Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/747627
illum | Il-Ħadd 6 ta' Novembru 2016 Intervista 12 'Tinqala' problema, u kulħadd Kollox tort ta' Joe Mizzi, imma Joe Mizzi jaħseb li għandu tort? L-ILLUM tintervistah M eta persuna tinqabad f 'xi serbut karozzi hi u sejra lejn ix-xogħol jew lura lejn id-dar, u tispiċċa tasal tard għal xi appuntament, spiss tisma' l-frażi, 'tort ta' Joe Mizzi,' mhux dejjem b'nofs tbissima, minħabba li dawn ir-responsabbiltajiet jaqgħu taħt il- Ministeru tiegħu. Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi huwa konxju minn dan, u f 'intervista mal-ILLUM, irrimarka l-fatt li jekk ikun hemm xi problema, "għid li se jiġu jgħidu lili n-nies, anke jekk jafu li tkun xi ħaġa li m'għandix x'naqsam magħha." Fil-fatt, meta kien qed jitkellem dwar il-problemi u l-intoppi li jinqalgħu fir-rigward tat-trasport pubbliku, Joe Mizzi, saħaq li, "n-nies il-ħin kollu jibagħtu l-messaġġi lili u jien vera nagħti kas, għax malli jibagħatuli, mal- ewwel inqabbad in-nies biex jaħdmu fuq is-sitwazzjoni." 'F'kull pajjiż żviluppat hemm il- konġestjoni tat-traffiku' Indubbjament, problema li qiegħda fuq moħħ kulħadd u li taffettwa lin- nies kollha, mill-kbir saż-żgħir hija l-problema tat-traffiku, li tirriżulta f 'sigħat twal fis-sena moħlija f 'waqfien fit-toroq. Immedjatament, il-Ministru jatribwixxi din il-problema għas- suċċess li qed jagħmel il-pajjiż u jisħaq li, "waħda mill-problema, għalkemm hi pożittiva, hi li l-pajjiż ikun miexi 'l quddiem. Meta għandek iktar nies jaħdmu, awtomatikament wieħed jixtri karozza, u t-trend tagħna f 'Malta hi li mat-18-il sena, wieħed jixtri karozza." Għal dan, din il-gazzetta rrimarkat li Malta mhux l-uniku pajjiż li għandu ekonomija sejra tajba jew li huwa ekonomikament avvanzat, allura kif il-problema hi daqstant prevalenti f 'pajjiżna. "Il-problema tagħna hi li Malta qed titqies bħala pajjiż, meta f 'termini ta' daqs u traffiku, hi meqjusa bħala belt." Il-Ministru Mizzi jmur lura fiż-żmien u jitkellem dwar iż-żmien li kien jaħdem fuq il-baħar, fejn fost l-oħrajn isemmi kif f 'Seoul fil-Korea t'Isfel, il-konġestjoni hi waħda reali u jinsisti li, "f 'kull pajjiż żviluppat hemm konġestjoni tat-traffiku. Hemmhekk, kien ikollok 15-il lane fuq iż-żewġ naħat tat-triq, imma filgħodu jew filgħaxija, xorta waħda teħel. Issa dan qed nitkellmu fuq wieħed mill-aktar pajjiżi avvanzati. Jiġifieri bilfors se teħel jekk fit-toroq ikun hemm iktar karozzi minn kemm dawn jifilħu." Għaldaqstant, saħaq li l-ewwel għan tiegħu huwa li jitnaqqqas l-ammont ta' karozzi mit-toroq. Imma dan kif se jkun qed jagħmlu, tistaqsi din il- gazzetta? 'Dejjem ikun hemm ix-xettiċiżmu għal xi ħaġa ġdida' Fost il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet sabiex jitnaqqas in-numru ta' karozzi fit- toroq, wieħed isemmi l-car pooling, li għalkemm huwa xi ftit diffiċli biex titħaddem fil-prattika, minħabba li wieħed irid isib nies li jeħtieġ joħorġu minn darhom u jidħlu lura fl-istess ħin tax-xufier, hija sistema li qed taħdem f 'ħafna pajjiżi. Minkejja dan, sistema bħal din għadha mhix popolari f 'pajjiżna, b'waħda mill-uniċi inċentivi li xufier għandu li jagħmel carpooling hija li jista' juża l-karreġjati ta' prijorità. Dwar dan, Mizzi saħaq li, "din hija xi ħaġa ġdida, u meta jkun hemm xi ħaġa ġdida, dejjem ikun hemm ix- xettiċiżmu." Għalhekk, din il-gazzetta dlonk tinterrompi u tirrimarka li jrid ikun hemm inċentivi sabiex jitħajru n-nies jibdew jagħmlu carpooling. Ir-risposta tal-Ministru tkun li, "il-promozzjoni għal xi ħaġa bħal din ma tagħmilhiex f 'ġurnata. Li kieku fil-passat ippromwovewha, u mhux biss semmewha, kieku llum inkunu wasalna fi stadju li tiffunzjona sew." Mizzi kompla jgħid li tnediet espressjoni ta' interess biex il-privat jinvesti f 'dan, u f 'oqsma oħra bħall- bike sharing, bit-tama li jonqos l-ammont ta' karozzi fit-toroq. "U meta jkollok il-privat li se jinvesti, hu stess se jibda jippromwovi dan," żied jgħid Mizzi. 'It-twaqqif tal-Gozo Channel minn Sa Maison ma żiedx it-traffiku' F'Jannar li għadda, il-Gvern waqqaf is-servizz tal-Gozo Channel li mill- Port tal-Imġarr f 'Għawdex, kien jibqa' sejjer dirett lejn Sa Maison fil-Pietà, u li għalhekk kien konvenjenti għal diversi xufiera tad-delivery fost l-oħrajn. Malli sar dan, kien hemm kritika qawwija, partikolarment mill-Partit Nazzjonalista li dan kien se jirriżulta f 'konġestjoni u żieda ta' traffiku, hekk kif dawn il-karozzi, issa jkollhom jibdew il- vjaġġ tagħhom miċ-Ċirkewwa. Għal dan, il-Ministru Mizzi qal li, "dawn it-trakkijiet m'għamlux differenza meta marru fit-triq, u meta tikkalkula l-ammont, m'hemmx daqshekk volum, u l-ammonti ta' trakkijiet huwa minimu." Mizzi kompla jispjega li dan kellu jsir minħabba l-investiment ta' yacht marina fiż-żona. Minkejja dan, Joe Mizzi kompla jgħid li nstabet soluzzjoni u ntlaħaq qbil mal-Gozo Channel biex fiż-żmien li ġej, jerġa' jibda jiġi offrut dan is-servizz. 'Triq permanenti fuq il-kunċett ta' tidal lane fil-Marsa' Il-Ministru Mizzi rrikonoxxa l-fatt li fil-bidu ta' din is-sena skolastika, kien hemm effetti negattivi kbar fit-toroq, u dan skont Mizzi kien minħabba li t-triq tax-shipbuilding tal-Marsa kienet magħluqa. "Mal-35% tal- karozzi li kienu jiġu min-naħa t'isfel ta' Malta kienu jużaw din it-triq meta kienet miftuħa, imma minħabba li din it-triq kienet magħluqa meta bdiet l-iskola, spiċċa biex weħel kullimkien, u konsegwenza ta' dan, anke karozzi tal-linja bdew jeħlu u jitilfu l-vjaġġ ta' wara," spjega Joe Mizzi. Kompla billi qal li permezz ta' diskussjonijiet li kellu, irnexxielu jsolvi din il-problema temporanjament, u għalissa din tinsab miftuħa għall-traffiku. "La kienet faċli," kompla jgħid Mizzi, "u lanqas ma kienet deċiżjoni tiegħi iżda ried isir xi xogħol fuq it-triq." Min-naħa l-oħra, bħala miżura iktar permanenti, l-Ministru tat-trasport qal li se jkun hemm triq mad-dawra tal-Marsa Shipbuilding, u din se tkun qed taħdem bħat-tidal lane. "Filgħodu tkun miftuħa min-naħa ta' isfel, u wara nofsinhar tkun miftuħa lejn in-naħa t'isfel. B'hekk, inkunu qed noħolqu triq alternattiva, jekk ikun hemm xi inċident taħt il-pont fi Triq Aldo Moro, għaliex inkella, dan jispiċċa biex iwaħħal Malta kollha. B'hekk, f 'każ ta' emerġenza, wieħed ikollu minn fejn ikun jista' jiddevja t-traffiku." Dan il-proġett, ikompli jispjega Mizzi, diġà beda x-xogħol fuqu, bil-pjanti jkunu lesti, u jgħid kif huwa pjanat li din tkun qed tiffunzjona sa tmiem is-sena d-dieħla. Tagħlaq 18, sena trasport pubbliku b'xejn...mhux xorta tkun bla liċenzja? Waħda mill-miżuri fil-baġit li ġie mħabbar ftit tal-ġimgħat ilu, kienet dik li żgħażagħ li jkunu għalqu t-18-il sena, se jkunu qed jingħataw sena vjaġġar bit-trasport pubbliku, assolutament b'xejn. Kritika f 'dan ir-rigward kienet li jekk l-għan ta' din il-miżura huwa li jitnaqqas l-ammont ta' karozzi mit-toroq, allura dan mhux se jkun posibbli minħabba li żgħażagħ ta' dik l-età, ma jkunux għad għandhom il-liċenzja sabiex isuqu karozza. Allura, din il-miżura, għalfejn iddaħħlet, tistaqsi din il-gazzetta? Il-Ministru Mizzi qal li din il-miżura se sservi ta' inċentiv għal dawn iż- żgħażagħ sabiex jużaw it-trasport pubbliku. Meta din il-gazzetta rrimarkat li ħafna minnhom, ikunu draw is-servizz minħabba li jkunu Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt Irrid li uliedi u ulied uliedi jgħidu li xi darba kien hemm xi ħadd li ħaseb għall-quddiem biex ma nerġgħux niġu f 'sitwazzjoni bħalma qegħdin fiha llum " " 100% qatt ma jista' jkun it-trasport pubbliku, imma aħna rridu naraw li s-servizz jiġi iktar effiċjenti " "