Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627
minn Cristian Antony Muscat FTIT tal-jiem ilu, l-atleta Christine Scerri pparteċipat b'suċċess fil-Kompetizzjoni Internazzjonali tal- Bodybuilding NABBA Universe 2016 fejn ħadet sehem fil-kategorija tal-'Bikini Fitness'. Din il-gazzetta għamlet kuntatt mal-istess atleta fejn tatna iktar dettalji rigward x'kienet tinvolvi din il-kompetizzjoni, xi preparamenti kellha tagħmel biex tieħu sehem fiha, kif ukoll l-esperjenza tagħha sa issa f 'dan l-isport li kulma jmur qed jikber fil-popolarità tiegħu f 'pajjiżna. Hija saħqet li: "L-esperjenza tiegħi f 'dan l-isport hija pjuttost qasira u waħda li għadha fil-bidu. Issa ilni madwar sena midħla ta' dan l-isport. Tħajjart nibda nittrenja fil-gym bil-għan li ntejjeb il-wirjiet tiegħi fil-kickboxing - sport li kont ilni nipprattika għal madwar erba' snin. Filwaqt li l-kickboxing huwa bbażat ħafna fuq cardio training, it-taħriġ fil-gym jiffoka ħafna fuq l-estetika u s-simetrija tal-atleta mill- aspett fiżiku. Għalhekk, wasalt f 'punt fejn kelli għal żmien qasir nagħżel bejn sport u ieħor, u b'hekk għażilt li niffoka fuq il-gym sabiex inkompli niffoka fuq id-dehra estetika u l-bini tal-muskoli. Kien bis-saħħa tal-gym stess li ltqajt mal-għarus tiegħi James. Kien huwa stess li laqqgħani mat-tim li jmexxu lilu bħala atleta kompost mid-Diet Advisor Susan Borg, il-Personal Trainer Norton Chalker, u l-assistenta tagħhom Priscilla Chalker li kienet ukoll il-make up artist tiegħi f 'kompetizzjonijiet bħal NABBA. S'issa l-preparamenti tiegħi kkonsistew f 'żewġ kompetizjonijiet - waħda lokali li kienet in- NABBA Championships Malta 2016 fejn ġejt mogħtija t-titlu ta' Ms Nabba Woman Fitness 2016 u oħra internazzjonali fejn ikkompetejt fil- kategorija Ms Toned Figure fin-NABBA Universe 2016 li saret fid-29 t'Ottubru li għadda ġewwa Birmingham, l-Ingilterra. Ta' min jgħid li l-preparamenti li jirrikjedu dawn il-kompetizjonijiet ikunu ilhom li bdew minn ħafna żmien qabel. Bħala atleta kelli nieħu ħsieb il- mod ta' kif niekol u anke x'tip ta' ikel niekol. Rigward dan, ma jiddispjaċinix ngħid li kelli lil Susan Borg tiggwidani matul il-preparamenti taż- żewġ kompetizzjonijiet. Id- dieta hija fattur importanti ħafna f 'dan l-isport għaliex tiddetermina l-progress fid-dehra fiżika tal-atleta. Ta' kuljum, bl-għajnuna ta James, kont nieħu ħsieb inlesti l-ikel neċessarju għall- ġranet li jkun imiss sabiex naċċerta ruħi li nimxi mar-regoli li tatni Susan Borg u b'hekk niddixiplina ruħi fej jidħlu ħinijiet tal- ikel u porzjonijiet żgħar u frekwenti. Fl-istess argument, it- taħriġ huwa fattur ieħor importanti u għalhekk tajjeb li jkollok lil xi ħadd li jkun jaf jagħtik tmexxija professjonali. Bħala l-personal trainer tiegħi, Norton Chalker ħa ħsieb li jaħdem id f 'id ma' Susan Borg sabiex id-dieta u t-taħriġ ikunu qed jaħdmu flimkien u jikkumplimentaw lil xulxin. Norton Chalker kien jipprovdini bi programmi tat-taħriġ addattati għalija personali bħala atleta, fejn dan kien jitqassam matul il-ġranet tal-ġimgħa, u li kienu jinkludu wkoll ġranet ta' mistrieħ. Iż-żewġ kompetizjonijiet ipprovdewli żewġ esperjenzi differenti. F'dik lokali kelli ċ-ċans nieħu l-ewwel esperjenza fuq il-palk f 'dan it-tip ta' kuntest, mentri f 'dik internazzjonali kelli l-unur li naqsam il-palk ma' atleti diġà stabbiliti mal- assoċjazzjoni tan-NABBA u li ġejjin minn pajjiżi bħall-Ingilterra, il-Brazil, u l-Korea fost ħafna oħrajn. L-unika differenza huwa l-mod ta' kif tqassmet il-kompetizjoni. Dan hekk kif filwaqt li dik lokali saret filgħaxija, dik f 'Birmingham tqassmet bejn filgħodu u filgħaxija. Bħala sport mhuwiex wieħed faċli. Huwa tip ta' sport li jirrikjedi ħafna mill-ħin mill- ħajja personali tal-atleta. Għalkemm jirrikjedi ħafna sagrifiċċji u dedikazzjoni, inħossni sodisfatta li rnexxieli nimxi bl-eżatt mal-programmi tad-dieta u tat-taħriġ u b'hekk ukoll ninsab sodisfatta bil-wirja tiegħi kemm f 'Malta kif ukoll f 'Birmingham, minħabba n-numbru akbar ta' atleti rreġistrati f 'din il- kompetizzjoni fl-Ingilterra. Apparti dan kollu, l-esebizzjonijiet kienu simili ħafna fejn jinkludi 'posing' u minuta żifna jew 'routine' sabiex fiha l-atleta jkollu ċ-ċans jesebixxi ruħu b'mod individuwali ma' diska li tkun intgħażlet mill-atleta stess. Matul iż-żmien li qattajt fl-Ingilterra, ġejt akkumpanjata mill- President tan-NABBA f 'Malta Vince Balzan, flimkien mal-mara tieghu Yvonne Balzan Gouder u naturalment minn James ukoll. Bħall-bqija tat- tim f 'Malta, huma wkoll kienu ta' ħafna għajnuna u assistenza għalija. Minn hawnhekk nixtieq nibda billi nirringazzja lin- nies kollha li mingħajrhom żgur li din l-esperjenza ma kinitx tkun possibli għalija. Nibda billi nirringrazja lill-President tan-NABBA f 'Malta stess Vince Balzan ta' kemm kien ta' għajnuna u gwida matul l-esperjenza tan- NABBA Universe. Miegħu nixtieq nirringrazzja wkoll lill-mara tiegħu Yvonne tas-sapport li tatni waqt li konna f 'Birminghan. Grazzi kbira wkoll tmur lil Susan Borg tal-attenzjoni li tatni mill-bidu nett sa mill-ewwel kompetizzjoni f 'Malta, u għall-ħin li ddedikat biex tgħallimni l-'posing' għal fuq il-palk u biex nagħqdu r-rutina taż- żifna flimkien. Grazzi kbira oħra tmur lil Norton Chalker talli dejjem għamel mezz biex jirnexxielu jgħinni ntejjeb id-djufijiet tiegħi fl-aspett fiżiku, u talli dejjem ħa ħsieb li jsegwi l-progress tiegħi. Grazzi wkoll lill- mara tiegħu Priscilla Chalker, li għalkemm ma kienx possibbli għaliha li tkun miegħi f 'Birmingham, xorta waħda ħadet ħsieb tgħallimni kif għandi nagħmel il-'makeup' għal fuq il-palk. U fl-aħħar iżda mhux l-inqas nixtieq ngħid grazzi kbira lill-għarus tiegħi James tas-sapport li ilu jurini matul daż-żmien ta' preparazzjonijiet u waqt iż-żewġ kompetizzjonijiet. Aktar u aktar ngħidlu grazzi talli laqqagħni ma' tim ta' nies professjonali u li bis-saħħa tagħhom, kelli l-unur li nieħu sehem f 'żewġ kompetizzjonijiet prestiġjużi tan-NABBA. Ma' dan it-tim, li issa jiena nqisu bħala familja, tgħallimt x'inhuma dieta, taħriġ, u ħidma b'dedikazzjoni u b'qalb kbira lejn sport li verament sar għal qalbi. Grazzi wkoll tmur lejn il-familja tiegħi u ta' James tas- sapport li tawni matul din l-avventura u tal- inkoraġġiment kbir li urewni ħbieb u atleti oħra fuq Facebook," temmet tgħid Christine Scerri. Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 | illum Sports 31 Christine Scerri tipparteċipa b'suċċess fil-Kompetizzjoni Internazzjonali NABBA Universe 2016 Christine Scerri waqt il-Kompetizzjoni Internazzjonali NABBA Universe 2016 Ritratt: Yvonne Balzan Gouder