Illum previous editions

ILLUM 6 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

G ħal dawn l-aħħar mija u ħamsin sena, il-Parlament tar-Renju Unit issejjaħ Omm il-Parlamenti. Ftit xhur ilu, 52% tal- elettorat tar-Renju Unit ivvota sabiex il-pajjiż joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Fost ir-raġunijiet prinċipali li taw dawk li kienu favur il-Brexit kien hemm illi l-Parlament tar-Renju Unit għandu jerġa jkun sovran u illi l-qrati tar- Renju ma għandhomx ikunu suġġetti għall-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ta' Lussemburgu. Din il-qorti spiss titħawwad ma dik totalment differenti tad-Drittijiet tal-Bniedem ta' Strasbourg. Nagħmel naqra ta' parentesi. Theresa May f 'Ġunju qalet illi trid illi r-Renju Unit jabbanduna l-Qorti ta' Strasbourg. Dan minkejja illi ġuristi ngliżi kienu ferm prominenti fl- abbozzar tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Madankollu, May bidlet fehmietha meta nediet il-kampanja qasira tagħha sabiex tilħaq prim ministru probabilment sabiex tintgħoġob mad-deputati konservattivi moderati. Imma dan l-inċident kurjuż juri n-natura vera tagħha u kemm ma għandhiex rispett għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem. U kemm għalija m'hux il-prinċipji illi huma importanti imma li tilħaq l-għan ta' moħħha. Għax kieku ma kienetx toħroġ b'dagħwa daqshekk kolossali. Insomma issa r-Renju Unit ivvota sabiex il-Parlament u l-qrati tiegħu jerġa jkun supremi u ma jkunu suġġetti għal ħadd. Hekk ilkoll ħsiebna. Imma dlonk tnisslu l-problemi. Sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-UE, irid jagħti avviż skond l-artiklu 50 tat-Trattat ta' Lisbona. U l-kwistjoni dlonk qamet: min għandu dritt illi jagħti dan l-avviż, il-gvern jew il-Parlament ? Il-gvern argumenta bi sħiħ illi hu għandu d-dritt jagħmel hekk in forza tal-prerogattiva rjali. Bosta parlamentari ma qablux ma dan u talbu illi l-Parlament l-ewwel irid japprova din il-mossa. Imma l-gvern ta' Theresa May iddikjara li ma jridx jagħmel hekk ħalli ma jikxifx idejh. Il-kwistjoni spiċċat il-Qorti : żewġ ċittadini tar-Renju Unit, waħda mwielda l-Guyana u l-ieħor hair-dresser ta' oriġini Portugiża illi oriġinarjament kien ivvota favur il-Brexit fetħu kawża kontra l-gvern tar-Renju Unit. Huma argumentaw illi l-gvern irid jingħata l-awtorità mill- Parlament qabel ma jinvoka l-artiklu 50 u jekk jagħmel hekk mingħajr din l-awtorità, ikun qed jaġixxi f 'mod li aħna l-avukati nsejħulu ultra vires. Dan ifisser illi l-gvern ikun qabeż il-poteri li għandu. F'pajjiż demokratiku taħt is-saltna tad-dritt, kulħadd irid joqgħod għal- liġi, anke l-gvern. U l-gvern m'għandhux poteri llimitati imma hu ukoll irid jaġixxi fit-termini tal-liġi illi jkun għadda l-Parlament. Għaliex jekk wieħed jifli sew l-operat tal-gvern, dan dejjem irid ikun awtorizzat bil-liġi u l-każijiet fejn il-gvern jista' jaqbad u jaġixxi mingħajr l-awtorità tal-Parlament huma definiti u limitati. Il-kwistjoni li kellha quddiemha l-High Court Ingliża ma kienetx sempliċiment jekk il-gvern jistax jaqbad u jirtira minn organizzazzjoni nternazzjonali kwalunkwe. Kieku l-gvern tar-Renju Unit ried jirtira mill-Unesco jew mill- Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol, probabilment setgħa jagħmel hekk mingħajr ma jinvolvi l-Parlament billi juża l-prerogattiva tiegħu. Imma l-Unjoni Ewropea mhijiex organizzazzjoni internazzjonali imma għaqda ta' pajjiżi u s-sħubija tagħti drittijiet liċ-ċittadini tal- pajjiżi membri. U fuq kollox, ir-Renju Unit sar membru tal-U.E. wara li għaddiet l-European Communities Act 1972 mill-Parlament. Fil-fatt fis-sentenza tagħha, il-Qorti bdiet billi ddefiniet il- kwistjoni li kellha quddiemha b'dan il-mod: Bħala riżultat tal-att tal-1972, il-Parlament nissel fir-Renju Unit drittijiet u obbligi li joħorġu mit- Trattati Kommunitarji. L-unika mistoqsija li għandha l-qorti quddiemha hija jekk id-dritt kostituzzjonali tar- Renju Unit jippermettiex il- Kuruna permezz tal-gvern tal- ġurnata illi tuża l-prerogattiva tagħha tagħti avviż skond l-artiklu 50 biex ir-Renju Unit jirtira mill-UE. Mistoqsija sempliċi ħafna illi r-risposta tagħha tiddependi fuq x'awtorità għandu l-Parlament u x'jista' jagħmel il-gvern mingħajr dik l-awtorità. Effettivament, din hija kwistjoni li tinteressana ukoll peress illi d-dritt kostituzzjonali tagħna hu bbażat fuq dak tar-Renju Unit. U r-risposta tal-Qorti, għalkemm mhux mistennija, verament ma setgħetx tkun differenti milli kienet. It-tlett imħallfin kienu unanimi u l-lingwaġġ tagħhom kien pjuttost iebes. U dan ifisser illi għalkemm il-gvern ingħata l-permess illi jappella quddiem il-Qorti Suprema, l-esperti legali qed jistennew illi l-appell ma jirnexxiex. Ir-raġunar tal-qorti kien sempliċi ħafna u bbażat fuq dak illi l-istudenti fl-ewwel u fit-tieni sena tal-kors tal-liġi jitgħallmu. Ferm importanti għas-soluzzjoni tal-kwistjoni kienet illi ż-żewġ partijiet qablu illi ġjaladarba jingħata l-avviż taħt l-artikolu 50, dan ma jistax jiġi rtirat taħt l-ebda ċirkostanza u illi tali avviż ma jistax jingħata b'mod kondizzjonat. Kieku ma kienx hemm qbil bejn il-partijiet dwar dan il-punt, il-kwistjoni kienet tispiċċa quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja bħala materja ta' dritt komunitarju illi għadha qatt ma ġiet interpretata. U ċertament il-gvern tar-Renju Unit ma kienx jirnexxielu jagħti l-avviż taħt l-artikolu 50 qabel l-aħħar ta' Marzu tas- sena d-dieħla kif wiegħed. Il-Qorti qalet illi l-aktar regola fundamentali tad-dritt kostituzzjonali tar-Renju Unit hija illi l-liġijiet tal- Parlament huma supremi u illi l-Parlament jista' jbiddilhom kif irid. L-unika liġijiet illi huma superjuri għal dawk illi jgħaddi l-Parlament huma fejn il-Parlament stess ikun ippermetta illi jsir hekk bħalma hu fil-każ appuntu tal-European Communities Act. Imma l-Parlament għandu d-dritt illi jirtira dana l-permess u jabroga l-European Communities Act. Imbagħad il-Qorti eżaminat il-poteri ta' prerogattiva tal-Kuruna u kkwotat minn sentenza tal-1965 illi tgħid illi l-prerogattiva hija relikwa tal-passat illi għadha teżisti biss fejn m'hemmx liġi tal- Parlament. F'paragrafu tassew importanti (26), il-Qorti qalet illi "s-subordinazzjoni tal-Kuruna (il-gvern) għal- liġi hija l-pedament tas-saltna tad-dritt fir-Renju Unit. Għandha l-għeruq tagħha ferm qabel l-gwerra bejn il-Kuruna u l-Parlament fis-seklu sbatax imma ġiet deċiżament ikkonfermata wara r-Rivoluzzjoni Glorjuża tal-1688 u dejjem rikonoxxuta wara." Fil-fatt il-Bill of Rights tal-1688 fl-ewwel artiklu tiegħu jistabilixxi illi l-Kuruna mgħandhiex id-dritt illi tissospendi jew tgħaddi liġijiet mingħajr il-kunsens tal- Parlament. Il-Qorti nnutat illi minħabba l-limitazzjoni li għandha fuq il-prerogattiva tagħha, il- Kuruna ma setgħetx tirratifika d-dħul tar-Renju Unit fl- U.E. mingħajr ma għadda att tal-Parlament. Sabiex il-liġijiet tal-U.E. ngħataw effett fil-liġi domestika ukoll kienet meħtieġa leġislazzjoni. F'sentenza tal-2003, Lord Judge Laws ddeskriva l-European Communities Act bħala liġi kostituzzjonali tant important fis-sistema legali brittanika illi tista' biss tiġi emendata jew revokata b'liġi ġdida b'lingwaġġ ċar. Dan kif fil-fatt ġara kull darba illi l-European Communities Act ġiet emendata minħabba bidla fit-trattati komunitarji. Skond il-Qorti, hemm tlett kategoriji ta' drittijiet illi joħorġu mill-European Communities Act u mid- dritt komunitarju ; dawk illi jistgħu jiġu replikati fil-liġi tar-Renju Unit, dawk illi jitgawdew fi stati membri oħra tal-UE u dawk illi ma jistgħux jiġu replikati bħalma meta wieħed jitlob il-Kummissjoni sabiex jieħu azzjoni kontra l-gvern tar-Renju Unit minħabba xi vjolazzjoni tad- dritt komunitarju. Il-Qorti kkonkludiet illi huwa ċar illi l-Parlament għadda liġi sabiex d-dritt komunitarju jsir parti mil-leġislazzjoni tar-Renju Unit u b'hekk inħolqu dawn id-drittijiet li ma jistgħux jiġu rtirati bl-eżerċizzju tal-prerogattiva tal-Kuruna. Għaldaqstant, il-Qorti kkonkludiet illi l-Kuruna (il-gvern) m'għandha l-ebda prerogattiva illi jagħti avviż taħt l-artiklu 50 tat-Trattat ta' Lisbona sabiex ir-Renju Unit jirtira mit-Trattati illi jwaqqfu l-U.E. għax dan irid isir mill- Parlament. Din is-sentenza qajmet kjass sħiħ. L-istampa anti- europeista ngliża kellha titli ferm iebsa fuq l-ewwel paġna tagħha. Id-Daily Mail ġabet ritratt tat-tlett imħallfin bil-parrokka u laqmithom "Għedewwa tal-Poplu". Semmiet anke li wieħed minnhom hu omosesswali u ex-kampjun olimpiku u kemm qala' flus il-Lord Chief Justice, Lord Thomas meta kien jaħdem fil-privat. Id- Daily Telegraph illi suppost hija aktar respettabli kellha t-titlu "The judges versus the people". Naħseb fl-istorja moderna tar-Renju Unit qatt ma kien hemm attakk daqshekk sfaċċat kontra l-indipendenza tal-ġudikatura bħalma kien hemm wara dina s-sentenza. U l-agħar kien illi Theresa May u l-ministru tal-ġustizzja baqgħu kwieti mingħajr bl-ebda mod ma jikkundannaw dawn l-attakki feroċi kontra l-ġudikatura. Qiegħed dejjem joħroġ biċ-ċar in-natura ta' min irid joħroġ lir-Renju Unit mill- U.E. Riedu illi l-Parlament ikun sovran imma ma jridux illi l-Parlament jiddeċiedi kif u meta jingħata l-avviż taħt l-artiklu 50. Riedu illi l-Qrati tar-Renju ma jbaxxu rashom għal ebda qorti oħra imma meta qorti tat sentenza illi m'għoġbithomx, aġixxew kif jaġixxu d-dittaturi ta' kull tip u epoka. Waslu anke biex heddew lil Gina Miller, waħda minn dawk li għamlet il-kawża, illi ser joqtluha u jaqtulha rasha ua anke heddew lill-avukati tagħha. In-natura reazjonarja, razzista u awtoritarja ta' min irid joħroġ lir-Renju Unit mill-U.E. qiegħda toħroġ aktar fil-beraħ aktar ma jgħaddi ż-żmien. Intant ir-Renju Unit jinsab f 'kaos totali li ser ikissru imma li ironikament jista' jsalva lill-U.E. Kulħadd għandu għajnejh f 'wiċċu u jista' jara d-diżastru illi l-Brexit ser iġib fir-Renju Unit. Joe Ellis huwa kandidat tal- PN għat-13-il distrett illum | Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 Opinjoni 18 Ironija ftit mistennija JOE ELLIS "L-istampa anti-Ewropeista Ingliża kellha titli ferm iebsa fuq l-ewwel paġna tagħha. Id-Daily Mail ġabet ritratt tat-tliet imħallfin bil-parrokka u laqqmithom 'Għedewwa tal- Poplu'"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2016