Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627
Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 | illum Sports 35 weightlifters Maltin ta' kull żmien l-weightlifting jinvolvi dieta partikolari. Int kif tqassam id-dieta tiegħek? Tina iktar dettalji. Bażikament, fid-dieta tiegħi nipprova niekol kemm jista' jkun nutrijenti biex inkun nista' nlaħħaq mal-bżonnijiet ta' kuljum u kemm jista' jkun nelimina ikel li mhux sustanzjuż. Barra minn hekk, nipprova nżomm id-dieta kemm jista' jkun varjata u sempliċi biex inkun nista' nżomm magħha b'mod aktar faċli. X'sagrifiċċji u commitments partikolari jirrikjedi l-isport li int tipprattika? Bħal kull sport ieħor, il-weightlifting jirrikjedi ħinijiet twal ta' taħriġ, sezzjonijiet extra ta' stretching u eżerċizzju ieħor, sezzjonijiet ta' fiżjo- terapija u messaġġi u diversi affarijiet oħra. Però kif għidt qabel, kważi dejjem irnexxieli nlaħħaq ma' kollox, u għalkemm din id-dixxiplina tinvolvi ħafna sagrifiċċji xorta waħda nipprova nsib ħin għalija biex noħroġ ma' sħabi u nqatta' ħin mal-familja. Kif kont tipprepara ruħek kemm fiżikament kif ukoll mentalment qabel kompetizzjonijiet importanti tal- weightlifting? Qabel nibda l-warm up inpoġġi bil- qiegħda, nagħlaq għajnejja u nibda nimmaġina u naħseb fuq dak li rrid inwettaq biex b'hekk nelimina d-dubji. Imbagħad qabel kull refgħa, kif nitla' fuq il-pjattaforma, nerġa' nimmaġina u npinġi l-lift f 'moħħi biex inkun iktar kunfidenti minn dak li se nagħmel. Fiżikament nagħmel warm up tajjeb u nitratta kull refgħa daqs li kieku kienet l-aqwa refgħa tiegħi ta' dejjem. Il-weightlifting kif jgħin lill-atleta li jkun qed tipprattikkah mentalment u psikoloġikament? Ċert li dan l-isport jgħollilek l-istima personali kif ukoll il-kunfidenza fik innifsek. Qabel bdejt il-weightlifting kont mistħi ħafna u ta' ftit kliem. Grazzi għal dan l-isport, sirt nemmen ħafna iktar fija nnifsi u sirt aktar kunfidenti. Il-weightlifting għallimni nagħraf li l-limiti għall-potenzjal tagħna ma jeżistux, huma kollha frott tal-biżà u l-insikurezzi tagħna. Il-kompetizzjomijiet tagħkom kif jintrebħu? Naf li jkun hemm ġurija li tiġġudika hi r-rebħ ta' dawn il- kopetizzjonijiet. Imma din fuqhiex tgħaddi l-gudizzji tagħha? Fil-kompetizzjoni jirbaħ dak li jkollu l-aqwa total jiġifieri dak li jkun refa' l-aktar piż. Il-ġurija u r-referis qegħdin hemm biex jassiguraw li kull refgħa tkun skont ir-regolamenti stabbiliti mill-Federazzjoni Internazzjonali tal- Weightlifting. Naf ukoll li qabel il-kompetizzjonijiet li fihom tkunu nvoluti fil-weightlifting, ma tieklu u tixorbu kważi xejn fejn kważi tiġu dehydrated. Huwa minnu dan? Fil-weightlifting nintiżnu sagħtejn qabel il-kompetizzjoni, għaldaqstant ftit ikollna ċans nieklu. Però jekk nikkontrollaw il-piż sew minn qabel nistgħu nevitaw li nagħmlu dehydration li wara kollox tista' taffetwa b'mod ħażin il-wirja tagħna. Għalhekk huwa importanti li nżommu dieta bilanċjata u noqogħdu attenti x'nieklu u meta nieklu. Hemm biżżejjed interess minn persuni żgħażagħ fil-weightlifting? L-interess żdied immensament tul dawn l-aħħar snin però fejn jidħlu żgħażagħ għadna qed inbatu. Għandna ħafna parteċipanti tfal, nisa u rġiel, iżda żgħażagħ li lesti li jikkommettu ruħhom huma veru ftit. Jien nemmen li l-weightlifting jirrikjedi dixxiplina u dedikazzjoni u sfortunatament minn dak li ninnota, dawn il-valuri qegħdin jonqsu. Kif tqabbel ir-riżorsi relatati mal- weightlifting li fihom tittrenjaw f 'Malta ma' dawk ikkumparati barra minn Malta? Għaċ-ċokon ta' Malta, ir-riżorsi li għandna huma tajbin ħafna u fil- fehema tiegħi nħabbtuha ma gyms barranin. L-uniċi differenzi li jista' jkun hemm huma l-limitu ta' spazju u r-riżorsi extra li ssib f 'ċentri nazzjonali barranin bħall-icebaths, saunas u affarijiet oħra bħal dawn. Però, ma nħossx li għandna minn xiex ingergru. It-taħriġ tagħkom fil-weightlifting fiex jikkonsisti u jagħmel differenza t-taħriġ tal-irġiel meta kkumpartat ma' dak tan-nisa? Bħala taħriġ, ivarja skont iż-żmien tal-atleta u l-kompetizzjonijiet li nkunu qed nippreparaw għalihom. M'hemmx differenza bejn it-taħriġ tan-nisa u tal-irġiel, għax kull programm ikun maħdum apposta skont il-bżonnijiet ta' kull atleta individwalment. Il-media f 'pajjiżna ttikom biżżejjed exposure u pubbliċità? Iva, tul dawn is-snin il-weightlifting qed jingħata ħafna iktar importanza fuq il-media Maltija u ta' dan nirringrazzjaw lill-ġurnalisti kollha tas-sapport li jtuna. Min-naħa tagħna, aħna naħdmu kemm nistgħu biex nippromovu l-attivitajiet tagħna u nżommu lill-media infurmata fuq dak kollu li jkun qed jiġri. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil- weightlifting? Bħalissa, l-ewwel prijorità hi li nerġa' nirritorna b'mod sħiħ f 'din id-dixxiplina. Fuq kollox it-tir prinċipali jkun ukoll li nibqa' nieħu gost nipprattika dan l-isport u li nkun ta' influwenza tajba għal ħaddiehor. L-importanti hu li nżomm saqajja mal-art, nirsisti fit-taħriġ u nieħu ħsieb saħħti u jekk Alla jrid l-Olimpijadi jerġgħu jaslu wkoll. Agħddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qegħdin jaħsbu biex jibdew jipprattikaw il-weightlifting. Jekk jixtiequ sport li jippermettielhom jikbru kemm bħala individwi u atleti, il-weightlifting huwa ideali għalihom għax itihom ħafna opportunitajiet biex jagħmlu ħbieb ġodda, itejbu s-saħħa u fuq kollox jegħlbu l-mistħija u jiksbu l-kunfidenza meħtieġa. Fost l-aqwa weightlifters Maltin li pproduċa l-weightlifting f 'pajjiżna f 'kull żmien Irrappreżenta lil Malta f 'diversi kompetizzjonijiet internazzjonali, bl-ikbar unuri li qatt kiseb kienu l-midalji tal-bronż u fidda waqt il-Kampjonati tal-Commonwealth fl-Afrika ta' Isfel Rebaħ ukoll diversi midalji fil-Kampjonati tal-Pajjiżi ż-Żgħar, u matul is-sena li għaddiet irnexxielu jikseb id-disa' post fl-Ewropa fil- Kampjonati Ewropej U23 RODMAR PULIS Ritratt: Ivan Consiglio