Illum previous editions

ILLUM 6 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat Mosta ............................0 Pembroke A ...................3 PEMBROKE Athleta rritornaw għar-rebħ permezz ta' tliet gowls fl-ewwel taqsima meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta' 3-0 f 'logħba min-naħa ta' isfel tal-klassifika. Għalkemm Pembroke Athleta baqgħu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika, issa huma resqu punt biss wara l-istess Mosta. Din kienet l-ewwel rebħa għall- kowċ mill-Maċedonja ta' Pembroke Athleta Artim Shaqiri sa minn meta huwa ħa t-tmexxija ta' dan it-tim. Min-naħa l-oħra, Mosta issa sofrew tliet telfiet fl-aħħar ħames logħbiet li kienu nvoluti fihom. Mosta wettqu tliet tibdiliet mil-logħba ta' qabel hekk kif Emerson Vella, Kurt Magro u Bradley Meledje ġew ippreferuti għas-spejjeż ta' Kyle Frendo, Kemar Reid u Kevaun Atkinson. Min- naħa l-oħra, għal Pembroke Athleta, Adrian Borg u Haruna Shola Shodiya ħadu post Brandon Muscat u Clifford Gauci rispettivament. Pembroke Athleta fetħu l-iskor wara kwarta logħob meta Jhonathan Bernardo Mariano b'mod intelliġenti għadda l-ballun lejn Borche Manevski li l-konklużjoni tiegħu ġiet imxellfa minn Emerson Vella biex b'hekk irriżulta f 'awto-gowl. Fil-35 minuta, Pembroke Athleta skurjaw it-tieni gowl meta minn kross mil-lemin ta' Jhonathan Bernardo Mariano, Luca Martinelli, fit-tentattiv li jtajjar il-ballun 'il bogħod minn kull periklu, għolla l-ballun minn fuq il-goalkeeper ta' Mosta stess, Yenz Cini, biex b'hekk irriżulta f 'awto-gowl ieħor. Erba' minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Manolito Micallef skorja t-tielet gowl għat-tim tiegħu permezz ta' xutt mil-lemin wara li rċieva l-ballun mingħand Shola Shodiya Haruna. Mosta - Cini, Vella, Martinelli (Caruana 46'), Martin (Vlcek 46'), Grant, Bezak (Frendo 38'), Magro, Meledje, Xuereb, Djoufack, Priso Pembroke A. - Calleja Cremona, Levnaic, Djeljilj, Micallef, Barbetti, Arab Eddin, Haruna Shola Shodiya, Bernardo Mariano, Manevski (Bugeja 77'), Scozzese, Borg Referi - Mario Apap minn Cristian Antony Muscat St Andrews ................ 1 Gżira ........................ 0 ST Andrews kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Gżira United bl-iskor minimu ta' 1-0. Din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva għal St Andrews u r-raba' telfa konsekuttiva għall- Maroons biex b'hekk bdiet tixgħel il-bozza l-ħamra għalihom. Din kienet rebħa ferm importanti għas-Saints, speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam mal-moral hekk kif issa bdew jinqalgħu miż-żona l-ħamra u jaspiraw għall-postijet ogħla fil-klassifika. Logħba wara oħra, dejjem qed tidher l-id tal-kowċ Serb Danilo Doncic li qed jgħin bis-sħiħ f 'dak li għandu x'jaqsam ma' aspetti tattiċi ta' dan it-tim u b'hekk mhux kumbinazzjoni li St Andrews qed ikollhom wirjiet mill-aqwa waqt li jiksbu riżultati pożittivi. Min-naħa l-oħra, żgur li wara l-akkwisti li l-Maroons għamlu matul is-sajf li għadda, wieħed kien jistenna ferm iktar minnhom. Is-Saints ma wettqu l-ebda bidla mit-tim li żamm lil Valletta fi draw ta' mingħajr gowls waqt li għal Gżira United Clifford Gatt Baldacchino beda mal- ewwel 11 minflok Jacob Borg. St Andrews skorjaw il- gowl tant importanti fl-20 minuta meta minn cross ta' Ziga Kastrevec mil-lemin, il-ballun spiċċa f 'saqajn Godwin McKay li b'ċerta abilità tefa' l-ballun fix- xibka. St Andrews - Galea, Johnson, Kesinovic, Bong Won Che, Udoh Okon, Pena Beltre, Mckay (Walker 85'), Farrugia, Camilleri, Edgardo Paz (Nwoko 46'), Kastrevec (Belacevic 76') Gżira U. - Borg, Rodrigues Ledesma, Conti, De Queiroz Machedo Neto, Corbalan, Gatt Baldacchino (Borg 82'), Avila Perez, Bondin, Scerri (Pulo 74'), Diamoutene, Tonna (Nwoba 73') Referi - Eman Grech MANOLITO MICALLEF Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja t-tielet u l-aħħar gowl għal Pembroke Athleta f'din il-partita. Fil-passat lagħab ukoll ma' Floriana, Mosta u Ħamrun Spartans. Pembroke A. jirritornaw għar-rebħ permezz ta' tliet gowls fl-ewwel taqsima DALE CAMILLERI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil- grawnd. Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' St Andrews. St Andrews jiksbu rebħa minima fuq Gżira United Ritratt: Joe Borg Republic Street, Valletta next to the Courts Republic Street, Valletta Ritratt: Chrissie's Photography

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2016