Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627
'Aġġornajna kollox, minbarra l-pagi' Kontra li l-paga minima narawha f 'iżolament Roger Mamo, żagħżugħ membru tal-'Kampanja Paga Minima Diċenti' u ko-ordinatur tal-Forum Komunità Bormla jisħaq li f'Malta għamilna ħafna aġġornamenti u tibdi- liet li kulħadd jiftaħar bihom, "imma mbagħad meta nitkellmu dwar il-paga minima, neħlu. Hemmhekk m'aġġornajna xejn." Mamo ma jaqbel xejn li għandha tingħata għajnuna supplimentari minflok tiżdied il-paga minima u jfakkar li s-sistema ta' pagi u pensjonijiet huma kollha marbutin ma' din il-paga, b'hekk 'bonus' żejjed ma jkunx jiswa għall-pensjoni. "Anke din li norbtu żieda fil-paga bħala kawża ta' għoli fil-prodotti u l-ħajja. Il-ħajja togħla qiegħda u ilha togħla, anke jekk il-paga baqgħet kif kienet." Huwa jtemm jgħid li żieda fil-paga minima hija investiment fil-ħaddiem u fl-ekonomija ta' pajjiżna. Fr. Rene Camilleri, filwaqt li bħal dawk kollha li kellimna huwa favur għajnuna biex kulħadd jgħix ħajja diċenti, ifakkar ukoll li wieħed ma jistax iħares lejn il-paga minima f 'iżolament. "Trid tara wkoll li mal-paga minima għandek numru ta' benefiċċji. Issa wieħed jeħtieġ jiftakar li jekk togħla l-paga minima, jista' jkun li numru minn dawk li qegħdin fuq din il-paga jistgħu jitilfu numru ta' benefiċċji li huma intitolati għalihom. Jiġifieri żieda fil-paga minima jista' jkollha effett kuntrarju milli wieħed qed jaħseb." Camilleri saħaq li huwa importanti li jkun hemm diskussjoni serja biex ikun studjat l-impatt li żieda bħal din tista' toħloq u skossi ekonomiċi li jistgħu jinħolqu minħabba żieda fil-paga lill-ħaddiema kollha, anke jekk mhux neċessarjament fuq il-paga minima. Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 | illum Minima: Bejn kawtela u entużjażmu 'Ħaddiem bla dinjità, mhux żieda fil-paga, ħsara għall-ekonomija' Il-Viċi Chairperson tal-Alternattiva Demokratika ma jomgħodx wisq kliemu u jinnega li żieda fil-paga minima tista' tkun ta' detriment għall- ekonomija. "Ħaddiem bla dinjità huwa ta' ħsara għall-ekonomija, mela żieda fil-paga minima," saħaq Cacopardo. Mal-ILLUM fakkar li l-AD ilha li proponiet il-bżonn li l-basket li fuqu jinħadem l-aġġustament għall-għoli tal-ħajja jkun rivedut, minn qabel l-aħħar elezzjoni. "Imma dakinhar, il-PL ma kienx qabel magħna. Tajjeb li llum jaħsibha bħalna," kompla jgħid filwaqt li fakkar kif il-basket li fuqu tiġi deċiża l-COLA ma jirriflettix il-bżonnijiet ta' ħafna familji llum. 'Kif nagħtu ż-żieda iktar importanti miż-żieda nnifisha' L-ekonomista Gordon Cordina huwa kawt ħafna fil-kummenti tiegħu ma' din il- gazzetta dwar żieda fil-paga minima. Huwa jgħid li żieda fil-paga minima li "tmur lil hinn minn dik normali tal-COLA trid isseħħ f'kuntest u diskussjoni wiegħa biex ikun żgurat li l-għanjiet għalfejn isseħħ, ikunu effettivament milħuqa mingħajr ma jkun hemm konsegwenzi ħżiena fuq il-kompettitività u fl-aħħar mill-aħħar fuq l-impjiegi." Għalhekk Cordina saħaq li l-metodu ta' kif tingħata żieda fil-paga minima hija impor- tanti "daqs, jekk mhux iktar mill-miżura innifisha." 'Mhux ovvja li trid togħla, x'kull waħda!' Il-preżentatur tal-programm Xarabank Peppi Azzopardi jaraha bħala xi ħaġa ov vja li l-paga minima trid tiżdied. 'Skont l-istudju tal- Caritas, familja b'żewġt itfal għandha bżonn €954 fix-xahar. Issa l-paga minima hija ta' €675 fix-xahar. U allura mhux ov vja li trid togħla l-paga minima, x 'kull waħda!" saħaq Azzopardi. Filwaqt li jirrikonoxxi l-miżuri li ħa l-Gvern fl-aħħar baġit biex jgħin lil min għandu qligħ baxx, Azzopardi jfakkar li l-basket li fuqu mibnijin il-kalkoli tal-Caritas huwa wieħed ferm konservattiv li jikkakula li persuna tħallas €17 fix-xahar f 'kirja (il-kalkolu sar fuq kirja tal-Gvern), li l-familja m'għandhiex karozza u li qatt ma toħroġ tiekol barra. Huwa jsejjaħ bħala 'tkeskis', l-argument li jekk tiżdied il-paga minima jintilfu l-impjiegi. Li ngħidu li ma ngħollux il-paga minima minħabba riperkussjonijiet fuq il-ħaddiema l-oħrajn hija tattika qarrieqa kif inkesksu lil ħaddiema kontra ħaddiema sħabhom. Jiġifieri bil-wiċċ tost kollu ngħidulhom, "Sorry ta', mhux se ngħollulkom il-paga minima minħabba li ħaddiema sħabkom li għandhom paga aħjar minn tagħkom, jista' jkollhom risperkussjonijiet."