Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627
illum | Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 Aħbarijiet 8 'Xbajna naraw nies jilagħbuha ta' Rambo' - Anna Mallia Tkompli minn paġna 1 ISSORSI li tkellmu mal-ILLUM sostnew li minħabba li kuntratt ta' bejgħ ta' proprjetà immobbli, jiġifieri art u/ jew proprjetà, huwa null u invalidu f 'każ li l-istess art jew proprjetà tkun illegali, ħafna minn dan il-bejgħ qed isir taħt il-'kappell' ta' tpartit ta' dejn. Jiġifieri sid il-kamra 'ipartat' il- proprjetà ma' min huwa midjun lejh (anke jekk id-dejn huwa ineżistenti) u l-ħlas isir bi flus kontanti. Is-sorsi differenti kollha li tkellmu mal-ILLUM għamluha ċara li filwaqt li l-oġġett tal-kuntratt jew skrittura mhux legali, l-ebda parti mill-proċess ma jwassal biex parti jew il-partijiet jitpoġġew taħt xi forma ta' responsabbiltà. Il-kwistjoni kollha dwar bejgħ jew skritturi legali li permezz tagħhom qed ibiddlu l-idejn kmamar fl-Armier u boathouses madwar il-pajjiż, ħarġet fil-beraħ għall-ewwel darba f 'artiklu miktub mill- Avukat Anna Mallia, lura f 'Settembru fuq il-gazzetta l-orizzont. "Xbajna naraw nies jilagħbuha ta' Rambo u jisfidaw lill-awtoritajiet u l-liġi u l-ebda gvern m'għandu jippremja lil dawn in-nies.' Speċifikament fuq il-kmamar tal-Armier, l-avukata Mallia kienet kitbet li xebgħet tara skritturi privati magħmulin minn nutara li juru l-bejgħ u l-qligħ li qed jagħmlu minn art pubblika. "Wasal iż- żmien," kienet qalet Mallia, "li kull min jagħmel dawn l-iskritturi, inkluż nutara u avukati bħali, ikollhom il-warrant sospiż għal ċertu żmien għax lanqas aħna, l-avukati u n-nutara, m'għandna nkunu kompliċi f 'dawn l-illegalitajiet." Ikkuntattjata minn l-ILLUM bl-informazzjoni li kisbet, speċifikament dwar il-fatt li n-nutara mhux obbligati li jagħmlu r-riċerki, Mallia baqgħet issostni li azzjoni trid tittieħed. "Iridu nibdew b'xi forma ta' deterrent." Mistoqsija minn din il- gazzetta għal liema tip ta' deterrent qed tirreferi, Mallia sostniet li "jekk hemm bżonn, għandhom isiru tibdiliet fil-Liġi tan- Nutara." Minkejja li dawn it-tip ta' skritturi huma riskji kkalkulati sew għal dawk li qed jixtru, l-inazzjoni ta' Gvernijiet sussegwenti jew inkella l-azzjonijiet tagħhom taw ċerta sens ta' sigurtà lil dawk kollha li huma sidien, jew inkella li jixtiequ jbigħu l-kamra/boathouse tagħhom, anke jekk mhux legali. Il-Gvern Laburista preżenti waħħal l-ismart meters lill-kmamar tal-Armier, waqt li qata' l-provvista ta' elettriku biss lil dawk li ma ħallsux il-kont, kif inhi l-prassi mal-klijenti normali l-oħrajn. Intant, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, kien wiegħed li jagħti l-appoġġ lill-Gvern preżenti jekk jieħu azzjoni kontra l-kmamar tal-Armier. Busuttil qal ukoll li mhux se jintrabat direttament ma' ftehim li sar minn Gvernijiet Nazzjonalisti fl-2003 u l-2008. Mistoqsi iżda minn l-ILLUM, f 'Jannar ta' din is-sena, biex jispeċifika x'azzjoni jieħu kieku hu jkun Prim Ministru fil-konfront tal-kmamar fl-Armier qal biss li fil-kwistjoni tal- Armier se jistenna lil PM Muscat jirreaġixxi għal dak li qal, qabel jerġa' jitkellem dwar dan is-suġġett. Apparti l-proċess tal-bejgħ, il-gazzetta The Sunday Times, lura f 'Novembru tas-sena l-oħra, kienet irrappurtat kif ċerti kmamar, qegħdin saħansitra jkunu mikrija għall-prezz ta' €39 kull lejl, għal kull persuna. Anna Mallia titlob li jkun hemm deterrent kontra min jagħmel skritturi fuq proprjetaijiet illegali 'LINTERDETT ippospona d-divorzju f 'artna b'madwar 50 sena'. Din l-affermazzjoni azzardata kienet parti minn fulljett intitolat 'Leħen Għawdex' li tqassam bieb bieb f 'Għawdex minn persuna li qed tipprova tibqa' anonima. L-ILLUM pruvat titkixxef dwar l-identità tal-persuna responsabbli mill-kitba u tqassim ta' dan il-fuljett. Numru ta' sorsi diversi li tkellmu ma' din il-gazzetta, ippuntaw lejn Dr. Joseph Azzopardi bħala l-awtur tal- fuljett. Azzopardi, li huwa lettur fl-Università, ftit taż- żmien ilu kien ippropona li jerġa' jitwaqqaf il-'Gozo Party', sabiex jipproteġi l-interessi t'Għawdex. F'kuntatt li għamlet l-ILLUM ma' Azzopardi, huwa ċaħad li għandu x'jaqsam mal-fuljett 'Leħen Għawdex', li jinkludi siltiet dwar il-morning after pill, kritika kontra l-Gvern u anke l-Oppożizzjoni, flimkien ma' artiklu xokkanti dwar l-interdett li skont l-awtur tal-fuljett kien 'paġna glorjuża fl-istorja t'artna'. Fid-dinja tal-lum, mhux sorpriża li l-kittieb ta' dan il-fuljett jixtieq jibqa' anonimu għax dak li qed jipprova jindokra f 'moħħ l-Għawdxin mhu xejn ħlief ideoloġija minn mentalità antikwata, tant li fil-fatt offenda numru kbir ta' Għawdxin bl-ideat li hemm miktubin fih. F'dan il-fuljett hemm miktub li meta fis-sittinijiet il-Partit Laburista kien saħaq li "l-mortalità pubblika f 'Malta tkun interpretata skont il- prinċipji fl-Ewropa tal- Punent," l-Isfijiet ta' dak iż-żmien, primarjament l-Arċisqof Gonzi, kienu ndunaw li l-Partit Laburista ried idaħħal id-divorzju, u għaldaqstant kellu jseħħ l-interdett, li skont l-awtur tal-fuljett kien fundamentali biex jipposponi d-divorzju f 'Malta b'50 sena. antikwata, tant li fil-fatt offenda numru kbir ta' Għawdxin bl-ideat li hemm miktubin fih. miktub li meta fis-sittinijiet il-Partit Laburista kien saħaq li "l-mortalità pubblika f 'Malta tkun interpretata skont il- prinċipji fl-Ewropa tal- Punent," l-Isfijiet ta' dak iż-żmien, primarjament l-Arċisqof Gonzi, kienu ndunaw li l-Partit Laburista ried idaħħal id-divorzju, u għaldaqstant kellu jseħħ l-interdett, li skont l-awtur tal-fuljett kien fundamentali biex jipposponi d-divorzju f 'Malta b'50 sena. L-interdett glorifikat f 'Għawdex… Leħen Għawdex Fuljett