Illum previous editions

ILLUM 6 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

minn Albert Gauci Cunningham NGĦIDUHA kif inhi, min ma jixtieqx li jara żieda fil-paga tiegħu? Kulħadd irid ikun aħjar, jgħix aħjar u jaqla' paga aħjar. Imma xi kultant l-affarijiet mhux dejjem jitkejlu bl-iswed u l-abjad u bl-assolut, u qabel wieħed jaqta' linja definittiva jkun jeħtieġ li jifli l-argument iktar fil- fond. Wara li s-Sibt li għadda 16-il għaqda proponew żieda fil-paga minima li tlaħħaq id-€950 fuq perjodu ta' tliet snin, l-ILLUM tkellmet ma' membru mill-kampanja 'Paga Minima Diċenti', żewġ eks Segretarji Ġenerali ta' Trade Unions, ekonomista, persuni minn tliet partiti politiċi kif ukoll opinjonista. Fil-kunċett, dawn kollha jidher li qed jaqblu li l-paga minima nazzjonali, kif inhi llum ma tirriflettix il- bżonnijiet bażiċi biex familja tgħix ħajja diċenti, bir-riga ewlenija li magħha qed tkun imkejla din il-paga ikun ir-rapport tal-Caritas. Imma, kif se naslu biex bħala pajjiż nindirizzaw dan id- defiċit li qed iħalli mijiet, jekk mhux eluf, ta' nies jgħixu bl- eżatt, għadu mhux ċar. illum | Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 Aħbarijiet 6 Il-Proposta tal-Paga Minima: Tista' tkun perikoluża... importanti li niddiskutu Mal-ILLUM, l-eks Segretarju Ġenerali tal-Union Ħaddiema Magħqudin Gejtu Vella jfakkar li, "meta timbotta minn isfel, tkun se timbotta f'ta' fuq ukoll. Għalhekk żieda fil-paga minima tista' tkun ta' periklu ekonomiku u għalhekk huwa importanti li ssir diskussjoni li tkun marbuta mal-bżonn li nagħtu valur lix-xogħol." Vella jisħaq ukoll iżda li ħadd m'għandu jkun fuq il-paga minima u staqsa min, qed jiddeċiedi li persuna partikolari, f'impjieg partikolari jitħallas biss dak li huwa l-aktar minimu. "Min iddeċieda li persuna b'xogħol daqstant importanti ta' security ikollu biss paga minima? Min iddeċieda li persuna li tnaddaf mhi tal-ebda valur u allura għandha tingħata l-inqas forma ta' ħlas? Vella jidentifika tnejn mill-akbar problemi li skontu, qegħdin iwasslu biex ikun hemm ħaddiema fuq il-paga minima. "Għandek nies li ma jidħlux f'union. Meta tkun f'union, hemm għaqda qed tinnegozja għalik u l-ebda membru ta' union f'pajjiżna ma jaqla paga minima. It-tieni raġuni hija li teżisti attitudni li l-aqwa li jkollok impjieg, drittijiet jew le, valur jew le. Aħjar xi ħaġa milli xejn." 'Nippreferi l-kunċett ta' living wage' L-eks Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb, filwaqt li jgħid lill-ILLUM li hu jaqbel mal-prinċipju li min qiegħed jaħdem u jaqla' l-paga minima għandu jara żieda, stqarr ukoll li jippreferi l-kunċett ta' 'living wage'. 'Living Wage' huwa kunċett mibni fuq il-bżonn ta' dħul bażiku għal individwu jew familja, ibbażat fuq materji ta' 'housing', ilbies, ikel u kwistjonijiet oħrajn. Huwa dif- ferenti minn paga minima għax 'living wage' tvarja skont in-numru ta' persuni li jgħixu f 'residenza partikolari u allura l-bżonnijiet bażiċi tagħhom. "Hu min hu fil-Gvern din il-kwistjoni se jkollu jidħol fiha, illum jew għada. Se jkollu jara liema soluzzjoni hija l-aħjar, fil-fehma tiegħi huwa l-kunċett ta' 'living wage'," temm jgħid Zarb mal-ILLUM. 'Bdejna it-triq għall-bidliet' Stefan Zrinzo Azzopardi, l-unika kandidat minn tlieta għall-kariga ta' Deputat Mexxej tal-PL iktar kmieni din is-sena li wiegħed ħidma biex tiżdied il-paga minima fil-manifest tiegħu, wera sodisfazzjon għall- fatt li bdiet diskussjoni li titratta l-paga minima. Mal-ILLUM, jgħid li "hu ta' sodisfazzjon kbir għalija li numru ta' għaqdiet mhux governattivi ngħaqdu flimkien biex tibda diskussjoni dwar is- suġġett." Zrinzo Azzopardi, filwaqt li faħħar lill-Prim Ministru talli qed ikun l-ixprun ewlieni wara din id-diskussjoni, saħaq li llum huwa l-mument li "ssir diskussjoni studjata u b'reqqa dwar it-triq 'il quddiem, biex naraw li din ma tweġġax l-ekonomija. Il-fatt imma li bdejna niddiskutu hija minnha nnifisha xi ħaġa ferm pożittiva. Bdejna t-triq tal-bidliet." Min jaqbel ħafna u min iżomm kawt dwar il-proposta ta' żieda ta' €950 l-paga minima fuq tliet snin 'Hawn qbil nazzjonali li l-paga minima llum mhux biżżejjed' Simon Busuttil kien l-ew wel persuna li ta appoġġ lill-proposta ta' żieda fil-paga minima, li tlaħħaq id-€950 u mqassma fi tliet snin. L-ILLUM staqsiet lill-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-PN Karol Aquilina, jekk iħossx li Busuttil għaġġilx wisq u jekk kienx ikun aħjar kieku stenna d-diskussjoni timmatura qabel ta l-appoġġ tiegħu. Aquilina ma jaqbilx ma dan u jsostni li Busuttil "kien qed iwieġeb għall-proposti tal-għaqdiet non-governttivi kif ukoll għall-qbil ġenerali li hawn mal-pajjiż kollu li jeħtieġ li tiżdied il-paga minima." Imma Aquilina sinċerament jemmen li se jintlaħaq kunsens dwar dan is-suġġett? "Iva, jekk infittxu l-interess ta' min qiegħed ibati, mela allura għandna nsibu soluzzjoni."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2016