Illum previous editions

ILLUM 6 November 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 Sports 30 MANCHESTER City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta' 1-1minn Middlesbrough bil-gowl għall-Blues jasal minn Sergio Aguero waqt li Middlesbrough ġabu l-iskor indaqs b'mod drammatiku fid-90 minuta permezz ta' Marten De Roon. Bl-istess skor intemmet il-partita bejn West Ham United u Stoke City, bil- gowl għall-Hammers jasal minn Michail Antonio waqt li Stoke City ġabu l-iskor indaqs permezz ta' Bojan Krkic fil-75 minuta. Burnley ġewwa darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta' 3-2 bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Sam Vokes, Johann Berg Gudmundsson u Ashley Barnes. Min-naħa l-oħra ż-żewġ gowls għal Crystal Palace waslu minn Connor Wickham u Christian Benteke. Sunderland barra minn darhom għelbu lil AFC Bournemouth bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Victor Anichebe u Jermain Defoe waqt li l-gowl uniku għal AFC Bournemouth fil-partita wasal minn Dan Gosling fil- 11-il minuta. Tajjeb ngħidu li Sunderland għalkemm ħarġu rebbieħa spiċċaw il- partita jilagħbu b'10 plejers meta fid-59 minuta tkeċċa għalihom il-plejer Steven Pienaar wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Manchester City miżmuma minn Middlesbrough fl-Etihad Stadium RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 5 ta' Novembru Bournemouth vs Sunderland 1-2 Burnley vs Crystal Palace 3-2 Manchester C. vs Middlesbrough 1-1 West Ham United vs Stoke City 1-1 Il-Ħadd 6 ta' Novembru 13:00 Arsenal vs Tottenham H. 15:15 Hull City vs Southampton 15:15 Liverpool vs Watford 16:00 Swansea City vs Manchester U. 17:30 Leicester City vs WBA Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 6 ta' Novembru 12:30 Pescara vs Empoli 15:00 ChievoVerona vs Juventus 15:00 Genoa vs Udinese 15:00 Palermo vs AC Milan 15:00 Sassuolo vs Atalanta 18:00 Fiorentina vs Sampdoria 18:00 Inter vs Crotone 20:45 Roma vs Bologna Sergio Aguero jsellem lis-sapporters wara li fetaħ l-iskor għal Manchester City Burnley jiċċelebraw waqt il-logħba kontra Crystal Palace

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2016