Illum previous editions

ILLUM 6 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 | illum SPORTSillum 27 minn Cristian Antony Muscat Tarxien R. .................... 1 Hibernians .................. 2 HIBERNIANS ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta' 2-1, għalkemm li kieku l-Pawlisti approfittaw miċ- ċansijiet kollha li ħolqu, l-iskor seta' kien ħafna ikbar minn dan. Kienu huma li ħolqu l-ewwel periklu wara disa' minuti meta minn korner mogħti tajjeb minn Jackson Lima, għola tajjeb Andrei Agius iżda Andrea Cassar kien attent u dawwar il- ballun f 'corner ieħor. Il-Pawlisti koplew fuq l-offensiva u fis-37 minuta, minn korner ta' Clayton Failla ġie kklerjat mid- difiża tar-Rainbows, bil- ballun jintemm f 'saqajn Johann Bezzina fit-tarf tal-kaxxa l-kbira, bix-xutt ta' dan jispiċċa għand Bjorn Kristensen li ttanta xortih bit-takkuna li iżda ntemmet ftit barra. It-tim immexxi minn Mark Miller beda jirriżulta bħala l-aħjar tim u fid-39 minuta, kross fil-baxx ta' Joseph Essien Mbong sab lil Jurgen Degabriele, bix-xutt ta' dan jiġi mblukkat mid-difiża tar- Rainbows, bil-ballun jispiċċa għand Jackson Lima li tefa' l-ballun fix-xibka. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Pawlisti komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fid-49 minuta, Andrei Agius deher indeċiż fid- daħla tiegħu u fil-fatt waqqa' lill-attakant Julian Galea fil-kaxxa, bir-referi Clayton Pisani jipponta lejn il- penalty spot, biex mill-11-il metru il-captain Triston Caruana tefa' ġewwa. Fil-55 minuta, xutt bid- dawra ta' Jorge Pereira Da Silva sab lill-goalkeeper ta' Tarxien Rainbows, Andrea Cassar attent li dawwar il-ballun f 'korner. Mill- corner li rriżulta mogħti mis-solitu Clayton Failla, sab lis-sostitut veteran Andrew Cohen li bir- ras għal darb'oħra sab lil Andrea Cassar attent u dawwar f 'korner ieħor favur Hibernians. Il-Pawlisti komplew jagħfsu u fil-61 minuta, Andrea Cassar naqas milli jżomm il-ballun, b'Joseph Mbong jgħaddi l-ballun lil Jorge Pereira Da Silva bix-xutt ta' dan jiġi devjat f 'korner mid- difiża tar-Rainbows. Attakk wara l-ieħor, fl- aħħar wasal il-gowl tar-rebħa għall-Pawlisti fit-72 minuta, meta Jorge Pereira Da Silva baqa' javvanza tajjeb u b'xutt preċiż u b'saħħtu għeleb għal kollox lil Andrea Cassar. Tarxien R. - Cassar, Zerafa, Tabone, Borg, Da Paixao Alves, Caruana, Zammit (Agius 66'), Fernandez Prendes, Micallef (Edu Nkene 76'), Frances, Galea Hibernians - Hogg, Soares, Dias, Lima, Kristensen, Failla, Mbong (Tabone Desira 88'), Pereira Da Silva, Degabriele (Pimenta Telles 68'), Bezzina (Cohen 46'), Agius Referi - Clayton Pisani JORGE PEREIRA DA SILVA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fl-4 ta' Diċembru 1985 fil-Brażil. Qabel ingħaqad ma' Hibernians, kien jilgħab ma' Qormi. Hibernians jikkonvinċu u jegħlbu lil Tarxien Rainbows Bjorn Kristensen miżmum minn Triston Caruana Ritratt: Dominic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2016