Illum previous editions

ILLUM 6 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Id-dixxiplini kollha li qed jiġu mgħallma u li huma mqassmin bejn il-Ġimgħa u s-Sibt huma: Il-Ġimgħa: Fundamentals (3-4 snin), Atletika, Rugby, Ballet, Badminton, Futbol, Yoga (16+), Keep Fit (60+) Is-Sibt: Kidz Blitz, Dance u Ballet, Ġinnastika, Basketball, Volleyball u Handball, Arti Marzjali, Atletika u Archery, Tennis u Squash, Ċikliżmu, Football u Futsal, Fotografija Sportiva, Ċess u Horse Riding 14-il attività għal Solidarjetà fl-Isport Assoċjazzjonijiet Għawdxin jorganizzaw avvenimenti favur Solidarjetà fl-Isport biex jiġbru flus għal Community Chest Fund. Dawn huma mqassma f 'sitt ġimgħat u dawk li diġà saru, kellhom attendenza mill- aqwa bl-aktar waħda li s'issa ġabret interess anke minn Malta, li fiha kellha l-ġurnata tal-atletika u l-wirja ta' mudelli ta' ajruplani, karozzi u speedboats fil-kumpless sportiv tar-Rabat li għaliha attendiet il-President ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca u l-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo. • 21 – 23 Ottubru: Wirja ta' Air Modelling, Power Boats Modelling u Car Modelling • 29 Ottubru: Open Day Ġinnastika • 30 Ottubru: Motocross • 29 Ott – 6 Novembru: Tournament tat-Tennis • 29 Ottubru: Kemp Arnis Seminar • 30 Ottubru: Athletics Open Day • 2 Novembru: Baseball • 5 Novembru: Enduro • 6 Novembru: Tournament Squash • 6 Novembru: Spirit Combat • 11 – 12 Novembru: Billiard u Snooker bil- parteċipazzjoni ta' Tony Drago • 13 Novembru: Tournament Badminton • 12 – 20 Novembru: Tournaments mill-Gozo Youths FA mill-U/7 sal-U/13 • 19 Novembru: Car Modelling Tournament Se jiġi ffirmat il-kuntratt tal-pixxina Kif inħatar il-Gozo Sports Board, l-akbar biċċa xogħol li kellu quddiemu kienet li tinbena pixxina f 'Għawdex u wara sentejn u nofs ta' xogħol, jidher li fl-aħħar din il-pixxina waslet biex jibda x-xogħol fuqha. Fil-fatt, nhar il-Ġimgħa 11 ta' Novembru se jiġi ffirmat l-ftehim (l-MOU) mal-partner privat li se jibni din il-pixxina ħdejn il-Gozo Sports Complex fir-Rabat u li se tingħata għal 60 sena lill-privat bil-patt li l-Ministeru għal Għawdex se jkun jista' jużaha għal terapija għall-anzjani u anke għall-istudenti. Il-pixxina se tkun ta' 33.3m x 20m u b'hekk tista tintuża għall-waterpolo u għat-taħriġ tal-għawm. Se jkollha stand ta' 400 siġġu, changing rooms u faċilitajiet sanitari tal-ogħla livell. Pixxina oħra żgħira terawpatika ta' 10m x 5m. Din mistennija tkun lesta bejn tmiem is-sena 2017 u l-bidu tal-2018. Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 | illum Għawdex 15 għal unur internazzjonali f 'Londra Il-Hamis TVM 20:50 WTM Global Sport Tourism Innovation Award Gozo Sports Board shortlisted għal award internazzjonali Il-Gozo Sports Board irnexxielu wkoll jiġi apprezzat fix-xena internazzjonali fejn minn għexieren ta' pajjiżi ġie shortlisted għal unur Internazzjonali dwar turiżmu sportiv u innovattiv. Il-Gozo Sports Board qed jispera li jirbaħ dan l-unur bl-Isports Festival li organizza s-sena li għaddiet li kien imqassam fuq ġimagħtejn madwar Għawdex kollu b'eluf ta' Maltin jitilgħu Għawdex u jgħinu mhux ftit bit-turiżmu sportiv għall-gżira Għawdxija. Dan poġġa lill-Għawdex fil-finali ma': • Cardiff 'Ball in the Wall' bir-Rugby World Cup 2015 • Quest adventure Series • The Race: Ireland's Ultimate Endurance Event • Thomas Cook Sports Experience Fil-fatt illum stess, delegazzjoni tal-Gozo Sports Board telqet lejn Londra biex għada t-Tnejn tkun preżenti waqt il-fiera tal-World Travel Market f 'konferenza ta' Sports Tourism li fihom se jingħataw l-unuri. Il-president ta' Malta preżenti għall-wirja tal-air modelling

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2016