qegħdin jipproponu li l-paga minima għanda tiżdied b'madwar €80 fix-xahar fuq medda ta' tliet snin. Il-proposta ta' dawn l-għaqdiet, li fosthom hemm l-Alleanza Kontra l-Faqar, Caritas, Forum Komunità Bormla, Aditus u Għaqda Mid-Dlam għad-Dawl, hija li jkun hemm żieda ta' 3.5% fil-paga minima nazzjonali kull sena, għat-tliet snin li ġejjin. Dan ikun ifisser li ħaddiem bil-paga minima, jibda jieħu żieda ta' €18.30 fil-ġimgħa, li jammontaw għal €950 fis-sena. Wara li l-għaqdiet ħarġu bil- proposta nhar is-Sibt li għadda, din ġiet immedjatament milqugħa b'mod pożittiv mill- Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li ddeskriva din il-proposta bħala "waħda raġonevoli" u li "għandha tkun appoġġjata." Intant l-għada, waqt id-diskors tiegħu, il- Prim Ministru Joseph Muscat tkellem ukoll dwar il-proposta li tiżdied il-paga minima u qal li l-Gvern diġà żied il-paga minima b'€4 sa €9 fil-ġimgħa u f 'xi każijiet anke bi €15. Il-Prim Ministru żied jgħid li l-Gvern jemmen li bħalissa l-paga minima mhux bizzejjed kif inhi u li nfatti ħa pjaċir li kien hemm numru ta' għaqdiet li qed jaqblu li għandha tiżdied. Hu saħaq li l-Gvern irid li jsiru diskussjonijiet dwar bilanċ li bih żieda fil-paga minima tkun ta' benefiċċju għall-ħaddiema u fl-istess ħin ma tħallix impatt negattiv fuq min iħaddem. "Fl- aħħar mill-aħħar imbagħad, il- Gvern se jkun qed jiddeċiedi," saħaq Joseph Muscat. Imma n-nies x'jaħsbu? Jaqblu mal-proposta biex il-paga minima tiżdied bi €80 fix- xahar għat-tliet snin li ġejjin? jew iħossu li din tista' tkun ta' piż fuq l-ekonomija tal-pajjiż. L-ILLUM marret quddiem supermarket kbir fiċ-ċentru ta' Malta u staqsiet lil numru ta' persuni li kienu qegħdin hemm dwar x'jaħsbu fuq il- proposta għal żieda fil-paga minima… Żieda l-paga minima tkun żgur apprezzata mill- ħaddiem, iżda taf tkun ta' ħsara għall-ekonomija. L-ILLUM tistaqsi Harold Psaila minn Ħaż-Żabbar Grace Micallef mill-Iklin Mariella Busuttil minn Naxxar Anna Gatt minn-Naxxar "Jiena naqbel li għandha tiżdied. Kif kullħadd jgħid li dejjem qed jiżdied il-faqar, ħaġa bħal din naħseb tkun ta' għajnuna għal dawk li huma fi l-bżonn" "Iva nimmaġina li għandha tiżdied il-paga minima, għax bħalissa jien stess ma tantx qed inlaħħaq mal- għoli tal-ħajja." "Iva naqbel jien, għaliex bil-paga li għandom bħalissa mhumiex ilaħħqu mal-ħajja. U bil-prezzijiet ta' kollox li dejjem jogħlew, mhux biżżejjed il-paga minima. Ikun tajjeb biex bniedem almenu jgħix ta' bniedem, mhux f 'xi lussu, imma almenu jlaħħaq mal-ħajja" "Iva mela, żġur li naqbel li għandha tiżdied. Nemmen li kulħadd imur tajjeb, anke l-ekonomija tmur tajjeb, jekk in-nies ikollhom aktar x 'jonfqu. Fl-istess ħin jonqos ukoll il-faqar "