Illum previous editions

ILLUM 6 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

minn Ruben Anthony Xuereb FOLLA mdaqqsa ta' nies inkwetati dwar l-iżvilupp eċċessiv li qed isir f 'pajjiżna, inġabru f 'Tas Sliema ilbieraħ filgħodu għal dimostrazzjoni organizzata minn Flimkien Għal Ambjent Aħjar, bil- kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema u li għaliha attendew ukoll kunsilliera minn San Ġiljan, is-Swieqi u saħansitra Santa Luċija, li kollha kemm huma qed ibatu mill-istess problemi ta' żvilupp eċċessiv u mhux sostenibbli fil-lokalità tagħhom. In-nies li kienu preżenti esprimew l-inkwiet tagħhom dwar din is-sitwazzjoni. Raġel li tkellem mal-ILLUM qal li "Xbajt f 'dan il-pajjiż, u mingħajr ma nkun partiġġjan, ninnota li ż-żewġ partiti l-kbar għamlu dnubiet kbar fir- rigward tal-ambjent f 'Malta. Qisu b'kumbinazzjoni, eżatt wara l-elezzjoni nbidel iċ- Chairman tal-MEPA. Jiġifieri xi ħaġa tinten hemm żgur, u mhux b'kumbinazzjoni jiġru dawn l-affarijiet. Tinnota li ċerti permessi li joħroġu jingħataw b'ċerti preferenzi lil nies li għandom il-poter u l-flus. Nixtieq nagħmel appell, għax m'għandix x'nitlef, li fl-elezzjoni li ġejja dalwaqt, nippruvaw flok ma nagħtu vot lil ħadd għax imxebbgħin miż-żewġ naħat, nivvotaw xorta imma mhux għal xi wieħed miż-żewġ partiti l-kbar, biex forsi nkissru darba għal dejjem il-monopolju li għandhom fuq il-Parlament." Residenta oħra minn Tas- Sliema qalet li kienet preżenti għad-dimostrazzjoni għaliex temmen li, "l-kultura u s-sbuħija ta' pajjiżna għandha tinżamm, biex bħalma nitpaxxew bil-bini u s-sbuħija ta' pajjiżi oħra meta nsiefru, napprezzaw dik li għandna f 'pajjiżna stess." Hija żieded tgħid li "lil dan il-Gvern jiena tajtu ċans għax kien dehrli li kien hawn bżonn ta' bidla fil-pajjiż, però issa jiddispjaċini ngħid li dan il-Gvern mhux qed jagħmel dak li wiegħed, iżda qed jaħdem biss għal butu. Peress li l-bini qed jgħin l-ekonomija, qed jiġu jaqgħu u jqumu mill-kultura, mis- sbuħija tal-pajjiż u mill-poplu. Il-wirt tal-pajjiż spiċċa." Il-koordinatriċi ta' Flimkien Għal Ambjent Aħjar (FAA), Astrid Vella indirizzat lil dawk preżenti u qalet li l-ambjent ta' Malta huwa ta' kull wieħed u waħda minnha u għandu jiġi priżervat. Vella enfassiżżat li din il- problema ta' żvilupp eċċessiv mingħajr pjanar sostenibbli u rispettuż għar-residenti mhux problema ta' Tas-Sliema biss, iżda waħda ta' Malta kollha. Hija saħqet li laqgħa bħal din ta' dalgħodu, li saret permezz tal-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema, qed issir b'solidarjetà għall-istess sitwazzjoni li qed iġarrbu residenti f 'Malta kollha, f 'ħafna bliet u rħula ta' Malta inklużi San Ġiljan, Ħ'Attard, Buġibba, Birżebbuġa u Marsaskala. "FAA mhux kontra l-iżvilupp, iżda kontra żvilupp abbużiv għad-detriment tar-residenti, b'mod speċjali dawk Maltin," sostniet Vella, li żiedet tgħid li l-iżvilupp mhux qed isir biex jgħin l-ekonomija Maltija, iżda għall-interessi finanzjarji tal-ftit. Il-Kunsillier Slimiż, Paul Radmilli, iddeskriva Tas-Sliema bħala post li bħalissa jinsab taħt attakk. Radmilli spjega kif bħalissa għand l-Awtorità tal-Ippjanar daħlu 177 applikazzjonijiet għal żvilupp fuq Tas-Sliema biss. Dawn saru fuq 72 sit differenti li kull wieħed minnhom se jiġġenera problemi kbar ta' loġistika u inkonvenjenza għat-traffiku u għall-parkeġġ tul iż-żmien tal- iżvilupp. Il-Kunsillier tkaża li waqt il- laqgħat għall-applikazzjonijiet li jsiru l-Awtorità tal-Ippjanar, ir-rapreżentant tal-ERA lanqas biss jattendi għal-laqgħat, aħseb u ara kemm se joggezzjona għal żvilupp abbużiv. Biex jispjega s-sitwazzjoni ta' pjanar ħażin u abbużiv, Radmilli uża bħala eżempju permess li ngħata għal blokka ta' 14-il appartament, liema blokka mhux se jkollha la garaxxijiet u lanqas post fejn jintrema ż-żibel. "Dan," qal Radmilli, "huwa eżempju ċar ta' pjanar ħazin li se jirriżulta biex ikabbar il-problema tal-parkeġġ u anke dik tal-ġbir tal-iskart." Robert Fenech mill-FAA semma kif xi nies qalulu li issa Tas-Sliema hija kawża mitlufa, għax diġà abbużata u meqruda. Hekk kif Fenech saqsa lil dawk preżenti jekk hux sew li Tas- Sliema tkun ikkunsidrata bħala kawża mitlufa, unanimament in-nies irrispondew li LE u li mhux se jaqtgħu qalbhom. L-iskop ta' din id- dimostrazzjoni kien biex tintalab bidla fil-ħidma tal- Awtorità tal-Ippjanar, li qed joħorġu permess wara permess għal bini illegali u għoli żżejjed. Issemmiet persuna partikolari fi ħdan l-Awtorità, Elizabeth Ellul, li jingħad li qiegħda saħansitra teżenta lill-iżviluppaturi milli jagħtu l-kontribuzzjoni għal parkeġġi li suppost għandha tingħata fuq bażi tad-daqs ta' kull post li jinbena. Grazzi għal dan issa, l-iżviluppaturi qegħdin mis-seba' jieħdu l-id għax jafu li l-PA se taġevolahom mingħajr ebda rigward għar-residenti jew għall-ambjent. "Kull ma jaffetwa lil Tas- Sliema se jaffetwa lil Malta kollha," żiedet tgħid Astrid Vella, "għax it-tniġġiż u mard qed jiġri madwar il-gżira kollha." Dan qalitu minħabba l-fatt li l-bini high rise se jġibu magħhom ħafna aktar karozzi li se jikkontribwixxu għal ħafna aktar tniġġiż. Il-kunsillier Slimiż Michael Briguglio temm billi qal lin-nies "Qumu u semmgħu leħinkom." Briguglio ddeskriva kif bħalissa Malta għandha 'Gvern tal- voxpop' li jekk jinduna li n-nies urtati u li minħabba f 'hekk jista' jitlef il-voti, se jieħu azzjoni. Għaldaqstant Briguglio stieden lin-nies kollha, mhux is-Slimiżi biss iżda lill-Maltin kollha, li għandhom jieqfu jkunu passivi u "jqumu u jsemmgħu leħinhom." Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 | illum B'digriet tal-20 ta' Settembru 2016, mogħti mill-Qorti Ċivili Prim Awla, din il-Qorti ordnat il-publikazzjoni tal-estratt li jidher hawn taħt biex iservi ta' notifika skont l-Artikoli 187(5) u 338(1) tal-Kodiċi tal- Proċedura u Organizzazzjoni Ċivili (Kap.12). Illi b'Rikors u Ċedola ta' Kompensazzjoni kontestwalment preżentati minn APS Bank Limited (C2192), fis-17 ta' Ġunju, 2016, qed tintalab tpaċija tal-ammont ta' €50,000 prezz minnhom offert fil-bejgħ bl-irkant 42/13 fl-ismijiet Mark Borg vs Alan Briffa et, miżmum taħt l-Awtorità ta' din il-Qorti fid-9 ta' Ġunju 2016. Skont Artiklu 338 (1) tal-Kapitlu 12: Kull min jista' jkollu interess u l-persuni hekk notifikati għandhom żmien għoxrin ġurnata biex jippreżentaw tweġiba li fiha jiddikjaraw bid-dettall ir-raġunijiet għall- oppożizzjoni tagħhom u ssomom kontestati; u meta dik l-oppożizzjoni tkun imsejsa fuq talba li tolqot ir-rikavat tal-bejgħ u allegata kawża ta' preferenza, huma għandhom jiddikjaraw l-ammont ta' dik it- talba u l-bażi għal dik il-preferenza. Dawn il-persuni għandhom flimkien mar-risposta jippreżentaw kull prova rilevanti sabiex jissostanzjaw l-oppożizzjoni tagħhom. Reġistru tal-Qorti Superjuri, illum 29 ta' Settembru, 2016. MAVIC FARRUGIA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali 'Qumu u semmgħu leħinkom... kontra l-iżvilupp abbużiv' Flmkien Għal Ambjent Aħjar u r-residenti ta' Tas-Sliema jipprotestaw kontra l-iżvilupp "abbużiv u eċċessiv" li qed isir f 'Malta kollha Il-Maltin kollha għandhom jieqfu jkunu passivi u 'jqumu u jsemmgħu leħinhom'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2016