Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali jilqa' applikazzjonijiet fid-Direttorat tal-Policy Development and Programme Implementation għal dan il-Post: Junior Legal Officer Id-dettalji ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern numru 19,673 datata il-Ġimgħa, 4 ta' Novembru 2016. L-applikazzjonijiet u dettalji huma aċċessibli permezz tal-link li ġej: www.recruitment.gov.mt fis-sezzjoni tas-'Sejħiet minn Barra' jew mill-Uffiċċju tad-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, il-Belt Valletta fuq numru tal-telefon: 2247 9900. L-applikazzjonijiet iridu jaslu sa nofsinhar (Ħin Ċentrali Ewropew) tal-Ġimgħa, 18 ta' Novembru 2016. Iktar minn 1,000 operazzjoni fil- Ħdud MINN meta bdew isiru operazzjonijiet ippjanati l-Ħadd fl-Isptar Mater Dei f 'April li għadda, sal-aħħar ta' Settembru saru 'l fuq minn elf operazzjoni fil-Ħdud. Il-miżura ta' operazzjonijiet il-Ħadd kienet ġiet imħabbra mill-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne bħala waħda mill-miżuri li permezz tagħha qed jitkomplu jitnaqqsu l-listi ta' stennija għall-operazzjonijiet u interventi. Għalkemm operazzjonijiet ta' emerġenza dejjem kienu jsiru l-Ħadd, operazzjonijiet elettivi, jiġifieri dawk li jkunu ippjanati, ma kinux. Bħala parti minn eżerċizzju li għamel l-Isptar Mater Dei biex jimmassimmizza l-utilita tiegħu, it-teatri ta' operazzjonijiet bdew jintużaw ukoll il-Ħadd. Dan wassal biex f 'sitt xhur, minn April sa Settembru saru total ta' 1,020 operazzjoni l-Ħadd. Il-Ministru Chris Fearne spjega li din kienet miżura waħda li biha qed titnaqqas b'mod effettiv il-lista ta' stennija. Miżuri oħra jinkludu ftehim ma' sptarijiet privati, fejn numru ta' operazzjonijiet kemm day surgeries kif ukoll tal-ortopedija bdew isiru fi sptarijiet privati iżda mħallsa mill-Gvern. "Nemmnu li s-suċċess fil-qasam tas-saħħa jitkejjel mhux biss billi jkollok servizz offrut, iżda dan irid ikun ukoll tal-għola livell u fil-ħin. Għaldaqstant għalina kien inaċċettabbli li jkollok pazjenti li jkunu ilhom snin sħaħ jistennew operazzjoni. Bdejna naħdmu fuq il-listi ta' stennija u naqqasna l-listi f 'diversi oqsma. Permezz tal-inizjattiva ta' operazzjonijiet fil-Ħdud se nkunu qegħdin inkomplu naħdmu biex dawn il- waiting lists innaqsuhom aktar," qal Fearne. L-ewwel ktieb 'Għamlulna Ġieħ' ippubblikat mill-għaqda Wirt iż-Żejtun L-għaqda Wirt iż-Żejtun ippubblikat l-ewwel ktieb s- sensiela Għamlulna Ġieħ dwar persunaġġi miż-Żejtun li għamlu ġieħ lil belt twelidhom DIN l-ewwel pubblikazzjoni, li ġiet iffinanzjata mill- Kunsill Malti għas-Settur Volontarju taħt l-iSmall Initiative Scheme (SIS), titratta ġabra ta' kapitli miktuba minn diversi awturi dwar il-ħajja ta' Michele Cachia. Dan il-persunaġġ mhux biss twieled u għex iż-Żejtun iżdakien ukoll il-moħħ u mexxej ewlieni fis-sehem tal-popolazzjoni fix-xlokk ta' Malta waqt l-imblokk tal-Franċiżi. Waqt it-tnedija uffiċjali ta' din il-pubblikazzjoni fil-Ġnien tal-Kmand fiż- Żejtun, il-Ministru għad- Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli faħħret lill-għaqda Wirt iż-Żejtun għal din l-inizjattiva edukattiva. Il-Ministru Dalli enfasizzat il-ħtieġa li ma nħallux l-istorja tintilef. Hi qalet li din l-inizjattiva se tkun qed tagħti kontribut kbir storiku, kulturali u anke soċjali. Helena Dalli tkellmet dwar il-ħidma li qed iwettaq il-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju fl- amministrazzjoni tal-iskemi ta' finanzjament ta' proġetti għall-għaqdiet volontarji. Semmiet kif il-Kunsill jimxi fuq kriterji stabbiliti u trasparenti meta jasal għall- aġġudikazzjoni tal-proġetti sottomessi. Filwaqt li ħeġġet lill- għaqdiet volontarji biex jissottomettu l-proposti tagħhom, Helena Dalli qalet li aktar ma proġett ikun tajjeb u ta' ġid għas-soċjetà, aktar hemm ċans li jintgħażel. Il-President ta' Wirt iż- Żejtun il-Perit Ruben Abela, li huwa wkoll wieħed mill- awturi, qal li l-għaqda kienet ilha bosta snin bil-ħsieb li tibda din is-sensiela bl- iskop li tfakkar il-ħidma ta' persunaġġi tal-passat li taw kontribut siewi lis-soċjetà ċivili fiż-Żejtun. Il-Perit Abela tkellem dwar il-ħajja ta' Michele Cachia u l-kontribut li dan ta biex fost l-oħrajn jasal f 'pajjiżna l-qamħ waqt l-imblokk kontra l-Franċiżi bejn l-1978 u 1800. Huwa qal li grazzi għall- finanzjament mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju, din il-pubblikazzjoni se tkun tista' titqassam f 'kull dar fiż- Żejtun. Aktar servizzi għad-dijabetiċi WAQT żjara li għamel il- Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f 'attività organizzata mill-Assoċjazzjoni tad-Dijabete f 'ċentru kummerċjali f 'Tas-Sliema, fakkar li d-dijabetiċi f 'pajjiżna se jkunu qegħdin igawdu minn aktar servizzi. Fost oħrajn, il-Ministru għas-Saħħa qal li permezz tal-Pjan Nazzjonali għad- Dijabete, li kien l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f 'pajjiżna, id-dijabetiċi, minn din is-sena bdew igawdu minn mediċini ġodda fuq il-formularju għal Gliptins u Repaglinide. Il-Ministru Fearne semma' wkoll kif wara l-introduzzjoni ta' sticks b'xejn biex tkun ċċekkjata d-dijabete tip 1, bdew jingħataw lit-tfal sa taħt it-18-il sena minn din is-sena. Min-nhar it-Tnejn, din l-iskema se tkun estiża għal dawk kollha li jbatu bid- dijabete tip 1 irrespetivament mill-età. "Dan kollu kien fil-Pjan Nazzjonali għad-Dijabete li ġie ppubblikat f 'Diċembru li għadda. Is-sena li ġejja se nkunu qegħdin nestendu l-isticks b'xejn għal dawk li jbatu bid-dijabete tip 2, u li qegħdin fuq l-insulina," qal il-Ministru Fearne. Il-Ministru qal li d-dijabete f 'pajjiżna hija kundizzjoni li tolqot 30,000 ruħ, u għaldaqstant faħħar ix- xogħol tal-Assoċjazzjoni Maltija għad-Dijabete għall- ħidma tagħha biex tkompli tiżdied kuxjenza dwar din il-kundizzjoni.