Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627
minn John Busuttil L-ISPORT f 'Għawdex ħa spinta kbira 'l quddiem f 'dawn l-aħħar snin. Speċjalment minn meta l-isport beda jiġi maniġġjat mill-Gozo Sports Board fejn qed jorganizza diversi attivitajiet madwar Għawdex kollu. Iżda anke l-kampjonat tal-futbol Għawdxi bl-introduzzjoni tal-erba' plejers barranin ukoll tat injezzjoni ġdida lill-futbol u fil-preżent hemm diversi klabbs jiġġieldu għall-unur fejn is-soltu dan kien jispiċċa taqbida bejn żewġ klabbs. Jidher ukoll li l-fatt li sar programm sportiv 'Sport Għawdex' kompla jkabbar l-interess fl-Isport Għawdxi fejn it-tfal u ż-żgħażagħ Għawdxin qed imissu ma' dixxiplini sportivi differenti. U fejn is-soltu f 'Għawdex kien jiddomina biss il-futbol għas-subien u l-ballet u ż-żfin għall-bniet, dan qed jieħu xejra ferm differenti. Tant li anke xi tfajliet hemm jitħarrġu fir-rugby, fil- kampjonat tal-motocross, arti marzjali u baseball fejn hemm team sħiħ ta' tfajliet li jieħu sehem fil-kampjonat Malti. Diversi atleti Għawdxin, bħal Charlton Debono qed jikser kull rekord nazzjonali fil-ġiri fit-tul f 'Malta. Iżda hemm ukoll Michael Bongailas li għamel isem fl-Iron Man, diversi għawwiema li qed jilagħbu mal-youths tal-waterpolo f 'Malta, tiraturi tal-iskeet bħall-aħwa Attard li qed iħabbtuha sew mal-aqwa tiraturi maltin, ċiklisti Għawdxin li wkoll sabu posthom fit-tim nazzjonali Malti taċ-ċikliżmu u anke sewwieqa tal-muturi li qed jiddominaw il-motokross ta' Malta. Dawn u oħrajn qed jieħdu l-frott tal- assoċjazzjonijiet Għawdxin li qed jaħdmu bla heda biex jgħollu l-livell tal-Isport Għawdxi li kulma jgħaddi ż-żmien dejjem qed jikber. Iżda barra l-assoċjazzjonijiet li ġew u oħrajn li bdew jiġu organizzati, inħolqu diversi attivitajiet matul is-sena minn dixxiplini differenti li ħolqu turiżmu sportiv. Dan minħabba l-fatt li tħalltu l-Għawdxin ma' atleti Maltin li telgħu Għawdex bil-familji tagħhom u fl-istess ħin qattgħu 'weekend breaks' f 'Għawdex. Il-Kempo Arnis li hi assoċjazzjoni bbażata biss f 'Għawdex, per eżempju rnexxielhom joħolqu seminar imqassam fuq tlett ijiem li ġabu lejn Malta diversi atleti tal-arti marzjali mill-Ungerija, Slovenja, Ġermanja u pajjiżi oħra fejn barra t-tournaments li nħolqu bejn diversi dixxiplini, kien hemm ukoll is-Samurai fost il-madwar 150 atleta. Għalkemm f 'Għawdex hemm ukoll assoċjazzjoni oħra li dejjem qed tikber dik tal-Ispirit Combat. Barra minn hekk, huma diversi l-avvenimenti li qed jiġu organizzati u qed ikabbru mhux ftit l-akkademji tagħhom bi tfal ta' kull età u minn kull sess. Suċċess li għadu mhux komplet iżda miexi fit-triq it-tajba. 'On The Move' ġibed 350 tfal Il-Gozo Sports Board iddeċieda li jingħaqad ma' Sport Malta u dan għen biex l-isport kompla jissaħħaħ sew fl-organizazzjoni u anke bl-għajnuna li l-bord Għawdxi beda jsib minn SportMalta. Fil-fatt waħda mis-suċċessi minn din l-għaqda kienet l-'On the Move' li hu l-isem il-ġdid li ngħata lil dik li qabel kienet 'Skolasport'. Hawnhekk il- Gozo Sports Board irnexxielu jiġbed kwantita kbira ta' tfal fejn s'issa applikaw madwar 350 tifel u tifla maqsuma f '21 dixxiplina sportiva fejn anke qed jiġu organizzati għall- ewwel darba dixxiplini mhux tradizzjonali. Bħal 'horse riding' li għaliha applikaw 'il fuq minn 40 tfal u hemm qed jiġu mgħallma mhux biss li jirkbu żiemel, iżda kif jkunu jafu iżjed liż-żiemel, kif isiru ħbieb maż-żiemel u jirbħu l-kunfidenza tiegħu. Interessanti wkoll li f 'On The Move daħlu wkoll l-ġenituri u n-nanniet fejn qed ikollhom lezzjonijiet tal-Yoga u tal-Keep Fit waqt li t-tfal ikunu qed jilagħbu xi tip ta' sport ieħor. Avveniment ieħor hu li nhar ta' Ġimgħa qed tiġi organizzata siegħa sħiħa għal tfal tal-kinder. Minn din is-sena qed jiġi mgħallem ukoll il-badminton u ċ-ċikliżmu fejn min jinteressah qed jingħata rota mill-Gozo Sports Board biex jitħarreġ fuqha. F'Għawdex hemm differenza minn dik organizzata f 'Malta fejn il-Ministeru jisponsorja €21 għal kull tifel jew tifla u għandhom trasport b'xejn minn kull raħal. illum | Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 Għawdex 14 Suċċess fl-Isport f'Għawdex Il-Gozo Sports Board fil-finali għal • Rekord ta' 350 tfal jattendu 'On The Move' • 14-il attività sportiva għal Solidarjetà fl-Isport • 40 tfal jitgħallmu kif jaġixxu u jirkbu ż-żwiemel • Tfal jilagħbu ċ-ċess • Il-baseball ikompli jisplodi • Kampjonat tal-futbol mill-aktar interessanti • Beda jiġi mgħallem iċ-ċikliżmu wkoll Ġinnastika Motocross Arti Marzjali